Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
30 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 Kif iltqajt mal-isport tal- badminton? Bdejt nilgħab badminton mindu kont żgħir ħafna. Missieri kien kowċ ta' De La Salle Badminton Club li, wara xi snin, biddel l-isem għal Birkirkara Badminton Club. Kont nara lil ħuti l-kbar jilagħbu dan l-isport, u kelli ġenn biex nibda nilgħab jien ukoll. Ta' 6 snin kont ġa qbadt ir-racket f 'idi u bdejt nagħti daqqtejn u mmur għat-taħriġ. Tista' tgħid li minn dak iż-żmien sal-lum, il-badminton baqa' jokkupa parti kbira minn ħajti. X'jogħġbok l-iżjed f 'dan l-isport li ma fihx sport ieħor? Jien persuna sportiva ħafna. Tista' tgħid li l-isports kollu nħobbu. L-iktar ħaġa li togħġobni fil- badminton hi li jirrikjedi diversi kwalitajiet, kemm fiżiċi kif ukoll mentali. Plejer tal-badminton jeħtieġ il-veloċità, is-saħħa, l-istamina, u l-flessibbiltà. Fl-istess ħin, biex wieħed jilħaq livell għoli f 'dan l-isport, irid jiżviluppa wkoll kapaċitajiet mentali, speċjalment minħabba l-fatt li ħafna drabi tkun waħdek fil-court. Allura jekk issib ruħek f 'diffikultà, trid issib mezz biex toħroġ minnha waħdek u mhux taqta' qalbek mal-ewwel intopp li ssib quddiemek. Trid ukoll tipprova tagħraf fejn huma d-difetti tal-avversarju tiegħek u tattakka hemm. Il-fatt li fil-badminton, plejer irid ikun all-rounder jogħġobni ħafna. Inti ksibt diversi suċċessi fix-xena lokali – irbaħt it-titlu ta' Men's Singles għal seba' darbiet, tal-Men's Doubles għal għaxar darbiet, il- Mixed Doubles għal seba' darbiet, u t-triple crown erba' darbiet. Liema unur qiegħed l-iżjed għal qalbek? Kull unur li ksibt huwa xi ftit jew wisq speċjali għalija, ibda bl-ewwel unur li qatt irbaħt – dak tal-Under 13 Boys Singles, ibqa' tiela' għall- aħħar unuri li ksibt din is-sena stess. Iżda kieku kelli nagħżel unur wieħed, kieku nagħżel is-sena li rbaħt it-titlu nazzjonali tal-Men's Singles għall-ewwel darba. Kelli 21 sena u fil-finali ltqajt ma' Kenneth Vella li fl-opinjoni tiegħi hu l-aħjar plejer tal-Men's Singles li Malta qatt kellha sal-ġurnata tal-lum. Kenneth kien ilu ma jitlef logħba singles għal snin twal. Niftakarni tifel żgħir u mmur nara l-finali ta' dawn il-kampjonati u ħafna drabi kien ikun hemm Kenneth jiġġieled għat-titlu kontra plejers ta' livell għoli bħal Simon Spiteri, Aldo Polidano jew David Cole. Kont narah jilgħab u niftakarni ngħid lili nnifsi li xi darba rrid nilħaq floku. U dik il-ġurnata waslet fl-2003. Kont diġà ltqajt miegħu fil-finali sentejn qabel u kont lgħabt ħażin għax kont eċitat ħafna; infatti kont tlift. Fil-finali tas-sena 2003 kont determinat li nagħti l-aħjar tiegħi u ma nħallix l-eċitament u l-biża' jirkbuni. Wara logħba kumbattuta ħriġt rebbieħ u l-ħolma tiegħi saret realtà. U fix-xena internazzjonali? Fix-xena internazzjonali naħseb li l-iktar suċċess li ngħożż huwa meta rbaħna lil selezzjoni tal- aqwa plejers Sqallin fil-Logħob tal-Mediterran li saru fi Sqallija stess. Kienet esperjenza unika għalina l-plejers tal-badminton għaliex aħna m'aħniex imdorrijin nikkompetu u jkollna ġurnalisti u nies mill-Kumitat Olimpiku Malti jiġu jarawk tilgħab. Barra minn hekk, kien hemm diversi sportivi ta' dixxiplini oħra magħna, kollha ninkuraġġixxu 'l xulxin, u għalhekk kienet esperjenza sabiħa ħafna għalina. Niftakar li dik is-sena d-dixxiplini l-oħra ma tantx kienu marru tajjeb. Sqallija kienet rebħet il- maġġoranza tal-logħob. Aħna wkoll konna bdejna ħażin għaliex tlifna l-Women's Doubles, iżda fil-pront, jien u Samuel Cali (li kien qiegħed jagħmel id-debutt internazzjonali tiegħu f 'dik il-logħba), ġibna parità għal Malta billi rbaħna l-Men's Doubles. Kien imiss lili nilgħab il-Men's Singles iżda sfortunatament kont tlift bi 3 sets. Madankollu l-plejers l-oħra tat-tim irnexxielhom jirbħu l-Women's Singles (permezz ta' Maria Borg) u l-Mixed Doubles (grazzi għal Fiorella Sadowski u Samuel Cali) biex b'hekk ġibna r-rebħa għal pajjiżna. Li tirbaħ għal pajjiżek hija sensazzjoni unika! Hemm xi logħba partikolari li m'int żgur se tinsa qatt? Naħseb l-iktar logħba li żgur qatt ma jien se ninsa hija meta Badminton Malta kienet organizzat kompetizzjoni internazzjonali ġewwa Malta stess. Niftakar kienu ġew plejers minn diversi pajjiżi fosthom Ċipru, Lussemburgu u s-Sirja. Fil-kompetizzjoni tal- Men's Singles kont ikkwalifikajt għall-kwarti tal-finali fejn kien imissni nilgħab ma' plejer minn Lussemburgu li kien wieħed mill-favoriti għar-rebħ tal- kompetizzjoni. Fl-ewwel sett kont tiela' ras imb ras miegħu iżda fl-aħħar kien rebaħuli bi ftit punti. Iżda fit- tieni set inqallbet il-folja - ħadt il-logħba f 'idejja u rbaħtlu sew biex b'hekk morna għat-tielet sett. Fit-tielet, l-avversarju ma qabadx art. Kienet ġiet folla nies mhux ħażin tara l-logħob, xi ħaġa li għall-badminton hi rari. Niftakar in-nies jappoġġjawni bl-għajjat ta' "Malta ... Malta". L-appoġġ tani spinta inkredibbli dakinhar tant li l-avversarju, minkejja li kien ta' livell ogħla minni, ma setax isib mod kif jirbaħli. Kienet logħba li żgur nibqa' niftakarha għal għomri. Eventwalment kont ksibt il- midalja tal-bronż għal pajjiżna. Stefan, din is-sena inti kont qed tokkupa l-kariga ta' Media Officer ta' Badminton Malta. X'kienet ir- raġuni li ġegħlitek tidħol għal din il-kariga, u x'kisbiet għamilt f 'din is-sena ta' ħidma li issa waslet biex tintemm? Ir-raġuni ewlenija għaliex iddeċidejt li nidħol għal din il- kariga kienet għaliex kont qed nara l-isport li tant inħobb qiegħed imut ftit ftit. Il-badminton, peress li huwa sport żgħir, qatt ma kien jingħata daqshekk importanza. Ħafna mill-attenzjoni tmur fuq sport bħall-futbol u l-basketball. Iżda, iktar minn hekk, il-persuni li kienu jmexxu l-kumitat, fl-opinjoni tiegħi naqsu wkoll milli jagħtu importanza għall-promozzjoni tal-badminton fi xtutna u għalhekk l-ammont ta' plejers u klabbs jikkompetu kien bil-mod il-mod qiegħed jonqos. Ħassejt li għandi nagħmel xi ħaġa biex nipprova nbiddel din id-direzzjoni li kienet ittieħdet u ddeċidejt li nidħol għal din il-kariga. Wara sena ta' ħidma u ħafna sagrifiċċji, nemmen li, flimkien mal-membri kollha tal-kumitat preżenti, din id-direzzjoni rnexxielna ndawruha. Il-badminton qiegħed jerġa' jidher fuq il- gazzetti. Ħloqna sit ġdid li jiġi kontinwament aġġornat u paġna fuq Facebook li tilħaq mal-4,000 ruħ fil-ġimgħa. Bdejna niffilmjaw xi logħbiet u ntellgħuhom fuq Youtube biex inżidu l-popolarità SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Stefan Salomone – Rebaħ kulma m'għandu x'jori l-badminton lokali waqt li ta s-sehem tiegħu wkoll barra mill-pitch bħala Media Ocer ta' Badminton Malta dejjem għall-ikbar ġid tal-badminton lokali "Kont narah jilgħab u niftakarni ngħid lili nnifsi li xi darba rrid nilħaq floku" "L-appoġġ tani spinta inkredibbli dakinhar tant li l-avversarju, minkejja li kien ta' livell ogħla minni, ma setax isib mod kif jirbaħli" Suċċess enormi