Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560
Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 3 tal-Villaġġ tas-Snajja l-ġdid. Zammit Dimech kien qal li fl-istess waqt, l-istess sezzjoni ġiet inkarigata mid-disinn il- ġdid taċ-ċentru tal-artiġġjanat bħala villaġġ Malti b'karattru uniku li għandu jattira lejh aktar viżitaturi sew barranin kif ukoll Maltin. Hu kien qal li l-ħwienet f 'dan il-villaġġ huma wkoll industriji żgħar u għalhekk dan il-villaġġ hu maħsub li jkollu karattru uniku. Francis Zammit Dimech kien ħabbar li l-periti tal- proġett kienu Shirley Buttigieg u George Buhagiar. Qal li fid-disinni tagħhom dawn ħasbu biex joħolqu l-karattru ta' villaġġ jew belt żgħira Maltija, biex jirrappreżenta l-artiġġjanat Malti b'ċertu dinjità. Il-Ministru Francis Zammit Dimech kien awgura li dan il-proġett jitwettaq fi żmien qasir biex ikompli jagħti lill- artiġġjanat Malti nifs ġdid biex jikber u biex dawn l-inħawi jkomplu jiġu immodernizzati għat-tgawdija tal-poplu Malti u tal-eluf ta' turisti li jżuru l-villaġġ tas-snajja. F'Awwissu 2004 Edwin Vassallo għal darb'oħra wiegħed li l-proċess ta' konsultazzjoni tal-proġett f 'Ta' Qali ma' 80 familja u mad-Dipartiment tal- Artijiet kien tlesta u fi żmien qasir kienu se jissejħu biex jiffirmaw id-dokumenti meħtieġa. F'Jannar 2006 Edwin Vassallo ħabbar li l-Gvern kien se joħroġ il-pjani għat- tisbiħ tal-villaġġ f 'Ta' Qali. Disa' xhur wara, f 'Settembru 2006 kien imiss lil Lawrence Gonzi, dak iż-żmien Prim Ministru, li ħabbar li l-proġett dalwaqt kien se jibda. Imma fi Frar tal-2007 mhux talli ma kien għadu sar xejn, iżda l-eks Ministru Jesmond Mugliett li kien responsabbli mill-iżvilupp urban, ħareġ jgħid li l-proġett se jiġi mniedi dalwaqt. Fil-fatt f 'Lulju ta' dik is-sena l-Gvern nieda l-proġett il-ġdid f 'Ta' Qali. Fi Frar 2008 l-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu għall- Elezzjoni Ġenerali wiegħed li "kollox huwa lest biex jibda l-proġett fuq il-Villaġġ tas- Snajja f 'Ta' Qali. Dan se jieħu erba' snin biex jitlesta u se jiġi jiswa €28,000,000". Fl-istess xahar ħarġet is-sejħa għall-offerti fejn kien hemm tmien sottomissjonijiet. F'Ottubru 2008 kien imiss lill-Ministru tal-Infrastruttura Austin Gatt li fil-Parlament ħabbar li l-proġett f 'Ta' Qali Crafts Village qed ikun rivedut wara li applikazzjoni għall-finanzjament ġiet miċħuda mill-UE. Tliet xhur wara l-istess Austin Gatt ħabbar li l-pjan biex isir ix-xogħol fil-Villaġġ tas-Snajja f 'Ta' Qali waqaf u li dan se jkun trasferit fl-inħawi ta' Baċir numru 1 f 'Bormla li kellu jinbidel f 'Ċentru ta' Arti u Snajja. F'Mejju 2009, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech ikkontradixxa lill-kollega tiegħu Austin Gatt u qal li l-proposta ta' Ċentru Artisan f 'Baċir numru 1 se jkun proġett separat u ħadd ma kien se jkunu sfurzat li jitlaq minn Ta' Qali u jieħu n-negozju tiegħu f 'Bormla. F'Lulju 2009 il-Gvern ħabbar pjan ewlieni ġdid li kien qed ikun imfassal għall-istess post f 'Ta' Qali wara l-aħħar wieħed kien skrappjat fl-2008 wara li naqas li jikkwalifikaw għal finanzjament mill-UE. F'Ġunju 2012 l-istess Tonio Fenech bħala Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment kien qal waqt iffirmar ta' Memorandum of Understanding bejn il-Malta Industrial Parks u l-GRTU li dan il-ftehim huwa pass importanti li jagħti aktar serħan tal-moħħ lill-artiġġjani li joperaw f 'dan il-villaġġ, li se jkunu jistgħu jinvestu fil-proprjetà tagħhom bl- għarfien li dan se jibqa' għandhom għal 65 sena u li ż-żona se tingħatalha dehra li tixirqilha. Il-ftehim jelenka r-responsabbiltajiet u l-impenji tal-Gvern u tas- sidien tal-ħwienet tax-xogħol f 'dan il-villaġġ bl-għan li jkun jista' jipproċedi l-proċess ta' tisbiħ ta' din iż-żona li tilqa' fiha negozji tal-artiġġjanat Malti u tkun stabbilità fuq bażi soda l-pożizzjoni kuntrattwali ta' kull artiġġjan li jaħdem mill-Crafts Village. Waħda mill-aħħar wegħdiet saret fit-18 ta' Novembru 2013 mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona. Huwa qal li kif kellu l-okkażjoni jħabbar fil-Parlament, is- sena d-dieħla (din is-sena) se jkun qed jibda x-xogħol fuq it-Ta' Qali Arts and Crafts Village wara li nħarġu l-permessi neċessarji mill- MEPA, biex b'hekk il-gvern ikun ukoll qiegħed iwettaq dan il-proġett tant meħtieġ wara snin twal ta' wegħdi mill-amministrazzjonijiet preċedenti. Nistennew u naraw. C M Y CM MY CY CMY K GOV 20 x 3.pdf 1 Thursday/September4/2014 1:0618PM Hija ħasra li arti sabiħa bħal din tiġi maħluqa f 'ambjent daqstant abbandunat tal-politiċi tul l-aħħar 22 sena

