Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 17 I l-jiem ta' bejn is-16 u d-19 ta' Settembru se jkunu ġranet fejn il-PN se jkun ifakkar u jiċċelebra 50 sena mit-twelid tan- nazzjon tagħna, 50 sena indipendenti. Dak li seħħ f 'pajjiżna fil-21 ta' Settembru 1964 jibqa' mnaqqax fl- istorja ta' pajjiżna bħala l-akbar avveniment fl-istorja politika li qatt esperjenza l-poplu Malti. Id-destin ried li dan l-avveniment li l-poplu Malti se jkun qed jiċċelebra fil-jiem li ġejjin mhux se jsib fit-tmexxija tal-pajjiż dak il-partit li b'viżjoni u għaqal ġab l-Indipendenza. Però l-istorja qiegħda hemm u ma jista' jħassarha ħadd. Anke 50 sena ilu, taħt it-tmexxija ta' George Borg Olivier, il- PN kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Min kien xettiku dakinhar illum jirrikonoxxi li iva l-PN kellu jkun dak il-partit li jpoġġi lil pajjiżna fit-triq li fetħet orizzonti u opportunitajiet ġodda. Kieku ma seħħx dak li seħħ fil-21 ta' Settembru kieku llum ma nistgħux nitkellmu fuq Malta Repubblika jew Malta Ewropea. Il-PN, minkejja llum fl-Oppożizzjoni, immexxi minn Simon Busuttil se jkun qed jagħmel dak li għamel fl-aħħar 49 sena u għal darb'oħra se nerġgħu nagħmlu ċelebrazzjonijiet mifruxa fuq erbat ijiem. Attivitajiet immirati għall- familja kollha b'inizjattivi li żgur se jolqtu l-gosti ta' kulħadd. Sehem il-fergħat tal-partit fuq il-Fosos Matul l-aħħar sena u nofs il-PN kompla jiftaħ il-bibien tiegħu beraħ fejn bidliet fl-istatut fissru li dan l-istess partit ra fi ħdanu jitwieldu fergħat ġodda. Il-ħidma ta' dawn il-fergħat ġodda flimkien ma' dawk eżistenti qegħdin jgħinu mhux ftit biex il-partit ikompli miexi bil-vizjoni li poġġa bħala prijorità l-kap Simon Busuttil, dak li l-PN bil-fatti jerġa' jkun partit tan-nies. Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn l-ammont ta' nies li aċċettaw li jidħlu jagħtu s-sehem tagħhom fi ħdan il-PN kien wieħed inkoraġġanti. Fuq il-Fosos tal-Floriana ,waqt il-jiem tal-festi, il- fergħat kollha se jingħaqdu flimkien u se jkunu qed iwasslu l-ħidma tagħhom dejjem aktar viċin in-nies. Dawk il-familji li se jattendu fuq il-Fosos tal-Floriana se jkunu jistgħu jaraw il-ħidma li twettqet fl-aħħar xhur minn dawn il-fergħat kif ukoll fiex se tkun tikkonsisti din l-istess ħidma fix-xhur u snin li ġejjin. Diskussjonijiet Politiċi Filwaqt li l-massmeeting tal-Ġimgħa filgħaxija se jkun l-avveniment politiku ewlieni tul il-jiem tal-festi, il-kap tal-partit Simon Busuttil se jkollu intervista kif ukoll se jkollu laqgħa mat-tfal fejn se jkunu l-istess tfal li jistaqsu domandi lill- Kap tal-Partit. Il-ħin għal dawn id-diskussjonijiet se jkun dejjem fis-7.30pm. Healthy Living Corner Xi ħaġa innovattiva li wieħed se jkollu l-opportunità li jesperjenza tul dawn il-jiem żgur li se tkun din iddedikata għall-promozzjoni u informazzjoni dwar ħajja sana. Il-kunċett ewlieni f 'din il-parti tal-Fosos se jkun qed jiffoka fuq l-abbozz ta' liġi li l-Oppożizzjoni ressqet f 'Ġunju li għadda fil-Parlament. Dan l-abbozz jikkonsisti f 'miżuri konkreti li pajjiżna għandu jattwa sabiex bis-serjetà nikkumbattu u nnaqsu l-obeżità li qed tħalli effetti xejn sbieħ fuq is-soċjetà Maltija. Dawn il-familji li se jattendu fuq il-Fosos se jkunu jistgħu jsegwu diskussjonijiet relatati mas- suġġett fejn il-protagonisti se jkunu nies li rnexxilhom jgħelbu din il-problema, persuni professjonisti kif ukoll rappreżentanza minn Dar Kenn għal Saħħtek, residenza li qed titratta persuni b'servizzi sabiex tgħin individwi joħorġu mill-problema tal-obeżità u l-eating disorder. F'Jum l-Indipendenza Filwaqt li bħala partit fhimna li l-20 ta' Settembru għandha tiġi mfakkra fuq skala nazzjonali, dehrilna però li l-21 ta' Settembru xorta kellna nfakkru din il-ġurnata b'attività sempliċi imma sinifikanti. Fi Ġnien l-Indipendenza f 'tas-Sliema, il-post fejn għex missier Malta Indipendenti George Borg Olivier, il-PN se jkun qed itella' serata li tixraq dan il-jum partikolari għall-pajjiżna. Interessanti wkoll li iben George Borg Olivier, Alexander, aċċetta stedina tal-PN li jingħaqad magħna għal din l-attività fejn flimkien mal-kap tal- partit se jkunu qed jagħtu messaġġ tal-okkażjoni. Konvint li l-poplu Malti f 'dawn il-jiem se jkun qed jibgħat messaġġ ċar fejn filwaqt li jiġi u jipparteċipa f 'dawn il-jiem ta' ċelebrazzjonijiet se jkun qed jafferma li l-Indipendenza verament kien l-akbar mument fl-istorja ta' pajjiżna. Se jkunu jiem ukoll però fejn il-poplu Malti se jkun qed jingħata messaġġ ċar mill-Partit Nazzjonalista, illum immexxi minn Simon Busuttil, bis-serjetà jaf min fejn telaq u jaf fejn irid jasal, dejjem b'intenzjoni waħda u ċara dak li l-poplu Malti jingħatalu, għax jixraqlu, l-aqwa u l-aħjar. Robert Cutajar hu deputat tal-Partit Nazzjonalista ROBERT CUTAJAR L-Indipendenza: l-akbar mument fl-istorja ta' pajjiżna - Publicity: Awareness Raising Campaign - 'Strengthening Competences to Service the Public Eciently Through eGovernment' – T037/14 Data ta' ħruġ: 26 ta' Awwissu 2014 / Data ta' għeluq: 8 ta' Ottubru 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'din is-sejħa huma mħeġġa jattendu għal- laqgħa ta' kjarifika organizzata mill-MITA fid-9 ta' Settembru 2014 fl-10.00am (CET ) f 'Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda. Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) 2123 4710 www.mita.gov.mt 3URJUDPP2SHUDWWLY,,3ROLWLNDWD¶.RHĪMRQL ,QVDƫƫXƪLOLWQDJƫDO$NWDU,PSMLHJLX.ZDOLWD¶WD¶ƪDMMD$ƫMDU 'LQORIIHUWDTHGWLƥLNNXQVLGUDWDVDELH[WLƥLSDU]MDOPHQWLI¿QDQ]MDWD PLOO8QMRQL(ZURSHD )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( 5DWDWD¶NR¿QDQ]MDQHQW)RQGL8()RQGL1D]]MRQDOL 1LQYHVWX¿OIXWXUWLHJƫHN "Il-PN kellu jkun dak il-partit li jpoġġi lil pajjiżna fit-triq li fetħet orizzonti u opportunitajiet ġodda"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014