Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 3 C M Y CM MY CY CMY K GOV 20 x 3.pdf 1 Thursday/September4/2014 1:0618PM 99,000 fqir f 'pajjiżna "F'SENA, dawk fil-faqar, f 'riskju ta' faqar u dawk esklużi mis-soċjetà żdiedu b'6,000 li huwa sinjal xejn sabiħ għas-soċjetà Maltija". Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għall- Familja u s-Solidarjetà Soċjali Clyde Puli. Puli qal li sfortunatament, l-istatistika li ħarġet din il-ġimgħa mhix iżolata u tingħaqad ma' dik tal-għafsa fuq il-pagi kif ukoll fit-tnaqqis mill-bejgħ mill-ħwienet u minn fuq l-internet. "L-akbar inkwiet ġej mill-fatt li l-aħbar li 99,000 tal-poplu Malti u Għawdxi jinsab f 'faqar, f 'riskju ta' faqar u esklużi mis-soċjetà huwa r-riżultat ta' diversi punti oħra relatati" qal il-kelliem Nazzjonalista. Semma kif fost l-oħrajn, issa huwa fatt magħruf li l-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin mhumiex jiżdiedu kif kienu jiżdiedu qabel. "L-istatistika tikkonferma li filwaqt li sas-sena li għaddiet, il-pagi kienu jiżdiedu b'medja ta' €500 fis-sena, fl-aħħar sena, l-pagi żdiedu b'€100" qal Puli. Żied li punt ieħor tat-tħassib huwa l-fatt li l-bejgħ kemm mill-ħwienet kif ukoll minn fuq l-internet qed jonqos, tant li f 'Lulju li għadda, dan naqas bi 2.5%. Hu sostna li dawn l-aħbarijiet f 'Malta qed joħorġu waqt li fl-Ewropa reġgħet bdiet tfeġġ klima ekonomika pożittiva. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni rrefera għall-wegħda li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni – dik li jelimina l-faqar f 'pajjiżna. "Filwaqt li din hija wegħda tajba, huwa ta' tħassib li fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista, l-faqar mhux talli ma naqasx, iżda talli żdied b'mod sostanzjali" sostna Puli. Hu temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista qiegħed joffri l-koperazzjoni tiegħu biex dan is-settur ma jiġix ippolitiċizzat iżda biex issir ħidma bejn dawk kollha involuti fis-settur biex jiġi assigurat li l-faqar f 'pajjiżna jibda t-triq tan-niżla u mhux jiżdied kif għamel fl-aħħar sena. "Qed nistennew baġit pożittiv" "LIMSIEĦBA soċjali qed jistennew baġit pożittiv hekk kif il-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna qal li l-baġit se jkun ibbażat fuq opportunitajiet u mhux dipendenzi" qal iċ-Ċermen tal-MCESD John Bencini. "L-imsieħba soċjali huma ferm kuntenti bil-progress li qed jagħmel il-pajjiż fejn il-baġit illum il-ġurnata hu wieħed trasparenti għax il- Gvern aċċetta l-maġġoranza tal-proposti li għaddejnielu" żied jgħid Bencini. Qal ukoll li min iħaddem u n-negozjanti Maltin qed jistennew bil-ħerqa x-xahar ta' Marzu meta se jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-industrija Maltija. Bencini tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta' riżorsi umani disponibbli fejn jidħol xogħol tekniku. Qal li l-imsieħba soċjali huma wkoll inkwetati għal fatt li l-investituri qed jilmentaw li mhux qed isibu ħaddiema Maltin biżżejjed għal ċertu xogħlijiet fil-qasam tekniku. Saħaq li l-gvern irid iwassal dan il-messaġġ lill-istudenti Maltin. "L-aqwa impjiegi fil- qasam tekniku qed jeħduhom il-barranin għax huma kwalifikati aktar mill-Maltin fejn jidħol ċertu xogħol" temm jgħid Bencini. Ikompli minn paġna 1 "Il-Gvern aċċetta l-maġġoranza tal-proposti li għaddejnielu" - Bencini "Il-faqar mhux talli ma naqasx, talli żdied b'mod sostanzjali" - Clyde Puli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014