Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 illum | Ħadd 14 ta' Settembru 2014 Kummercjali L-Air Malta żżid titjira lejn Djerba LAIR Malta ħabbret li sejra żżid l-iskeda tagħha bejn Malta u Djerba b'titjira fil- ġimgħa kull nhar ta' Tlieta li tibda mis-16 ta' Settembru 2014. Għaldaqstant, il-linja tal-ajru Maltija sejra tibda topera tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn/mill-belt Tuneżina kull nhar ta' Tlieta, il-Ħamis u l-Ħadd. Huwa u jikkummenta fuq din l-aħbar, Joe Galea, il-Viċi-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Din id- deċiżjoni ttieħdet wara żieda fid-domanda rreġistrata minn meta erġajna bdejna s-servizzi tal-ajru lejn it- Tuneżija x-xahar li għadda. Is-servizz sar popolari ħafna u ċ-ċifri tal-passiġġieri qegħdin jiżdiedu dejjem aktar." Galea qal ukoll li, "Iż-żieda fil-frekwenza lejn Djerba hija pass importanti ieħor fl-isforzi tagħna li nkomplu nassistu u niffaċilitaw il- vjaġġi bejn iż-żewġ pajjiżi wara li żdiedet id-domanda minħabba s-sitwazzjoni fil- Libja." Din se tkun it-tielet titjira fil-ġimgħa lejn il-belt Tuneżina Logo ġdid għad-Dar tal-Providenza BOV, l-isponsor tal-Assoċjazzjoni tal-Komunità tan-Negozjanti "ILLUM nitkellmu fuq il- mudell soċjali tad-diżabbiltà fejn flok ma naraw id- diżabbiltà bħala nuqqas, narawha bħala differenza. L-enfasi tal-mudell soċjali tad- diżabbiltà hi fuq il-persuna u l-abiltajiet tagħha u mhux fuq in-nuqqas." Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, fl- okkażjoni tal-għoti ta' trofew lir-rebbieħ u ċertifikati lil dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni għal disinn ta' logo ġdid. Huwa żied jgħid li llum nisħqu li l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabbiltà tista' titjieb biss jekk tinbidel l-attitudni tas-soċjetà u mhux jekk l-individwu jbiddel lilu nnifsu. Huwa għalhekk li llum naċċettaw il-fatt li m'għandna l-ebda dritt li niddominaw il-ħajja ta' persuna b'diżabbiltà bid-deċiżjonijiet tagħna – il- persuna b'diżabbiltà għandha kull dritt li tgħid x'tixtieq u x'taħseb li hu l-aħjar għaliha u dawn ix-xewqat għandhom jiġu rispettati. Fr Martin qal li jemmen li l-logo il-ġdid jirrifletti dan u xtaq jifraħ lil Sean Cini li rnexxielu joħroġ dan kollu fid-disinn frisk tiegħu. Dan il-logo ġdid beda jintuża flok il-logo l-ieħor għaliex kien logo li jirrifletti l-mentalità ta' kif is-soċjetà ta' ħamsin sena ilu kienet tħares lejn il-persuni b'diżabbiltà. Cini ngħata trofew għad- disinn il-ġdid tiegħu għad- Dar tal-Providenza. It-tmienja u erbgħin parteċipant fil-kompetizzjoni ngħataw ċertifikat ta' parteċipazzjoni mill-Arċisqof Pawlu Cremona f 'attività li saret fid-Dar stess fis-Siġġiewi. Fis-26 ta' Settembru 2013 id-Dar tal- Providenza kienet għamlet sejħa għal disinn ta' logo ġdid li jirrifletti l-viżjoni, il-missjoni u l-valuri tagħha in konnessjoni mat-tħejjijiet li qed isiru biex is-sena d-dieħla jitfakkru l-50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal- Providenza minn Mons Mikiel Azzopardi fit-12 ta' Settembru 1965. F'messaġġ qasir, l-Arċisqof qal li l-Knisja permezz tad- Dar tal-Providenza rat li l-persuni b'diżabbiltà f 'pajjiżna jinħarġu fil-beraħ mill-kantini li bosta minnhom kienu jinżammu fihom. Illum aktar qed niffokaw fuq l-abbiltà ta' dawn il-persuni milli fuq id- diżabbiltà tagħhom. Sean Cini, li għandu 26 sena, huwa artist żagħżugħ b'talent frisk u promettenti ħafna fl-Arti Viżwali u d-Disinn Grafiku. Huwa jispeċjalizza f 'xogħlijiet tal-arti semi astratti u espressjonisti. Ix-xogħlijiet tiegħu li huwa jiżviluppa fuq diversi mezzi artistiċi joħorġu diversi emozzjonijiet u espressjonijiet l-aktar fil-movimenti differenti tal-figura tal- bniedem. Illum il-ġurnata, Sean jaħdem fid-Dipartiment tal-Marketing tal-MaltaPost bħala disinjatur grafiku. BANK of Valletta u l-Assoċjazzjoni tal-Komunità tan-Negozjanti ta' Triq ir- Repubblika daħlu fi ftehim kollaborattiv għal sena bil- għan li jaħdmu flimkien fuq numru ta' inizjattivi sabiex ikabbru l-valur tal-komunità diversa tan-negozjanti. Permezz ta' dan il-ftehim, BOV se jkun l-isponsor Korporattiv tal-Komunità tan-Negozjanti ta' Triq ir- Repubblika. Il-ftehim ġie ffirmat ġewwa l-Uffiċċini Ewlenin ta' Bank of Valletta f 'Santa Venera minn Michael Galea, Chief Officer Operations ta' Bank of Valletta u Paul Fenech, President tal-Assoċjazzjoni tal-Komunità tan-Negozjanti ta' Triq ir-Repubblika, fil-preżenza ta' Reginald Fava, Viċi President tal- Assoċjazzjoni. "Aħna ninsabu kuntenti li ngħaqadna mal- Assoċjazzjoni tal-Komunità tan-Negozjanti ta' Triq ir-Repubblika bħala wieħed mill-partijiet interessati mill-inizjattivi li se jwasslu biex Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2018. Dan it-titlu huwa wieħed prestiġjuż u aħna qed nieħdu din l-opportunità sabiex nagħtu appoġġ tanġibbli lill-assoċjazzjoni permezz tal-Programm Korporattiv estensiv tal- Bank," qal Galea. Filwaqt li rringrazzja lil Bank of Valletta għall-appoġġ tiegħu, Fenech qal, "Aħna kburin bl-iffirmar ta' dan il-ftehim ma' BOV li se jara li ż-żewġ organizzazzjonijiet jikkollaboraw mill-viċin flimkien għas-sena li ġejja. Dan il-ftehim jipprovdi l-opportunità ideali sabiex tissaħħaħ ir-relazzjoni tajba li diġà teżisti bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, filwaqt li nħarsu 'l quddiem sabiex naħdmu flimkien ma' BOV fuq attivitajiet varji bil-għan li jsaħħu l-identità tal-Belt bħala ċentru importanti ta' negozju u divertiment". Sean Cini jingħata trofew għad-disinn ta' logo ġdid għad-Dar tal-Providenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014