Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 13 li l-gvern jirrappreżenta l-poplu kollu. Bil-gvern parti mill-MCESD ifisser li qiegħed hemm biex jara min u x'intom tgħidu jew ikun parti mid-dibattitu u jismagħkom? Il-fatt li l-Ministru Helena Dalli dejjem tkun preżenti jista' jgħin li tagħti aktar saħħa dak li jiġi dibattut fil-kumitat meta jiddiskutuh fil-Parlament. Għax fil-kumitat hemm dibattitu li ilu għaddej is-snin dwar jekk għandux ikun preżenti l-gvern billi hemm min jistaqsi jekk l-MCESD hiex awtonoma bil-gvern ma djulha. Jien xogħli hu li nidderieġi u mhux li nesprimi l-opinjoni tiegħi dwar dan. Però rrid ngħid li kienet il- Ministru Helena Dalli li ħadet l-inizjattiva li terġa' twaqqaf il- kumitat tal-istrutturar immexxi minn William Portelli li għamel xogħol impekkabbli. Lesta dokument li bih l-MCESD issir aktar relevanti u hemm 90% qbil dwar ir-rapport. Se niddiskutu l-punti f 'Ottubru u fuq inizjattiva tal-istess Ministru trid li naqtgħulu rasu malajr kemm jista' jkun biex issir il-leġislazzjoni meħtieġa. Dan id-dokument jgħaddi għand il-Gvern għat-tibdil fil-liġi bl- isperanza li l-Gvern jifhem l-ħtiġijiet għal aktar kontribut. Saru dibattiti serji li kien hemm kulħadd wera li moħħhom kien għal ġid komuni tal-pajjiż u mhux kulħadd jara n-naħa tiegħu biss. Din hi l-linja li mexjin biha l-imsieħba soċjali f 'dawn l-aħħar snin. Jiġifieri int qed tgħidli li l-imsieħba soċjali sirtu taqblu f 'kollox? Li ma tismax kontroversja hu sinjal pożittiv. Iżda ma jfissirx li naqblu f 'kollox. Pereżempju fuq il-C.O.L.A. (Cost Of Living Allowance) hemm fejn ma naqblux iżda nifhmu lil xulxin għal ġid tal- pajjiż. X'qed jinkwetakom l-iżjed fejn jidħlu ħaddiema? Ix-xogħol prekarju. Għamilna żewġ laqgħat u sar rapport lill- Gvern li qed jużah biex issir leġislazzjoni biex jitnaqqas il- prekarjat. Jinkwetana l-fatt li m'hawnx ħaddiema biżżejjed preparati għal xogħol tekniku li ħafna investituri barranin għandhom bżonn u qed jinġiebu ħaddiema barranin. U anke l-mentalità u l-kultura Maltija fejn jidħol xogħol. Il-barrani jaħdem il-ħinijiet kollha li titlob minnu u l-ħaddiem Malti fil-lukandi, bars u ristoranti ma jkunux iridu jidħlu s-Sibtijiet għax ikunu jridu joħorġu nkella għax l-għada tal-festa u skużi oħra bħal dawn. Jinkwetana l-fatt li huma wisq l-istudenti li qed jieqfu milli jkomplu l-istudji tagħhom. Inkwiet ieħor hu meta tisma' dwar in- numru ta' nies f 'xifer il-faqar għax min iħaddem ma jaqbillu qatt li jkun hawn din is-sitwazzjoni fil- pajjiż. Int kont parti mill-MCESD fl-amministrazzjoni ta' qabel u ċermen f 'din l-amministrazzjoni. Tara xi differenza bejn iż-żewġ amministrazzjonijiet? Bażikament ma narax differenzi jekk dejjem hemm. Chris Said fl-amministrazzjoni ta' qabel kien jagħti kontribut tajjeb u llum hemm ministru li trid tagħmel ħafna wkoll. Il-fatt li l-Ministru Helena Dalli saħqet fuq l-istrutturi legali tal-MCESD kien pass 'il quddiem. Kulħadd qed jistenna l-baġit. Bla dubju li l-imsieħba soċjali jkunu ferm interessati fil-baġit ta' kull sena għax intom tirrapreżentaw sew lil dawk li jħaddmu u anke lil dawk li jaħdmu. Il-gvern jagħti kas il-proposti li tgħaddulu? Min jaħseb li l-imsieħba soċjali jagħmlu l-proposti tagħhom fuq dak li jixtiequ, speċi ta' wish list ikun żbaljat. Il-proposti li jitressqu lill-Gvern huma proposti għal ġid komuni. Proposti biex jitnaqqas il-faqar u jkun hawn stabbilità ekonomika. Fl-24 ta' Settembru l-gvern jisma' l-proposti ta' kulħadd. Dan l-aħħar il- maġġoranza tal-proposti tagħna qed jiġu aċċettati, nispera li anke did-darba jiġri l-istess għax s'issa l-proposti għadhom m'għaddewx lil gvern. Id-dokument ta' qabel il-baġit li ppreżentalna l-Ministru tal- Finanzi kien ċar. Opportunitajiet u mhux dipendenzi. Fejn qed juri li fil-baġit li ġej id-dejn, il-GDP u d-defiċit se jitnaqqsu. Barra hekk l-imsieħba soċjali qed jistennew bil-ħerqa n-nuqqas fil-kontijiet ta' dawl u ilma għall-industrija f 'Marzu li ġej. Min-naħa tagħna sa nofs Ottubru nkunu nafu tliet kwarti mill- baġit. Spiċċa ż-żmien tal-bagalja magħluqa. Fid-dokument li ħareġ mill- Kamra tal-Kummerċ 'Economic Vision 2014/2020' fil-parti 'Ease of doing Business' juri biċ-ċar li fil-lista fejn kull pajjiż jiġi mkejjel kemm hu faċli biex tinvesti fih, Malta tinsab fil-103 post fid-dinja u l-aħħar fl-Ewropa. Xi tgħid l-MCESD dwar dan? Lista li nkwetat bil-bosta lill- imsieħba soċjali. Hawn investiment iżda hawn investituri li jistgħu jitnaffru b'din il-lista. Jekk irridu nattiraw aktar investituri ma nistgħux nibqgħu wara l-pajjiżi tal-Lvant. Il-burokrazija żejda li hawn fil-pajjiż biex wieħed jinvesti hi kbira. Il-Gvern hu kommess li jnaqqas il-burokrazija fejn anke kummissarju kontra l-burokrazija ħoloq, iżda jrid jgħaġġel iżjed. Ma nistgħux nistennew iżjed. Hawn Malta tant trid permessi li l-investituri jaqtgħu qalbhom u jmorru postijiet oħra. Nagħmel appell ġenwin, ejja naqbdu l-barri minn qrunu. li jsejħilha Austin Gatt "Il-Maltin ma jkunux iridu jidħlu s-Sibtijiet għax ikunu jridu joħorġu nkella għax l-għada tal-festa u skużi oħra bħal dawn" "Min-naħa tagħna sa nofs Ottubru nkunu nafu tliet kwarti mill-baġit. Spiċċa ż-żmien tal- bagalja magħluqa" "Li ma tismax kontroversja hu sinjal pożittiv. Iżda ma jfissirx li naqblu fuq kollox"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014