Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab lokalment ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel, li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ. VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5, li jdur mill-Punent għall-Majjistral u jsir lokalment forza 2 għal 3. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir ħafif Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira sabiħ li jsir ftit imsaħħab, u jiżdied is-sħab għoli iktar tard. VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: L-iktar mill-Punent forza 3 għal 4 lokalment forza 2 għal 3, li jsir varjabbli mal-lejl. BAĦAR: Ħafif SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 80 34 48 33 4 43 19 6 EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun DRUGSHOP Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi ĦERBA Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara O'HEA Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira MARC Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann EDWARD'S Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema MEDICA Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan ST. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur BROWN'S Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien VERDALA Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla SAN Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala GUDJA Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, Gudja ŻURRIEQ Dispensary, 68, Triq il-Kbira, Żurrieq THE Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria JOYCE'S Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra Il-proposti tal-MEA għada f 'Reporter DIN il-ġimgħa l-programm Reporter se jiddiskuti l-proposti ppreżentati mill-Assċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) li jridu li jidħlu fl-Att dwar ix- Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan se jkunu Arthur Muscat – President tal- Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb u l-President tal-FOR.U.M Paul Pace. Balzan se jiddiskuti l-proposti mressqa mill- MEA li fosthom hemm li min jirraporta sick għal raġunijiet li ġabhom hu fuqu bħal xemxata, sokor jew uġigħ ikkawżat minn sports m'għandux ikun awtomatikament intitolat għas-sick leave. Qed jipproponu wkoll li m'għandhomx iħallsu sick leave meta persuna tagħmel operazzjoni għal raġuni kożmetika. L-MEA qed tipproponi wkoll li l-impjegati li ma jaħdmux mit-Tnejn sal-Ġimgħa għandhom jitilfu festa pubblika jekk din taqa' fil-jum li jkunu off. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun minn Frederick Attard. Reporter jixxandar għada fid-8.45pm Protezzjoni Ċivili f 'Għawdex Iżarmaw parti minn vettura u jpoġġuha f 'oħra biex tgħaddi mill-VRT LINĠENJI li nġiebu mingħand il-Lancashire Fire and Rescue Service fl-Ingilterra waslu Malta fl-24 ta' Ġunju li għadda. Kien il-Kaptan Reuben Lanfranco, Konsulent Marittimu u Kmandant tas-St John Rescue Corps, li kien permezz tal- kuntatti tajbin li għandu li d-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili seta' xtara dawn it-tliet fire engines bi prezz baxx. Dawn it-tliet inġenji huma Leyland DAF 55 tas-serje 230 u huma mgħammrin b'dak kollu li hemm bżonn kif ukoll adattati għat-toroq Maltin peress li mhumiex kbar ħafna. Is-slielem li ġew magħhom huma kollha ġodda. Qabel ħallew Lanchashire saru l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-preżenza ta' uffiċjal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ngħataw id-dawl l-aħdar. Jidher iżda li dawn il- vetturi għad fadlilhom xi ftit tal-manutenzjoni, bħal tbajja ta' sadid u xi rtokki żgħar, iridu li meta dawn ikunu inawgurati uffiċjalment mill- ministru responsabbli mid-dipartiment, it-tliet fire engines iridu jkunu preżentabbli anke minħabba l-mezzi tax-xandir. S'issa dawn it-tliet fire engines diġà għandhom in- numru tar-reġistrazzjoni ta' Malta mwaħħlin kif ukoll il-logo tad-dipartiment. Fost l-inġenji li hemm bżonn li jinbidlu hemm dik tal-Hazmat kif ukoll fl-istazzjon ta' Għawdex. Is-sorsi tagħna qalulna li s-sitwazzjoni ta' inġenji l-aktar li hija gravi tinsab fl-istazzjon ta' Għawdex fejn dawn jidher li kien hemm okkażjonijiet li l-ħaddiema stess iżarmaw parti minn waħda u jpoġġuha f 'oħra biex il-vettura tgħaddi mill- VRT. Sadanittant sorsi oħrajn qrib id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili qalu lil ILLUM li fil-ġimgħat li għaddew saru l-interviews biex ikunu ngaġġati aktar nies mad-dipartiment. Din il-gazzetta tinsab infurmata li applikaw madwar 570 persuna iżda kulma hemm bżonn huma 35 impjegat ġdid. L-istess sorsi qalulna li dawk il-voluntieri li ħadmu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u għandhom ħames snin esperjenza jidher li se jingħataw l-ewwel preferenza. Ikompli minn paġna 1 Qabel ma jkunu awgurati għandhom bżonn iktar manutenzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014