Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 Fr Colin, ħafna nies iħarsu lejk bħala l-qassis li dejjem issibek bi tbissima... Jiena twelidt ottimist; nara l-flixkun nofsu mimli u ninjora li hemm in-nofs l-ieħor. Niddejjaq inkun pessimist. Kont nemmen li kulħadd hu sinċier, 'what you see is what you get'. Imma fil-fatt mhux hekk! Il- ħajja u l-esperjenzi tagħha għallmuni niskopri li mhux kull min jidħakli u jeħodli b'idejja hu ħabib. Nirrikonoxxi li għamilt ħafna żbalji. Minkejja dawn l-esperjenzi 'negattivi' xorta nibqa' nemmen fit-tjubija tal-bniedem; u li ħadd ma jagħmel il-ħażin għax hu ħażin imma għax b'xi mod jew ieħor dan il-ħażin hu preżentat lilu bħala tajjeb. Fejn nista' ngħid dejjem iva - anke jekk imbagħad nissallab! Naf u napprezza li sibt ftit ħin għalina għal din l-intervista Din l-intervista ġiet wara li xi edituri oħra u preżentaturi televiżivi kkuntattjawni u għidtilhom le - fil- fatt, għidt le għax għadni l-Kremlin, ir-Russja, u aċċess għall-internet ma kienx faċli. Ippruvajt insegwi x'qed jiġri f 'Malta kemm nista' – imma mhux dejjem irnexxieli u għalhekk dan li qed ngħid f 'din l-intervista jrid jittieħed f 'dan id-dawl. It-tweġibiet tiegħi forsi ma jweġbux b'mod sħiħ ir-realtà li qed tiżviluppa f 'Malta fejn jidħlu t-tiġdid fil-Knisja Maltija. Kemm-il darba kelli t-tentazzjoni qawwija li nikteb fil- gazzetti, b'ismi, minn dak li kont qed ngħaddi u għaliex ħafna qassisin ibatu fil-Knisja Maltija. Għandu jkun hemm din it-tbatija? Minkejja l-istrutturi, li ma jaħdmux, il-karba ta' min ibati jibqa' jbati; jekk mhux ukoll iwaħħlu fih! Nittama li dak li qed naqraw iservi għal tiġdid iktar tal-Knisja. Min ma jiġġeddidx, jitqammel. Il-qassisin li tkellmu pubblikament, jiena konvint, għamluh għax verament iħobbu lill-Knisja u jixtiquha li twettaq il-missjoni tagħha aħjar. M'għandix dubju li wieħed jaħsel ħwejjeġ il-familja fil-pubbliku hu riżultat ta' bosta mezzi oħra li ma rnexxewx. L-imħabba lejn il-Knisja tiżboq kull ġibda politika partiġġjana li wieħed jista' jkollu. Ma naħsibx li l-Knisja Maltija kif inhi bħalissa, u kif ilha s-snin, qed tkun miftuħa fejn kulħadd iħoss li għandu postu u għandu sehmu x'jagħti. U dan qed iwassal biex membri tal- kleru jibqgħu fil-muta... Iva, m'għandix dubju, li hawn min, anke xi qassisin, li jibżgħu jiftħu ħalqhom għax jibżgħu li jkunu mwarrba u ttimbrati. U meta tkun 'ittimbrat' minn ċerti nies nista' niżgurak li jrid ikun miraklu biex toħroġ minn dik il-kaxxa mentali li wħud, għal bosta raġunijiet, huma kuntenti li jpoġġuk u jħalluk magħluq f 'dik il-'frame of mind'. Issir theddida. Matul l-aħħar ġimgħat smajna numru ta' stejjer, inkluż f 'din il- gazzetta, dwar l-iskuntentizza fost il-membri tal-kleru... Jekk il-Maltin u l-Għawdxin jemmnu li għandhom biex ikunu kuntenti bis-sitwazzjoni preżenti madwarhom allura veru nkunu poplu li qed jgħix f 'xi dinja oħra jew fil-qamar. Ir-rabja hi karatteristika ta' bniedem matur; ta' poplu matur; ta' qassisin normali. Min ikun kuntent bl-istatus quo jkun jgħix fil-qamar. "Min ma jiġġeddidx, jitqammel" Fr Colin jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jipprova jgħix il-mument preżenti. Għalih ilbieraħ seta' kien aħjar jew agħar. Għada ma jeżistix. L-uniku mument li għandu quddiemu huwa issa. Ta' kuljum jaronta l-isdi tal- ħajja, l-iskoperta ta' ħbiberija vera, id- delużjoni ta' min jafda u min b'għemilu jew kliemu jitradixxi din il-duċja. Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014