Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 B ħalissa hemm inkwiet kbir fil-Partit Nazzjonalista. Hemm pressjoni u insistenza kbira mill-għeruq tal-partit biex ikun jafu x'wassal għad-diżastru finanzjarju li jinsab fih dan il-Partit. Flus ġabru kemm felħu mingħand in-nies. Kif qatt nistgħu ninsew l-ispettaklu tal-flus ħerġin minn kullimkien mill-bwiet tan-Nutar Tony Abela. Xena li ikonikament baqgħet f 'moħħ kulħadd ta' kemm kellu flus il- Partit Nazzjonalista. Issa waslu sal-punt li jagħmlu attivitajiet li tant kienu jgħajru bihom lill-Partit Laburista. Għalhekk waslu biex fid-Dar Nazzjonali tal-Pietà jorganizzaw lotteriji, coffee mornings, spagettati, kummiedji, balli tal-karnival u mitt attività oħra li sa ftit ilu kienu jqisuhom tal-ħamalli. Daħlu fil-ferneżija ta' kif se jagħmlu l-flus forsi jnaqqsu ftit mill-għadab li hemm għalihom mill-qiegħ. Waslu sal-punt li anke jimmerkantizzaw u jipprofanaw il-firem tal-mexxejja tagħhom billi jbiegħuhom għal €50. Jekk Daphne qatt ma kellha raġun, f 'dan żgur għandha! Fl-aħħar mill-aħħar dawk li kien hemm qabel jieħdu ħsieb il-finanzi tal-Partit li jridu jwieġbu fosthom żewġ Segretarji Ġenerali u l-kaxxier, li mingħalija kien Peter Darmanin li meta suppost kellu jirtira issa reġa' bħal donnu jrid joħroġ għan-nofs. Tant il-gawwi huwa bil-ġuħ, li għamlu proposta li madwar ħames snin ilu ħarġu kontra tagħha qatta bla ħabel. Issa li qegħdin fl-Oppożizzjoni jridu li l-Gvern jibda jgħin finanzjarment lill-partit politiċi. Meta ħames snin xi ħadd kien qala' qlajja' li l-Partit Laburista riedha, dakinhar Lawrence Gonzi l-ewwel wieħed kien ħareġ bis-saħħa jipprova jxajtan lill-Partit Laburista u li kien messu jistħi li jagħmel proposta bħal din. Issa jriduha bil-messaġġ ċar li meta kienu fil-Gvern kienu komdi. Naħseb ma tridx tkun xi Sherlock Holmes tal-politika biex tasal għall-konklużjoni għaliex sakemm kienu fil-Gvern ma riduhiex u issa jriduha! Iżda f 'sitwazzjoni fejn jinsabu taħt pressjoni minn isfel biex jagħtu rendikont ċar ta' x'ġara. L-aħjar mod ta' difiża biex tnessi lin-nies huwa li toħroġ fuq l-attakk. Meta Neruni kellu problema għaliex ir-Rumani bdew jirribellaw kontra tiegħu sab soluzzjoni. Qal "ejja naħarqu Ruma u nweħħlu fil-Kristjani sabiex nilqgħu għall-kritika taċ-ċittadini u nimlewlhom moħħhom b'ħaġa oħra." Hekk għamel u qagħad idoqq l-arpa b'Ruma tinħaraq, għalkemm fil-każ tal-Partit Nazzjonalista ma nafx liema strument iridu jdoqqu dawk li ġabu lill- Partit Nazzjonalista f 'dan l-istat. Għalhekk qalu "Ejjew naqbdu mal- Partit Laburista fuq l-Australia Hall. Ejjew niddevjaw l-attenzjoni tan-nies tagħna minn fuqna għal fuq il-Partit Laburista." Għalhekk bdew kampanja kollha gideb u nofs veritajiet dwar propjetà li bi dritt kienet tal-Partit Laburista. Ma kinitx propjetà misruqa jew meħuda minn wara dahar in-nies, bħalma kien qiegħed jiġri sa ftit snin ilu fix-xiri taż-żejt u issa anke tal-konkos ta' Mater Dei. Kienet propjetà li l-Partit laburista akkwista billi ħallas għaliha mhux bil-ftit iżda bil-kbir. Il-kwistjoni kollha hija dwar konvenju ta' bejgħ li sar 'l fuq minn għoxrin sena ilu! Konvenju li sar meta l-proprjetà kienet tiswa wieħed minn għaxra ta' dak li hi. Għalhekk kien hemm kawża dwar prezz li ġie ffissat għoxrin sena ilu u mhux ilbieraħ. Fir-realtà kien jaqbel għall-Parit Laburista li din il-proprjetà ma tinbiegħx billi jirbaħ il-kawża. Iżda tant kienu ilhom ikaxkru l-affarijiet u tant kien hemm inċidenzi legali li l-Partit Laburista ma kellux triq oħra ħlief li jbiegħ bi prezz ta' għoxrin sena. Minn fuq qegħdin jakkużaw lill- Partit Laburista b'korruzzjoni. Ma natgħihomx tort sa barra, għaliex min għal snin sħaħ Gverna bil-korruzzjoni madwaru tfaqqas kullimkien jibda jaħseb li kulħadd korrott. Fejn l-onestà kienet skarsa d-diżonestà kienet issaltan. Għalhekk dawk li llum fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qegħdin jakkużaw lil ħaddieħor ma jistgħux jagħmlu mod ieħor għax jafu biss id-diżonestà. Agħar minn hekk qatt ma rajt ipokrezija bħal din. Jafu, u l-aktar wieħed li jaf huwa Jason Azzopardi li dwaru nisimgħu aktar 'il quddiem, li mhux minnu li l-propjetà f 'Pembroke waqgħet mis-sema f 'ħoġor il-Partit Laburista! Fil-fatt kellu jċedi lill-Gvern propjetà privata li kien fiha medda ta' art kbira fil- Marsa fejn darba kien hemm il-Freedom Press, biex hemm tinbena l-Marsa Ship Building. Biċċa proprjetà li bl-istess kriterji li qed tuża l-Oppożizzjoni fil-każ tal-Australia Hall tiswa ħafna aktar minn dak li rċieva minflok. L-ipokrezija tkompli tispikka meta l-Oppożizzjoni kienet ilha taf b'dan il-konvenju. Dan ma kienx moħbi jew mistur. Kollox kien jifforma minn atti ta' kawża li kienet ilha fid-dominja pubbliku għal dawn l-aħħar 20 sena. Meta Jason Azzopardi b'mod xejn grazzjuż, għamel kawża biex tittieħed il-propjetà tal-Partit Labuista kien jaf b'dan il-konvenju. Ma kien hemm xejn xi jżommu milli jmur jarah. Dakinhar ħadd ma kien jitkellem. Jekk issa joħroġ u jgħid li ma kienx jaf, jew mhux jgħid il-verità jew ma użax diliġenza kif suppost. Hemm verità waħda: iridu jnessu l-inkwiet finanzjarju u dalwaqt politiku, li għad hemm fil-Partit Nazzjonalista. Minħabba f 'hekk qabdu fuq l-Australia Hall, għax l-aħjar mod ta' difiża huwa l-attakk. Iżda bħalma ġralhom f 'każijiet oħrajn, il-poplu jaf jiġġudika. Aktar ma jieħdu din l-attitudni biex jaħbu l-ħotba li għandhom wara daharhom jew aħjar f 'daharhom, mingħajr ma jafu din il- ħotba aktar qed tikber. TONI ABELA Dik il-ħotba! Kif qatt nistgħu ninsew l-ispettaklu tal-flus ħerġin min-Nutar Tony Abela, xena li ikonikament baqgħet f 'moħħ kulħadd

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014