Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 9 fl-2011 ħarab minn Malta u baqa' ma nstabx Fuq il-post marret il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li mexxiet l-aċċess u ħatret lit-tabib forensiku Mario Scerri bħala espert tal-Qorti. Meta tneħħew il-liżar u l-quilt u l-esperti forensiċi bdew jeżaminaw il-katavru Irena Abadzhieva rriżulta li kellha diversi daqqiet fuq wiċċha, f 'għonqha, f 'sidirha, fl-istonku, fuq kuxxtejha u partijiet oħrajn ta' ġisimha. Kien jidher li l-vittma kellha aktar minn 40 daqqa ta' arma li taqta' u bil-ponta. Il-katavru kien diġà fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. Il-qattiel ried ikun ċert li l-mara tmut u ma tkunx tista' ssejjaħ għall-ajjut tant li partijiet minn imsarinha wkoll instabu barra bid-daqqiet brutali li qalgħet. Irena nstabet bl-ilbies li s-soltu wieħed jorqod bihom li kienu jindikaw li l-mara jew kienet lesta biex tidħol torqod jew kienet għadha kif qamet meta sfat aggredita. L-uffiċjali tax-Xena tar-Reat, immexxijin mill-Ispettur Ramon Cassar, elevaw kull traċċa li seta' ħalla warajh il- qattiel. Fost l-aktar evidenza li ħalla warajh kienu tiċpis tad-demm li nstabu qrib sink li jindikaw li l-qattiel mar jaħsel idejh wara li wettaq id-delitt. Meta dan id-demm kien eżaminat mill-esperti forensiċi, fosthom siroloġisti, kien konfermat li ma kienx tal- vittma iżda ta' raġel. Kien stabbilit li l-aħħar li l-vittma dehret ħajja kien nhar il-Ħadd, 29 ta' Mejju 2011 għall-ħabta tal-5pm. Hija kienet taħdem fi stabbiliment f 'San Ġiljan bħala fattiga. L-appartament fejn instabet maqtula kien ilu mikri għandha mit-2 ta' Novembru 2010 imma mhux magħruf jekk hi daħlitx Malta f 'dawk il-jiem jew qabel. Fannijiet mixgħulin Il-qattiel ta' Abadzhieva ried ikun ċert li meta jinstab il- katavru, huwa jkun ilu li telaq minn Malta. Għaldaqstant huwa għatta l-katavru biex ir- riħa ddum ma tinxtamm tant li anke poġġa żewġ fannijiet u ħalla l-gallarija miftuħa. Peress li kien Ġunju, u s-sħana kienet diġà bdiet sew, min ra l-gallarija miftuħa bil-purtiera ttir, ma kellux għalfejn jaħseb ħażin għax hija xi ħaġa naturali li b'temperaturi sħan il-gallariji u twieqi jitħallew miftuħin anke matul il-lejl. Suspetti fuq Tork Għalkemm dan il-każ għadu sal-lum uffiċjalment mhux solvut, għax il-Pulizija ma arrestaw lil ħadd b'konnessjoni mal-qtil ta' Abadzhieva, l-investigaturi jinsabu konvinti li l-persuna responsabbli huwa l-eks sieħeb tal-vittma li iżda ħarab minn Malta wara li wettaq l-omiċidju. L-investigaturi f 'dan il-każ għandhom provi suffiċjenti li jpoġġu lil ċertu Mustafa Kosorgeli, li meta wettaq il-qtil kellu 29 sena u li huwa ta' nazzjonalità Torka, mhux biss fil-post tad-delitt imma allegatament li kien hu li wettaq l-omiċidju brutali. Il-Pulizija stabbilixxew li Kosogeli kien ilu jgħix Malta bil-viża skaduta għal aktar minn erba' snin u l-aħħar indirizz li kien joqgħod kien propju fl-istess appartament tal-vittma. Persuni li kienu jafu lil Irena qaluli li f 'daqqa waħda anke Mustafa Kosogeli kien ilu ma jidher għal madwar ġimgħa, iżda peress li dan kien barrani u fl-inħawi hemm ħafna barranin li jiġu u jmorru, għalihom kienet xi ħaġa ta' rutina fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Sors ieħor qalli li fil-gallarija spiss kien ikun hemm xi ħwejjeġ ta' raġel minxurin, kif fil-fatt kien għad hemm meta nstab il-katavru tal-Bulgara, kif ukoll gaġeġ bl-għasafar. L-istess sors qal li probabbli l-istess qattiel fetaħ il-gaġeġ u ħarrab l-għasafar qabel ħarab hu wkoll. Xtara biljett tal-ajru għat- Turkija Mill-investigazzjonijiet li għamlu l-Pulizija rriżulta li Mustafa Kosogeli kien ħalla Malta lejn Istanbul fit-Turkija u għalhekk mhux eskluż li l-Pulizija Maltija talbu l-assistenza tal-kollegi tagħhom fit-Turkija. Iżda dan qatt ma nstab u ma neskludix li anke kieku nstab mhux faċli biex dan jinġieb Malta biex jiffaċċja akkużi ta' omiċidju fejn jista' jeħel għomru l-ħabs. It-Tork ipprova jitlaq minn Malta l-għada li allegatament wettaq id-delitt, it-Tnejn, 30 ta' Mejju, iżda ma kienx hemm post fuq it-titjira tal-Air Malta lejn Istanbul. Għaldaqstant huwa xtara biljett għat-titjira li kien imiss, dik tal-Ħamis, li kienet it-titjira KM786 lejn Istanbul li telqet minn Malta fis-5.50am u waslet it-Turkija fid-8.55am. Minħabba li t-Turkija ma jagħmilx parti miż-Żona Schengen, Kosogeli kellu jgħaddi mill-proċedura tal- immigrazzjoni. Kien hawn li rriżulta li t-Tork kellu l-viża skaduta b'erba' snin u tmien xhur iżda minħabba li l-proċeduri tal-immigrazzjoni kienu nbidlu, kulma ntalab biex jagħmel huwa li jiffirma dik imsejħa bħala "Immigration Notice" fejn iddikjara li kien Malta illegalment. Wara ttieħdu fotokopji tal-passaport u tal-viża kif ukoll id-dettalji kollha li jiddaħħlu fis-sistema tal-immigrazzjoni u tħalla jitlaq minn Malta b'mod normali. Qabel ma nbidlet il-proċedura dawk kollha li kienu jinstabu li kienu Malta bil-viża skaduta, kienu jinżammu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fl-ajruport jew fil-port, jitressqu l-Qorti u wara kienu jiġu deportati lejn pajjiżhom. Iżda biex ikun frankat il-ħin tal-Pulizija u l-Qorti kif ukoll l-ispejjeż li jinvolvu dawn il-proċeduri, kienet inbidlet is-sistema u l-persuna b'viża skaduta titħalla titlaq minn Malta mingħajr ma jittieħdu passi legali kontriha. F'każ li l-istess persuna terġa' tiġi Malta, billi jipprova jidħol f 'pajjiżna minn xi pajjiż li mhux fiż-Żona Schengen, dan jinżamm għax ismu bid-dettalji kollha jitilgħu fuq il-kompjuter. Dan ma kienx l-uniku każ li kriminal ħareġ minn Malta minħabba li ma nżammx mill- Immigrazzjoni. Iżda l-istħarriġ tal-Pulizija xorta kompla għaddej fejn anke saru diversi kuntatti ma' Pulizija internazzjonalment fosthom dawk fit-Turkija. Nifhmu li l-kuntatti li saru, anke fix-xhur li għaddew, l-awtoritajiet Torok ikkoperaw ħafna mal-Pulizija Maltija. Tiġi Malta oħt il-vittma Kif il-familja ta' Irena Bilyanova Abadzhieva ġew informati bit-traġedja li laqtithom, ġiet Malta oħt il-vittma biex tħejji l-arranġamenti għad-difna ta' Irena. Iżda oħt Irena sabet li ma setgħet tagħmel xejn qabel tlestew l-eżamijiet forensiċi kif ukoll tossikoloġiċi kollha u għaldaqstant il-Maġistrat Inkwerenti, Dr Gabriella Vella, ma kinitx f 'pożizzjoni li tawtorizza d-difna. Il-katavru tal-Bulgara ttieħed lejn pajjiżha Xahrejn wara li Irena Bilyanova Abadzhieva nstabet maqtula brutalment, inħarġet l-awtorizzazzjoni biex il- katavru tagħha jkun jista' jittieħed mill-qraba tagħha u tingħata l-aħħar tislima. Fil-fatt il-katavru tal-Bulgara telaq minn Malta fis-6 ta' Awwissu 2011 fuq titjira tal-Air Malta lejn Sofia fil-Bulgarija. Nifhmu li l-katavru ta' Abadzhieva ġie kkremat. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Ħwejjeġ, x'aktarx tal-aggressur, għadhom fil-gallarija Investigaturi deħlin fil-blokk ta' appartamenti "Il-qattiel ried ikun ċert li l-mara tmut u ma tkunx tista' ssejjaħ għall-ajjut"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014