Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 27 SPORTSillum Danica Bonello Spiteri kemm hemm affarijiet differenti minn triathlon normali, allura saqsejt ħafna domandi lil xi ħbieb, kif ukoll lil atleti oħra" qalet Bonello Spiteri. It-tellieqa tan-nisa kollha bdiet flimkien, fejn kien hemm madwar 80 mara. Kif telqu fl-għawma, Danica malajr qabdet pass tajjeb. Kellhom żewġ dawriet, fejn fin-nofs riedu joħorġu, jiġru fuq ir-ramel u jerġgħu jaqbżu ġol-ilma. Hija għamet 1.5km fi 22 minuta u żewġ sekondi, u kienet fit-tielet post globali, ġriet għal ħdejn ir-rota tagħha, u malajr ħarġet fuq ir-rota. L-ewwel 10km tar-rota kienu kontinwament għat-telgħa, iżda t-terran kien relattivament faċli. Kif bdew il-ħdax-il kilometru, Danica kienet taf li kien hemm telgħa iebsa ħafna. Kellhom jinżlu minn fuq ir- rota minħabba l-waqfien tat-telgħa, u l-ġebel kbar li kien hemm li kienu jiżolqu ħafna bix-xita li kienet nieżla. Kienet iebsa ħafna, u Bonello Spiteri tilfet il-ħin hawnhekk għax ma kinitx ħafifa biżżejjed biex tiġri u timbotta r-rota fit-telgħa. Imbagħad ġiet niżla kollha ġebel u żlieq fejn avolja rnexxielha tirkeb ir-rota fin-niżla, n-nisa l-oħra kienu mdorrijin ħafna iktar minn Danica kif jinżlu b'ħeffa kbira. Danica waqgħet fl-għaxar post globali hawnhekk, iżda kompliet bil-pass tagħha, waqt li tipprova ma titlifx iktar ħin. Iżda kull tellieqa għandha l-istorja tagħha. Fit-tlielaq tal-off-road, hemm ċans kbir li jkun hemm puncture fir- rota, allura kull atleta jkollha bżonn li ġġorr għodda u tubi żejda ġo borża apposta tar-rota (saddle bag). Dan kien imwaħħal taħt is-sedil tar-rota, iżda wara 14-il kilometru dan is-'saddle bag' tqatta' u waqa' bl-effett tat-terrann li Danica għaddiet minnu. B'hekk kellha tieqaf, tiġbru, u żżommu fuq wara tat-trisuit li tilbes għat-tellieqa. Dan żammha lura milli taqdef kif xtaqet hi, iżda ma setgħetx tħallih warajha. Dan swieha ta' ġid meta fl-20 kilometru kellha puncture fuq ir-rota ta' wara u kellha tieqaf tbiddel it-tubu ta' ġewwa. Il-fatt li bdiet tara ħafna nisa oħra għaddejjin waqt li hi kienet qed tbiddel dan it-tubu ħasset li diġà kienet spiċċat it-tellieqa għaliha. Iżda ġaladarba rranġat ir-rota, reġgħet telgħet fuqha, u kompliet taqdef. Hawnhekk it-triatleti kellhom telgħa iebsa oħra, fejn kellhom jinżlu jimxu u jimbuttaw ir-rota għax kienet telgħa wieqfa ħafna. L-aħħar niżla wieqfa kienet teknika ħafna, bil-ġebel, tajn u żlieq. Danica tilfet xi ftit iktar ħin f 'din is-sezzjoni, iżda rkuprat xi ftit fl-aħħar kilometri tar-rotta. Lestiet 36 kilometru bir- rota, f 'sagħtejn u 33 minuta, u telgħet elevazzjoni (elevation gain) ta' 1,160m. Fl-aħħar reġgħet waslet fit-tranżizzjoni fejn ħalliet ir-rota, libset iż-żarbun tal- ġiri u bdiet 9 kilometri bil-ġiri, bl-idea li ma kinitx xi ġirja iebsa. Iżda fil-fatt, mill-ewwel kilometru kellha tiġri fit- tajn u ilma sal-għaksa u ndunat li aħjar kieku ġriet b'żarbun iktar adattat għall- 'trail running', għax iż-żarbun li kienet libset ma kienx qed iqabbad biżżejjed, allura bdiet tiżloq ħafna, u kellha tnaqqas il-pass meta ġiet fl-inżul u t-tlajja weqfin kollha tajn. Avolja kellha din il-problema teknika, il-ġirja tagħha kienet ferm tajba u għaddiet 17-il atleta. Fl-aħħar tat-tellieqa kien hemm ostakli li t-triatleti kellhom jitilgħu u jaqbżu iżda saqajn Danica kienu b'saħħithom sal-aħħar. Spiċċat it-tellieqa fil-21 post globali, iżda tal-età tagħha, ta' bejn it-30 u l-34 sena kienet l-ewwel waħda, li tatha t-titlu ta' Kampjonessa Mondjali! Rebħet ukoll it-tellieqa tal-Xterra tal-istess età. Dan ifisser li issa Danica kkwalifikat li ttellaq fl-itqal tellieqa tal-Xterra f 'Maui, Hawaii. Din hija tellieqa li ssir f 'Ottubru, iżda biex tkun tista' tieħu sehem, trid tattendi waħda mit-tlielaq tal-Xterra u tirbaħ. Dan ifisser li l-livell se jerġa' jkun iktar għoli f 'Maui, f 'kundizzjonijiet ferm iktar diffiċli. Dan il-Kampjonat tal-Xterra f 'Maui huwa ekwivalenti tal-Ironman f 'Kona, Hawaii wkoll, b'kompetizzjoni immensa għal dawn il-postijiet. Il-bqija tal-istaġun ta' Danica Bonello Spiteri jikkonsisti fil-Kampjonat Nazzjonali ta' Malta, tellieqa oħra f 'Spanja fejn ġejt mistiedna ntellaq ma' tim professjonali (wara l-wirja tajba fil-Kampjonat Nazzjonali fi Spanja din is-sena), kif ukoll din it-tellieqa f 'Maui, l-Hawaii. Is-sena 2014 tidher li sejra tajjeb ħafna għal Danica Bonello Spiteri, u hija tinsab kuntenta ħafna bir-riżultati sa issa. Parti minn dan is-suċċess hu dovut għar-raġel tagħha, Etienne Bonello u l-ġenituri, Ruth u Oswald Spiteri, li dejjem ikunu hemm meta jkollha bżonnhom fi kwalunkwe sitwazzjoni. Hemm ukoll il-'coach' Jack Maitland f 'Leeds, l-Ingilterra, li għenha tasal fejn hi llum u għallimha ħafna dwar x'inhu t-triathlon fil-veru sens tal-kelma, avolja fi kliemha għadha qed titgħallem eżatt kemm jinvolvi xorti dan l-isport tant għal qalbha! "Minkejja l-problemi, il- ġirja tagħha kienet tajba ħafna u għaddiet 17-il atleta"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014