Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 11 Il-Poodle din il-ġimgħa ma kienx disponibbli u se jerġa' jkun magħkom mill-iktar s possibbli Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Hawnhekk naħdmu tlieta min-nies, il-master brewer li jiġi mill-Belġju għal waqt il-produzzjoni, jien u t-tfajla li ma niħdux paga. Matul il-produzzjoni nħaddem tliet żgħażagħ Għawdxin part time biex nitfgħu l-birra fil- fliexken. Il-makkinarju hu kollu tal-azzar u skont Samuele l-magna tal-ibbottiljar hi l-"Ferrari" tal-ibbottiljar. Mistoqsi jekk il-prezz għoli tal-birra jbiegħedx lin-nies li jixtruha, qalli li din hi birra ta' kwalità għolja u għalhekk trid tħallas prezz għoli għax tiswa ħafna biex tiġi prodotta, "din mhix produzzjoni tal-massa." Barra hekk l-ilma li jintuża hu tal-vit iżda jiġi infiltrat bis-sistema Reverse Osmosis. Min irid iduq din il- birra jista' jmur il-fabbrika ċkejkna iżda ta' kwalità għolja, fejn tista' dduq il- birra b'xejn u anke jagħtuk dawra mal-fabbrika. Il- fabbrika Lord Chambray Limited tinsab fil-kumpless Gozitano fix-Xewkija u dawk li forsi jkunu jridu jmorru bħala grupp jistgħu jċemplu lil Samuele fuq 79559340 u jagħmlu appuntament. Qabel tlaqt Samuele qalli li kull min qed imur iduqha qed tgħoġbu u għandu rispons tajjeb ferm mill- Maltin, mill-Għawdxin u l-aktar l-Ingliżi li qalulu li ilhom ma jduqu birra daqshekk tajba! Samuele jemmen li l-Għawdxin għandhom biex ikunu kuntenti li għandhom il-birra tagħhom għax għalkemm hu Taljan, hu parti minn Għawdex u l-fabbrika hi Għawdxija. Birra ta' kwalità li tkompli tgħolli l-livell ta' din il-gżira ta' kalibru. "Samuele jemmen li l-Għawdxin għandhom biex ikunu kuntenti li għandhom il-birra tagħhom għax għalkemm hu Taljan, hu parti minn Għawdex u l-fabbrika hi Għawdxija" Jitolbu għal fast boat service €5 miljun f 'apparat ġdid fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ILKUNSILL taż-Żgħażagħ Għawdxin qed jitlob lil gvern biex jibda jħaddem dak li ilu mwiegħed għalihom, jiġifieri l-fast boat service. Għax b'hekk tittaffa mhux ftit il-ħajja iebsa tal-Għawdxin li jaħdmu Malta u jridu jaqsmu l-fliegu kuljum. Fejn hemm madwar 1,500 Għawdxi li jużaw il-Gozo Channel ta' kuljum biex imorru għax-xogħol. Il-Gvern Laburista permezz tal-Ministeru ta' Għawdex kien wiegħed li mill-aktar fis possibbli se joħloq is-servizz ta' fast ferry, iżda jidher li dan il-proġett għadu fi stat ta' studju. Jista' jkun hemm xi problemi għal dan il- proġett minħabba li dan it-tip ta' trasport jista' jkun ta' kompetizzjoni mal- Gozo Channel li barra li taħdem kummerċjalment hi istituzzjoni soċjali għal gżira Għawdxija. Is-servizz ta' fast ferry iżda jista' wkoll jaffetwa fil-pożittiv il-problema li nħolqot dan l-aħħar għall-għalliema żgħażagħ Għawdxin li jaħdmu Malta minħabba l-bdil fil-ħinijiet ta' diversi skejjel. Dan ifisser li ħafna minnhom jew ikollhom iħallsu €300 fix-xahar inkella joħorġu mid-dar qabel titla' x-xemx u jirritornaw fi djarhom wara li tinżel ix-xemx. Il-Kunsill qed jitlob li tittieħed azzjoni immedjata biex tiffaċilita l-ħajja ta' dawn l-għalliema żgħażagħ u lesti li jiltaqgħu mal- awtoritajiet ikkonċernati biex jiddiskutu kif se jaslu għal soluzzjoni. WAQT is-serata Premju Ħaddiem tas-Sena tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, is- Segretarju Parlamentari tas- Saħħa Chris Fearne qal, "Il- viżjoni tagħna hi li l-qasam tas-saħħa f 'Għawdex ikun xprun ekonomiku, biex f 'Għawdex is-servizz tas- Saħħa jiġġenera x-xogħol barra mill-bini tal-isptar." Din l-attività ġiet imtellgħa bil-għan li jiġi rrikonoxxut l-impenn eżemplari ta' dawk il-ħaddiema li b'ħidmithom ikunu ddistingwixxew ruħhom fil- kamp tas-servizzi tas-Saħħa f 'Għawdex. Fid-diskors tiegħu Fearne tkellem fuq il-pjan strateġiku tal-Gvern biex jgħolli l-livell tas-Saħħa f 'Għawdex, li għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu dan se jgawdi minn investiment ta' €5 miljun f 'fondi Ewropej għal xiri ta' diversi apparat ġdid tal-ogħla teknologija. "Minn stat ta' abbandun, b'impenn u motivazzjoni, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed jinbidel f 'wieħed dinjituż, b'servizzi ġodda mmirati biex il-pazjent Għawdxi jingħata l-kura li jixraqlu f 'Għawdex stess mingħajr tbatija u skariġġ żejjed," qal Fearne. F'dan ir-rigward huwa semma li mill-bidu tal-ftuħ tad- Day Care Unit f 'Lulju 2014, madwar 400 pazjent gawdew minn dan is-servizz, filwaqt li fil-kura li bdiet tingħata għall- ewwel darba fil-qasam tal- kura tal-għadam, il-pazjenti Għawdxin m'għandhom l-ebda listi ta' stennija. Is-Segretarju Parlamentari żied, "Nemmnu li l-qafas tas-suċċess huma t-talenti u l-kapaċitajiet li għandna fir-riżors uman. Qegħdin ninvestu fil-paramediċi u l-infermiera u fil-fatt mal- 50 infermiera Għawdxin li kienu jservu fl-isptarijiet f 'Malta, illum qed iservu f 'Għawdex. B'hekk qegħdin insaħħu diversi dipartimenti fosthom fl-areas tan-nisa u fit-teatri tal-operazzjonijiet." Huwa tkellem fuq il-pjan tal-gvern li l-postijiet offruti lill-konsulenti f 'Mater Dei qegħdin jinkludu s-servizz tagħhom fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. "Grazzi għal dan l-investiment diġà bdejna nestendu ċertu servizzi, bħal dawk fil-qasam tal- endoskopija, il-kirurġija ġenerika u l-ortopedija fejn żidna sessjonijiet ta' wara nofsinhar biex naqqasna l-listi ta' stennija," spjega s-Segretarju Parlamentari. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-Ministru ta' Għawdex Anton Refalo, lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana u lil Dr Franco Mercieca tal- kollaborazzjoni tagħhom, u b'mod speċjali lill-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li bix-xogħol tagħhom l-ambizzjoni li Għawdex joffri kura tal- ogħla livell minn ħaddiema li jpoġġu l-ewwel lill-pazjent qed tiġi mwettqa. Il-hovermarine li kellha l-Gozo Channel Grazzi għal dan l-investiment diġà bdejna nestendu ċertu servizzi, bħal dawk fil-qasam tal-endoskopija, il-kirurġija ġenerika u l-ortopedija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014