Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Imnedija l-MOVE Week 2014 ISSEGRETARJU Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż- Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius indirizza konferenza tal-aħbarijet li fiha ngħatat l-informazzjoni dwar MOVE Week 2014. Waqt l-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari saħaq li għalkemm bosta huma dawk li jifhmu l-importanza li tkun attiv, ftit huma dawk li l-attività fiżika hija parti mir-rutina ta' kuljum. Huwa għalhekk li MOVE Week hija importanti għaliex f 'din il-ġimgħa l-poplu għandu ċ-ċans li jipparteċipa f 'bosta attivitajiet li forsi qatt ma sema' bihom u eventwalment jagħmilhom parti mill-ħajja ta' kuljum. MOVE Week għandha tkun biss l-ewwel pass sabiex il-poplu Malti jgħix ħajja aktar sana. Il-Kunsill Malti għall-Isport irrikonoxxa l-importanza li Malta tingħaqad ma' Movimenti u Assoċjazzjoniet Internazzjonali tal-Isport u l-Kultura bħal l-ISCA biex għat-tieni sena konsekuttiva, flimkien mal-pajjizi l-oħra Ewropej, jorganizza ġimgħa t'attivitajiet fiżiċi u sportivi. Dan qalu l-uffiċjal inkarigat mit-tmexxija tal-Kunsill Malti għall- Isport, Mark Cutajar, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġiet imnedija MOVE Week 2014. Huwa qal li din is-sena bl-għajnuna ta' aġenziji governattivi, entitajiet sportivi, għaqdiet filantropiċi u individwi entużjasti, l-attivijiet żdiedu bid-doppju u jinsab ċert illi dawn l-avvenimenti se jappellaw għal kull membru tal-familja. Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef qal, "Il-Fondazzjoni tqis MOVE Week bħala mezz ta' parteċipazzjoni fil-komunità u għall-komunità. Kien għalhekk li l-Fondazzjoni Valletta 2018 ħadet l-inizjattiva biex jittellgħu attivitajiet ta' eżerċizzju fiżiku, danza, u logħob kompetittiv f 'żoni u toroq differenti madwar il-Kapitali Valletta, kif ukoll u f 'ibliet u rħula oħrajn madwar Malta. Attività ewlenija hija Walk the Towers – mixja bi sfond kulturali u storiku madwar it-torrijiet li jinsabu fuq il-kosta ta' pajjiżna, imtellà fuq tlett ijiem. Waqt din l-attività se jinġabru fondi b'risq il-Malta Community Chest Fund." Din hija t-tieni darba li Malta qiegħda tieħu sehem f 'MOVE Week u l-attivitajiet żdiedu bid-doppju. S'issa t-total huwa ta' 46 attività f 'Malta u Għawdex u dan in-numru għadu qed jiżdied. Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jorganizza ħames attivitajiet tal-massa li tlieta minnhom se jsiru biex jinġabru fondi għall-karità, fosthom The Community Chest Fund, Dar tal- Providenza u Puttinu. Il-ftuħ uffiċjali ta' MOVE Week 2014 se jsir fil-Belt u l-għeluq se jsir fil-bajja ta' Birżebbuġa. L-attivitajiet kollha huma b'xejn u saru bl- għajnuna ta' ħafna entitajiet, kunsilli lokali, għaqdiet sportivi u individwi. Uħud miż-żgħażagħ li se jieħdu sehem f 'MOVE Week 2014 Jintemm il-kampjonat għas- sewwieqa taż-żwiemel Malta t-tielet fit- tazza tad-dinja FTIT tal-jiem ilu ġie fi tmiemu l-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Professjonali taż-Żwiemel li sar fl-Isvezja fil-koros ta' Solanget u Umaker. Is-sewwieq Malti, Noel Baldacchino, saq fi tmien tiġrijiet iżda sfortunatament il-kwalità taż-żwiemel li kellu ma kinux fost l-aqwa. Però wieħed jinnota li Noel għamel dak kollu li seta' u rnexxielu jġib riżultati sodisfaċenti. Il-Malta Racing Club jinsab sodisfatt ħafna bil-figura li qata' b'sewqan eżemplari u ta' unur għal pajjiżna. Ta' min wieħed jinnota li Baldacchino kklassifika bit-tmint iżwiemel dejjem sat-tmien post u l-aħjar li mar kien darbtejn ir-raba' bi żwiemel meqjusa fost l-outsiders. B'kollox huwa ġab total ta' 47 punt daqs is- sewwieq Awstrijak Hubert Brandsatter Jr. Il-Kampjonat intrebaħ mid-Daniż Knud Monster b'total ta' 78 punt. Fit-tieni post spiċċa l-Franċiż Tony Le Beller bi 72 punt filwaqt li l-Isvediż Bjorn Goop kellu jikkuntenta bit-tielet post b'69 punt. ITTIM Nazzjonali Malti tat-Table Football kompost minn Mark Gauci, Joe Mifsud, Angelo Borg, Massimo Cremona, Charlie Aquilina u l-President tal- MTFSA Joe Zammit Pavia, rebaħ il-midalja tal-bronż fit-tazza tad-dinja ta' dan l-isport li saret f 'Rochefort, il-Belġju. Malta kienet fi grupp 2 u rebħet lil Wales 4-0, lill-Olanda 3-0 u tilfet 3-1 mal-Italja, li eventwalment rebħet it-tazza tad-dinja. B'dawn ir-riżultati Malta kkwalifikat għall-fażi tal-aħħar tmienja u rebħet lill-Portugall biex għaddiet għas-semi finali fejn tilfet ma' Spanja. Peress li f 'dan l-isport ma tintlagħabx logħba għat- tielet jew raba' post, Malta awtomatikament spiċċat it- tielet flimkien mal-Belġju. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius bagħat l-awguri tiegħu lil dan it-tim li reġa' għamel unur lill-pajjiżna fost il-ġganti f 'dan l-isport. Is-sewwieqa kollha li ħadu sehem l-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Professjonali taż-Żwiemel li sar -Isvezja It-tim nazzjonali Malti tat-Table Football li rebaħ il-medalja tal-bronż l- Belġju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014