Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

0.90 31 ta' Awwissu 2014 • Nr 411 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Republic Street, Valletta next to the Courts PEDOFELIJA VVINTATA? JOHN BUSUTTIL illum@mediatoday.com.mt "JIEN magħruf li każi ta' pedofelija ma niddefendix ħlief meta nkun ċert li l-klijent hu innoċenti tal-akkuża. Konvint li Callus qed jgħid is-sewwa u għax jien ċert qed ninvolvi ruħi b'qalbi kollha favur l-akkużat." Dan qalu Arthur Azzopardi li hu l-avukat ta' Anthony Callus f 'kumment esklussiv ma' din il-gazzetta. Azzopardi qal li s-sistema f 'Malta trid tinbidel, "għandna sitwazzjoni li aħna l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn spettur tal-Pulizija jagħżel li jressaq persuna waħdu. Id-deċiżjoni hi tal-ispettur biss. U dan iġibu fi stat li jekk jiddeċiedi li ma jressaqx il-qorti rapport li jkollu, jiġi investigat hu. Għalhekk is-sistema hi żbaljata. Fil- kumplament tal-Ewropa hemm direttur tal-prosekuzzjoni li wara li jinvestiga l-każ jgħaddih lill-Avukat Ġenerali u hu dan li jara jekk hemmx każ jew le. Is- sistema li għandna trid tinbidel." Żied jgħid li f 'kull każ irid jirrenja anke s-sens komun sabiex ma nħammġux nies innoċenti fil-qorti jew saħansitra nitfgħuhom il-ħabs. Azzopardi, li hu wkoll uffiċjal tal-iscouts, qal li issa kulħadd qed jibża' jieħu ħsieb it-tfal u ħadd ma jrid jissogra li jiġu akkużati b'xi tip ta' pedofelija meta fil-fatt ikunu innoċenti. "Diġà kien hemm xi riżenji fil-qasam tal-volontarjat u ħafna ċempluli jgħiduli li ma jridux jieħdu iżjed tfal il-baħar. Tajjeb li nipproteġu lil minuri iżda rridu nissalvagwardjaw lill-għaqdiet volontarji għax fl-aħħar mill- aħħar it-tfal stess se jibagħtu." Dwar Callus, l-Avukat Azzopardi qal li dan tkisser mill- aspett psikoloġiku speċjalment meta ismu deher fil-ġurnali u fuq is-siti elettroniċi. "Dan ir-raġel anke finanzjarjament se jbati. Għax hu ssospenda lilu nnifsu mis-soċjetà fejn jgħallem u jaqla' x'jiekol fl-iskola tal-istess soċjetà tal-MUSEUM. "Dan għamlu u jien qbilt miegħu ħalli isem is-soċjetà ma jitħammiġx sa ma jinqata' l-każ. Il-problema hi li ma nafux kemm iddum sejra din il-kawża u ħajjet dan l-imsejken inqalbet ta' taħt fuq. Is-sistema mhix tajba għax li kieku l-każ ġie investigat minn prosekutur, u mhux id-deciżjoni ttieħdet biss tal-ispettur, kieku Callus mhux qiegħed il-ħabs" temm jgħid Dr Arthur Azzopardi. Tkompli f 'paġna 2 Tkompli f 'paġna 2 "Malta l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn spettur jagħżel waħdu jekk iressaqx persuna" Mixgħela quddiem id-dar ta' Cremona IDDIŻGWID fil- kurja kompla jiżdied matul dawn il-jumejn hekk kif żewġ qassisin qrib ħafna tal-Arċisqof Pawlu Cremona minn jeddhom organizzaw mixgħela bix-xemgħa quddiem id-dar tal- Arċisqof f 'Ħ'Attard. Numru ta' qassisin esprimew pubblikament fuq mezzi soċjali li filwaqt li għandhom rispett assolut lejn l-Arċisqof, ma jaqblu xejn ma' din l-attività u saħansitra talbu lill-Mons Charles Tabone sabiex iwaqqaf immedjatament din l-attività li fl-opinjoni tagħhom se twassal għal iktar ħsara milli ġid. L-attività mistennija ssir nhar l-Erbgħa 3 ta' Settembru u minn informazzjoni li waslet għand din il-gazzetta, jidher li dawn iż-żewġ qassisin saħansitra taw struzzjonijiet lill- għaqdiet reliġjużi sabiex iħassru kwalunkwe attività li kellhom u minflok imorru bix- xemgħa quddiem id-dar tal-Arċisqof Cremona u juru l-appoġġ u l-fedeltà tagħhom lejn it-tmexxija tiegħu. Ara paġna 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014