Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 15 FILWAQT li d-dinja kienet imkaħħla mal-mezzi tal- komunikazzjoni, issegwi d-demm, anzi gliegel ta' demm, imxerred fil-Medju Orjent (bl-Amerika u l-Unjoni Ewropea jrewħu), diversi qassisin f 'Malta, li ħafna jqisuhom l-mandarini tal-ġerarkija, kienu qed jippruvaw jiddistabbilizzaw lill-Arċisqof tagħhom. Għamlu kull xorta ta' akkuża u kien hemm min, saħansitra, qabblu ma' Borg Olivier meta kien dar għalih il-PN stess u ġiegħlu jirriżenja. Dawn spekulazzjonijiet reliġjo- politiċi. Il-Knisja Maltija għandha l-prijoritajiet f 'lokhom? Meta r-reġjuni ta' madwarna kienu qed jaqbdu f 'apokalissi, il- Knisja kien moħħha fi spin bla heda kontra l-Arċisqof tagħha. Bil-mezzi tax-xandir did-darba jakkomodaw bil-qalb kollha. Żid ma' dan kollu l-każ tas-saċerdot akkużat li "sseduċa tliet adoloxxenti" u tkun taf imnejn ġejja l-imma. L-imma ġejja minn ħafna qassisin stess. Ħafna saċerdoti la għandhom formazzjoni xierqa u lanqas sens ta' missjoni, għax kieku ma jkollokx kappillan jipprietka kontra l-Islam. Ħafna minnhom huma sempliċi karrieristi taħt il-libsa reliġjuża. Id-dinamika kollha kontra l-Arċisqof ma wrietx u ma ħarġitx ħlief ambizzjonijiet, kukkanji minn taħt u spekulazzjonijiet kontra tiegħu, anke kontra saħħtu fiżika u mentali. Ħadd minn dawk il-mandarini ta' quddiem ma ħareġ imqar klawżola waħda favur ir-riforma fil-Knisja fil-mezzi tax-xandir. Anzi ħafna mis-saċerdoti tkellmu mal-istampa bil- patt tal-anonimità. U meta l-elit iltaqa' mal-Arċisqof il-poplu t'Alla ma sar jaf xejn dwar x'intqal f 'dik il-laqgħa sigrieta. Donnu li anke l-Arċisqof hu maqbud f 'xibka ta' omertà. Illum il- Knisja hi maqbuda fit-tnalja tal-popoliżmu medjevali, li ħolqot u sostniet hi stess u ssantifikat għal sekli sħaħ. Iżda hemm elementi fl- istorja li jixhdu kif għandha tkun ir-riforma ekklesjastika. Is-sena d-dieħla, il- Karmelitani se jiċċelebraw il- 500 sena mit-twelid ta' Tereża ta' Avila (illum duttriċi tal-Knisja Kattolika). Hemm għandek mara (innutaw: mara) li sabet ġranet sħaħ għall-kontemplazzjoni attiva u l-ħidma biex toħloq jew tirriforma monasteri u treġġagħhom lura lejn il-purità tal-ewwel Kristjani. Tereża ssugrat ukoll tikteb trattati meta l-Inkwiżizzjoni tas-Seklu Sittax diġà kienet saret perikoluża. Il-Karmelitani f 'Malta, permezz tal-Istitut tagħhom fl-Imdina, qed jaħdmu bil-kwiet u bid-dinjità biex fil-prattika, jirriformaw il- qagħda prekarja tal-Knisja lokali. Reliġjużi oħra huma dedikati għal xogħol mal- iżvantaġġati u m'għandhomx ħin għall-pubbliċità personali fil-mezzi tax-xandir. Ir-rivista tagħhom, il- Karmelu, hi xhieda tanġibbli ta' kif qed jippruvaw jidentifikaw il-Knisja ma' profil reliġjo-intelletwali, maqtugħ mill-frugħa tal- festi, tax-xenati fil-festi, il-kartapesta u l-murtali. Din hi eżattament x'għandha tkun id-direzzjoni ta' dawk li jwaħħlu kollox fl-Arċisqof, li kull min jafu jaħlef li hu bniedem ta' reliġjożità awtentika. Hu ta' ispirazzjoni taqra f 'din ir-rivista dwar il-ħsieb ta' tnissil ġdid miz-zokk il- qadim, dwar il-mistiku ġdid tal-osservanza antika jew dwar il-ħidma u l-martirju f 'Dachau ta' Titu Brandsma, eks-Rettur tal-Università tal-Olanda u ġurnalista. Għalkemm dgħajjef fiżikament Brandsma baqa' jgħin lil sħabu l-priġunieri, sakemm inqatel min-Nazisti f 'kamp ta' konċentrament. IMNIEĦER SAN ĠWANN Dan l-aħħar fil-mezzi lokali kien hemm ħafna frattarija dwar l-ikoni: ikona ta' San dak u San l-ieħor. Insomma, parti mid-divertiment tal- fidili tal-massa li l-Isqof t'Għawdex jemmen li l-Knisja tmur aħjar mingħajrhom. Imma. Qrajt xi ħaġa dwar l-adulazzjoni nekrolifika tar-relikwi. Fi Travels in Early Modern Europe (1995) Antoni Maczak jikteb dwar il-kompetittività turistika f 'bosta bliet Ewropej dwar dawk l-ikoni. Kien hemm xi ħadd bħall-kronista Teodor Billewicz li fl-1677 kiteb li ra sider Sant' Anna u l-irjus ta' San Stiefnu u Ġwanni l-Battista (għandi nifhem fil- formalina) fil-Katidral ta' San Vitu fi Praga. U fil-belt Valletta ta' Malta, kien hemm qassis li wrieh l-id il-leminija ta' San Ġwann, friska daqslikieku kienet għadha kemm inqatgħet. U tah biċċa minn imnieħer il-qaddis biex ibusha. Biżarriji u aktar biżarriji. Dak li ġabet magħha il-psewdo-reliġjon Maltija. Dik hi l-fama li ħadna fl-Ewropa, talinqas qabel waslet l-Indipendenza tal-1964, għalkemm illum għad hemm xi relikwi 'l hawn u 'l hinn. IL-QASSISIN MALTIN U TEREŻA TA' AVILA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Ittri Il-Karmelitan li nqatel min-Nazisti "fl-infern ta' Dachau" Grazzi mill-Filippini Sejħa lill-għaqdiet tal-pensjonanti u l-unjins SR GEMMA FENECH BATAAN, ILFILIPPINI PERMEZZ ta' din il-gazzetta nixtieq nirringrazzja lil Mission Fund tal-għajnuna finanzjarja li qiegħda nirċievi mingħandhom kull meta niġi Malta. Għall-maġġoranza tan-nies fil-Filippini l-ħajja hija wisq differenti minn kif ngħixu aħna hawn Malta. Minħabba l-popolazzjoni enormi tal- pajjiż ħafna nies fil-provinċji ma jsibux xogħol u jsibuha wisq diffiċli li jipprovdu għall-ħajja ta' kuljum. It-tifuni ma jonqsu qatt u jħallu ħerba kbira warajhom. L-għajnuna li jkollhom bżonn hija kbira, u aħna permezz tal-għajnuna li nirċievu mingħand il-Misson Fund inkunu nistgħu ngħinu lil dawk li jkunu ġew milquta, speċjalment f 'dak li hu xiri ta' xkejjer tar-ross, ħwejjeġ eċċ. Ngħinu wkoll fil-qasam edukattiv. Bnejna wkoll xi kmamar tal-bricks għalihom, minflok il-kmamar żgħar tal-bamboo li ma' kull xita qawwija jiġu meqruda. Għalhekk inħeġġeġ lill- qarrejja kollha sabiex jibagħtu d-donazzjoni tagħhom lill-Mission Fund, biex aħna l-missjunarji Maltin inkunu nistgħu ntejbu l-ħajja ta' ħafna nies inqas ixxurtjati minna. Donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu f 'dawn il-kontijiet bankarji: HSBC: 061 197 448 050, BOV: 163 007 980 19, APS: 200 008 207 62, Banif: 000 879 631 01 jew permezz tas-sit elettroniku www.missionfund. org.mt Minn qalbi nerġa' nirringrazzjakom u nwegħedkom it-talb tagħna. G. SCHEMBRI, EKS MEMBRU GWU FGURA BEDA jkun diskuss il- baġit għas-sena 2015. Huwa għalhekk il-mument propizju li f 'isem il- pensjonanti, dawk imsejħa ta' qabel l-1979 nagħmel sejħa l-ewwel lill-Għaqdiet tal-Pensjonanti inkluż il-Kunsill tal-Pensjonanti u l-Unjins biex jippressaw lill-Gvern jirrimedja għad-diskriminazzjoni li teżisti fil-pensjoni msejħa 'Kommutata'. Il-pensjonanti milquta qed isofru inġustizzja kbira għaliex qed jirċievu pensjoni li hija anqas minn żewġ terzi u li allura qed tmur kontra l-istess liġi tal- pensjoni. Ta' min iżid jgħid li l-maġġoranza l-kbira ta' dawn il-pensjonanti i.e. li qed jirċievu pensjoni kommutata u ilhom hekk għal 12-il sena qed jirċievu pensjoni waħda li tagħmel is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom aktar serja. Il-PN fil-Gvern kien injora din l-inġustizzja għal 25 sena sħaħ u kien proprju qabel l-aħħar elezzjoni li wiegħed li jekk ikun fil-Gvern kien se jneħħi din l-inġustizzja billi jagħti l-pensjoni lil dawk milquta, pensjoni ta' żewġ terzi. Din l-inġustizzja kienet ilha tkun imqajma minn dawk milquta sena wara l-oħra bil-Gvern tal-PN jaqa' u jqum u minn widna kienet tidħol u mill-oħra kienet toħroġ. Issa nistennew li dan il-Gvern jagħraf din l-inġustizzja u jirrimedja għaliha fil-baġit li jmiss. Huwa d-dmir tal-Għaqdiet tal-Pensjonanti u tal-Kunsill tal-Pensjonanti kif ukoll tal-Unjins li jippressaw lill- Gvern fid-diskussjonijiet li se jkollhom biex din l-inġustizzja tkun irrimedjata. B'hekk tkun qed issir ġustizzja ma' dawk il- pensjonanti milquta u titneħħa diskriminazzjoni li ilha sejra s-snin. Barra minn hekk, tkun qed tittaffa xi ftit it-tbatija finanzjarja li l-pensjonanti milquta qed ikollhom jgħaddu minnha. Issa huwa l-mument tal- prova għall-Għaqdiet tal- Pensjonanti, għall-Kunsill Nazzjonali tal-Pensjonanti u tal-Unjins inġenerali. Wara kollox dawk milquta kienu membri ta' dawn il-Unjins u ħafna minnhom huma membri tal-Għaqdiet tal- Pensjonanti. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014