Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Jintemm Summer on the Move u jiftħu l-applikazzjonijiet għal Skolasport GĦAL ħafna nies ix-xahar ta' Settembru huwa sinonimu mal-bidu tas-sena skolastika. Għall-Kunsill Malti għall- Isport, Settembru jġib miegħu tmiem Summer on the Move; il-programm sportiv għas- sajf. Din il-ġimgħa, fil-fatt hija l-aħħar waħda għat-3,800 parteċipant li din is-sena attendew għas-sessjonijiet ta' dan il-programm. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius flimkien maċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil żaru l-pixxina nazzjonali tal-Qroqq fejn segwew l-attivitajiet li kienu għaddejjin għal nies ta' kull età. Spikkat l-esebizzjoni tal-għawm sinkronizzat li ta' kull ġimgħa tkun immexxija minn Saho Harada, li rebħet żewġ midalji f 'din id-dixxiplina; waħda tal- fidda u oħra tal-bronż f 'żewġ edizzjonijiet tal-olimpjadi tas-sajf (2004/2008). Minbarra l-attivitajiet fil-pixxina, kemm is-Segretarju Parlamentari u anki ċ-Chairman żaru l-indoor games li kienu għaddejjin fil- kumpless tal-Qroqq. Din kienet l-ewwel sena, minbarra dik tal-2004, li l-programm ta' Summer on the Move m'għamilx telf. Il-fondi li se jibqa' wara li jinqatgħu l-ispejjeż kollha, se jintużaw sabiex il-livell tal-programmi kull ma jmur jitjieb. Il-Kunsill Malti għall- Isport huwa impenjat li joffri lill-pubbliku ġenerali aktar programmi ta' dan it-tip. Intant minn nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Settembru se jiftħu l-applikazzjonijiet online ta' Skolasport. Dawk interessati li japplikaw għal Skolasport huma mħeġġa li ma jħallux għall-aħħar. Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sit www.sportmalta.org.mt. Uħud mit-tfal li ħadu sehem l-Programm 'Summer on the Move' bl-Onorevoli Chris Agius josserva kollox waqt żjara li għamel Il-Malta Pool Association tħabbar staġun mimli attivitajiet GĦAS27 sena konsekuttiva l-Malta Pool Association hejjiet programm ta' attivitajiet għad-dilettanti kollha tal-pool ġewwa pajjiżna. F'dan l-istaġun, li se jkollu bidu fit-22 ta' Settembru, l-assoċjazzjoni se tkun qed torganizza kampjonati tat-timijiet, li se jkunu maqsuma f 'erba' diviżjonijiet, li jibdew f 'Jannar u jispiċċaw f 'Ġunju: team knockout maqsuma f 'żewġ kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f 'Novembru, il- Christmas Cup li tintlagħab f 'Diċembru, l-Easter Cup li tintlagħab f 'April u s-Super Cup li tinżamm f 'Ġunju. Fil-kategoriji individwali l-assoċjazzjoni se torganizza seba' 'Ranking Tournaments' li jinkludu l-kategoriji tal- irġiel, Under 18's, Under 23's u Over 50's. Barra dawn is-serje ta' 'Ranking Tournaments' l-assoċjazzjoni se torganizza wkoll 'Qualifier Tournaments' għall- kampjonati mondjali. Impenn importanti għall- assoċjazzjoni f 'dan l-istaġun se jkun l-organizzazzjoni tal- kampjonati Ewropej ġewwa pajjiżna. Din se tkun is-sitt darba li l-assoċjazzjoni ġiet fdata bl-organizzazzjoni tal- aktar kampjonati importanti fl-Ewropa. Dawn se jsiru bejn l-14 u l-20 ta' Frar f 'lukanda f 'San Pawl il- Baħar. Għaldaqstant l-assoċjazzjoni qiegħda tilqa' applikazzjonijiet ta' affiljazzjoni fi ħdanha. Klabbs jew bars li huma interessati li jieħdu sehem għandhom iċemplu lis- Segretarju Ġenerali tal- assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq 21677923 jew 79499117, jew jiktbu fl-indirizz tal-assoċjazzjoni P.O Box 33, Paola. jew permezz ta' imejl fuq jew degi8@maltanet.net jew jiksbu l-informazzjoni mis- sit tal-assoċjazzjoni www. maltapoolassociation.com jew il-paġna ta' Facebook. Il-logo tal-Malta Pool Association HEKK kif l-istaġun lokali tal-atletika jintemm, l-atleti individwali jħarsu lura minn fejn bdew u wħud igawdu s-sodisfazzjon tant mistħoqq ta' staġun dekorat, filwaqt li oħrajn jaħsbu fuq aspetti mill-ħajja atletika tagħhom li għandhom bżonn itejbu. Il-moħħ wara dan il-proċess li jagħmel kull atleta huma l-assoċjazzjonijiet, ħafna drabi volontarji, li joħolqu l-ispirtu sportiv li jnissel il- ħeġġa għall-isport fl-atleti. Kull min itemm staġun b'titjib sostanzjali minn fejn beda diġà ħaqqu premju, imma li dan ikun ġie mwettaq minn organizzazjoni żgħira bħal Savio AC huwa verament impressjonanti. Fil-kategorija tas-subien ta' bejn 12 u 13-il sena, Karol Spiteri, atleta emerġenti fil-kamp lokali wasal fit-tmiem tal-istaġun atletiku tiegħu. Dan l-atleta huwa ta' eżempju għall-atleti ż-żgħar mill-klabbs iż-żgħar biex jimxu fuq il-passi tiegħu, mhux biss mill-għadd tekniku, iżda wkoll fl-ispirtu sportiv li wera, l-ispirtu li tant huma magħrufin għalihSavio AC. Ir-riżultat ta' 10.39m fix- "shot put" jinkuruna l-istaġun eċċellenti tiegħu, li wasslitu għat-tieni post fil-kampjonati nazzjonali, kif ukoll ir-riżultat li kiseb fil-"javelin throw", li wasslitu jkun ir-rebbieħ fil- kampjonati għall-eta' tiegħu. Fil-kategorija tal-kbar, l-atleta stabbilit Matthew Croker kkonkluda staħun eċċezjonali. Bħala president ta' Savio AC, huwa mexxa l-klabb tiegħu b'suċċess matul dan l-istaġun. Il-konsistenza u l-ispirtu li wera kienu parti ċentrali fir-rimonta ta' Savio AC, wara li ġera serje ta' tmien tlielaq tal-400m kollha kemm huma taħt il-50 sekonda, kisba li l-ebda atleta lokali ma' laħaq fl-aħħar ħdax –il sena. Dan wasslu għall-midalja tal-fidda fl-400m, li ġiet ikkumplimentata mill-bronż fil-200m. Savio AC daħlu fix-xena bħala klabb żgħir, għelbu kull ostaklu u issa, sena wara, r-reġistrazzjonijiet ta' atleti rduppjaw. Huma ġew fit-tieni post fil-kampjonat ta' bejn il-klabbs, u rduppjaw l-midalji fil-kampjonati nazzjonali. Savio AC qegħdin ifittxu iktar atleti li jistgħu jgħinu, jimmotivaw u jmexxu, koordinaturi li jafu u jħobbu l-isport, u nies li jridu jkunu parti minn din il-ħolma. Savio AC xtaqu jieħdu din l-opportunità biex jirringrazzjaw lil kull min ta sehmu matul dan l-istaġun. Jekk trid tkun parti minn dan kollu, kkuntatja lil Savio AC fuq athletics@savioac.org YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Savio AC iħallu impatt fl-atletika lokali It-tim tal-kbar ta' Savio AC