Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 11 Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … Bla bajd Le, kelma kerha, li tkun bla bajd. F'sens metaforiku ovvjament. Imma hekk qalu l-għaqdiet ambjentali meta kienu qed jirreferu għal Leo. Jaħasra mhux raġel ħażin tafux. Fi żmien in-nannu kienu jgħidulu Kurunell Click, għax serju imma bejnietna jekk hu bla bajd meta jiġi għall- ambjent mhux tort tiegħu imma tal-Prim li ġabu hekk. Għax bejnietna Leo għandu għal qalbu l-ambjent u ta' madwaru. Ole! Roderiku u l-baqra Iva, Roderiku l-ħabib kbir tal-kakkaturi jieħu pjaċir jitma dawk l-annimali li fl-aħħar mill-aħħar għandhom ħafna xebh għal politiċi tal-ġurnata. Il-baqar bħal ma tafu huma annimali li ma tantx jibbrillaw. Iħobbu jiġru wara xulxin u ma tantx għandhom attività intelletwali. Ehh, mhux qed ngħid li Roderiku hekk, xejn affattu, fejn jaqbillu jkollu ħafna attività intelletwali imma fil-biċċa l-kbira jħobb jobdi l-ordnijiet fosthom dawk li jagħtih il-Prim. U fost dawn l-ordnijiet insibu li joħroġ ilsien ma jispiċċa qatt għal kakkaturi. Is-sabiħ Chris Ħa ngħidilkom kieku ma kienx għaż-żaqq kieku vera nsibu gustuż lil Chris Cardona. Le mhux qed ngħid għal Chris Fearne, dak gustuż ukoll imma jieħu l-affarijiet daqsxejn bis-serjetà wisq. Imma ridt nistaqsi dan Chris għalfejn kellu jidher fir-reklami tal-White Rocks. Lanqas fi Żmien il-Ħaġar ma konna naraw ritratt ta' ministru. Immaġina lil Austin dak li għandu żaqq ikbar minn ta' Cardona u jħobb jintefa' Triq il-Merkanti kuljum ma' xi ħbieb ma kien jagħmel hekk. Daqxejn aktar umiltà mhux idea ħażina. Ilma fuq rasu Isimgħu ftit jekk tridu tidħku araw l-ice bucket challenge tal-Kummissarju Ray Zammit. Marija x'mistħija, ara vera hemm bżonn li jipprova jifhem li l-ħajja għandha ħafna dimensjonijiet fosthom li tidħak ftit. Hemm bżonn ukoll li meta xi ħadd jitfa' l-ilma kiesaħ minflok ma jgħajjat qisu bassa għax ħa dehxa (qed nirreferi għal Edward Zammit Lewis) jgħajjat kemm se jagħti flus f 'donazzjoni. Joey Mizzi jħobb ix-xemx Jien ma nafx imma Joey Mizzi, il-Ministru tat-Trasport joħroġ barra mid-dar? Għax jekk joħroġ barra kieku jinduna li l-biċċa l-kbira mill-bus stops huma kollha jew bla saqaf jew inkella fuq bankini li ma jeżistux. Jien nistiednu li jdur ma' Malta u Għawdex u jara b'għajnejh, il-porkerija ta' bus stops li hawn. Jekk tkun fortunat tispiċċa b'xemxata u wisq aħjar xi ħasla gratis. Żewġ bajdiet tat-tiġieġ Roderiku jitma l-baqra Chris Cardona Joe Mizzi joħroġ mid-dar? Ray Zammit jaqla' barmilata Il-poodle Il-PBS installa konnessjoni permanenti m'Għawdex ILPUBLIC Broadcasting Services Ltd bl-appoġġ tal- Ministeru għal Għawdex għadu kif installa sistema ta' konnessjoni permanenti IP internet li jgħaqqad il-gżira ta' Għawdex mal- istudios fil-Creativity Hub fi Gwardamanġa. L-għan tal-proġett huwa li jiffaċilita trasmissjonijiet diretti jew irrekordjati mingħajr il-ħtieġa li personalitajiet Għawdxin ikollhom jiġu kull darba Malta biex jieħdu sehem fi programmi televiżivi jew ikunu intervistati fuq it- televiżjoni nazzjonali. Il-Ministeru għal Għawdex ta appoġġ sinifikattiv lil dan il-proġett u ftehim dwaru ġie ffirmat bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex John Borg u l-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard fi tmiem laqgħa tal-Bord tad- Diretturi tal-PBS dedikata lil Għawdex. It-taħdidiet tmexxew mill-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo maċ-Chairman tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS Tonio Portughese. Din il-konnessjoni bl- internet qed titħaddem minn studjo żgħir li twaqqaf apposta mill-PBS fil-Belt Victoria, sistema bl-aqwa teknoloġija magħrufa bħala DMNG (Digital Mobile News Gathering) li permezz tagħha ssir trasmissjoni bil-vidjo ta' kwalità tkun integrata f 'datastream u tintbagħat fuq faċilità ta' "speed internet". Is-sistema għandha seba' kanali simultanji b'konnessjonijiet 3G, tagħti l-faċilità bħala konnessjoni mobbli bl- internet għal aħbarijiet urġenti jew ġrajjiet ta' emerġenza minn Għawdex. Il-proġett ta' konnessjoni bis-sistema tal-IP internet li jgħaqqad lil Għawdex mal-PBS fi Gwardamanġa jifforma parti mill- inizjattivi li s-servizz tax-xandir pubbliku qed jieħu biex itejjeb u jwessa' l-attenzjoni u l-promozzjoni tad-diversi realtajiet fl- oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali, mużikali, sportivi, reliġjużi billi jirrifletti l-karatteristiċi distinti tal- gżira Għawdxija. DALWAQT .com.mT Anton Refalo waqt it-tnedija tas-sistema permanenti

