Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

0.90 14 ta' Settembru 2014 • Nr 413 Tel: 2122 3999 JOHN BUSUTTIL illum@mediatoday.com.mt MADWAR miljun u nofs ewro fi flus kontanti nqabdu fl-ajruport ta' Fontanarossa ta' Katanja waqt li kienu se jinġiebu Malta illegalment. €800,000 biss ġew maqbuda fl-aħħar tliet xhur, Ġunju, Lulju u Awwissu. Il-flus kontanti nqabdu meta 'l fuq minn 200 persuna ġew imwaqqfa fl-ajruport bid- destinazzjoni tagħhom tkun Malta u anke Beijing. Dawn it-talin ippruvaw joħorġu dawn il-flus li ma kinux iddikjarati għal fini fiskali fl-Italja biex jiġu investiti Malta li skont il-ġurnal Taljan Nuovo Sud jgħid li hu fatt magħruf li f 'Malta hu faċli li tinvesti flus għax fiskalment huma laxki. Dawn il-flus kontanti kienu mpoġġija bejn il- paġni tal-kotba tal-ħrejjef tat-tfal iż-żgħar, oħrajn fil- kfief tal-basktijiet li jġorru wara daharhom it-tfal, karti tal-ewro mqassmin bejn il- paġni ta' ġurnali mremblin u anke meħjuta mal-ħwejjeġ li kienu lebsin dawk li nqabdu. Il-ġurnal Nuovo Sud qal li bħalissa fi Sqallija għaddejja lotta sħiħa kontra l-esportazzjoni illegali ta' flus kontanti li joħorġu barra l-Italja. Fil-fatt l-Italja għandhom liġi li jekk toħroġ 'il fuq minn €10,000 fi flus kontanti trid tiddikjarahom iżda dawn li nqabdu kellhom somom li jaqbżu sew dawn l-ammonti. Kien hemm fosthom li ammettew u għażlu li jħallsu multa ta' €30,000 u komplew bil- vjaġġ tagħhom. Filwaqt li l-multa għal dawk reċedivi kienet ħafna aktar tant li fosthom kien hemm min ħalla l-flus li nqabdulu fid- dwana u tela' fuq l-ajruplan ikompli l-vjaġġ tiegħu lejn gżiritna. Tkompli f 'paġna 2 Passiġġieri mwaqqfa fl-ajruport ta' Katanja Is-saga tal-Villaġġ tas-Snajja f 'Ta' Qali 22 sena ta' wegħdi fierħa JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt LI l-politiċi jwiegħdu u kultant ma jsir xejn mhix xi aħbar. Anzi tkun aħbar meta jitwettaq dak li jkun imwiegħed. Imma meta post li ta' kull sena jmorru jżuruh eluf ta' turisti kif ukoll Maltin u jitħalla f 'telqa minkejja li ilu snin jiġi mwiegħed li se jittranġa, mhix aċċettabbli u dan aktar u aktar meta fil-post l-arti, l-artiġġjanat u l-professjonalità huma fl-aqwa tagħhom. Il-Villaġġ tas-Snajja f 'Ta' Qali huwa wieħed mill- attrazzjonijiet imfittxija f 'Malta. It-telqa li hemm tibda tidher minn qabel wieħed jasal fil- qalba tal-villaġġ. Diversi sidien li tkellmu ma' ILLUM esprimew id-diżappunt tagħhom li minkejja l-proġetti li ssemmew tul dawn l-aħħar 22 sena, kollox baqa' kif kien. "Hija ħasra li s-sbuħija li joffru dawn in-nies bix-xogħol tal-idejn, jittappan bl-ambjent li hemm madwarhom," qalilna turist li kien qed iżur il-Villaġġ tas-Snajja f 'Ta' Qali. Il-lista ta' wegħdiet li saru minn diversi ministri u segretarji parlamentari tmur lura aktar minn 22 sena u sal- lum kollox għadu kif kien. Esportazzjoni illegali ta' flus minn Katanja għal Malta NEWSPAPER POST Ikompli f 'paġna 2 It-telqa li hemm tibda tidher minn qabel wieħed jasal fil-qalba tal-villaġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014