Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
0.90 07 ta' Settembru 2014 • Nr 412 Tel: 2122 3999 JOHN BUSUTTIL illum@mediatoday.com.mt "NAPPELLA biex naqbdu l-barri minn qrunu u ngħaġġlu fil-ġlieda kontra l-burokrazija li tnaffar l-investitur. Biex tinvesti f 'Malta tant trid permessi li l-investituri jaqtgħu qalbhom" dan qalu ċ-ċermen tal-MCESD, John Bencini f 'kumment ma' din il- gazzetta. "L-imsieħba soċjali huma inkwetati ferm fuq ir-rapport li ħareġ mill-kamra tal-kummerċ fejn Malta tinsab wara l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa fejn jidħlu punti għall-investiment" żied jgħid Bencini. "Fejn jidħol l-investiment barrani f 'Malta, irridu nifhmu li negozjanti kbar Ewropej meta jiġu biex jinvestu, jagħmlu r-riċerki tagħhom qabel ma jinvestu flushom" qal il-kelliem. Żied jgħid li d-dokument maħruġ mill- kamra tal-kummerċ imsejjaħ 'Ease for doing Business' ħoloq tħassib serju fost l-imsieħba soċjali hekk kif irriżulta li pajjiżna jinsab fil-103 pożizzjoni minn madwar id-dinja kollha u l-aħħar fl- Ewropa f 'dak li jirrigwardja faċilità għall-investiment. "Huma ħafna l-investituri li jħarsu lejn din il-klassifika meta jiġu biex jinvestu flushom u għalkemm investiment hawn, żgur li dan il-fattur qed inaffar investituri 'l bogħod minn Malta" saħaq Bencini. "Ma nistgħux nistennew iżjed. Nafu li l-Gvern hu kommess li jiġġieled il-burokrazija tant li anke ħatar kummissarju biex jiġġildilha iżda rridu ngħaġġlu iżjed. Hemm liġijiet u regolamenti antiki li jridu jiġġeddu. Resqin bil-mod iżda għadna mhux biżżejjed." Tkompli f 'paġna 2 "Tħassib serju fost l-imsieħba soċjali" – John Bencini It-tliet fire engines li nġiebu mill-Ingilterra Tliet xhur wara u għadhom ma bdewx jintużaw JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt F'ĠUNJU li għadda s-sit elettroniku maltatoday.com.mt żvela li d-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili ġab mill- Ingilterra tliet fire engines li huma f 'kundizzjoni tajba biex id-dipartiment ikun jista' jneħħi wħud mill- inġenji li għandu li wħud minnhom mhumiex tajbin għat-triq. Iżda tliet xhur wara li waslu dawn it-tliet fire engines, dawn għadhom fil-garaxx tal-istazzjon ta' Ħal Far. Bħalissa d-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili għandu diversi inġenji li huma antiki u li kieku kellhom jagħmlu l-VRT l-probabbiltà hi li ma jinħarġilhomx ċertifikat biex jintużaw fit-triq u aktar u aktar biex jintużaw biex jinsaqu b'ċertu veloċità f 'xi każ ta' emerġenza. Għaldaqstant meta saru l-arranġamenti biex jinġiebu tliet fire engines li huma fi stat ħafna aħjar minkejja li mhumiex ġodda fjamanti, l-uffiċjali u l-ħaddiema ħadu ftit tan-nifs u ttamaw li dawn it-tliet inġenji jkunu jistgħu jibdew jintużaw mill- aktar fis possibli. Iżda s'issa għad m'hemmx data meta dawn se jibdew jintużaw b'mod regolari. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta kellhom verżjonijiet differenti għaliex dawn it-tliet inġenji għadhom fil-garaxx. Kien hemm min sostna li hemm xi tip ta' diżgwid bejn uffiċjali għoljin fosthom anke dwar il-kulur tagħhom peress li dawn għandhom kulur fl-oranġjo aktar milli ħomor. Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 3 Il-burokrazija qed tnaffar l-investiment barrani "Irridu naqbdu l-barri minn qrunu" – John Bencini Waħda mill-inġenji li hemm bżonn tinbidel NEWSPAPER POST