Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Joe Borg Naxxar isalvaw punt -aħħar minuta Naxxar ................ 1 Mosta .................. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FIDDERBY tat- Tramuntana, Naxxar Lions salvaw punt fl-aħħar minuta tal-konfront tagħhom kontra Mosta meta temmew il-logħba kontra Mosta f 'parità ta' 1-1. B'hekk Mosta issa għandhom 10 punti fil- klassifika waqt li Naxxar Lions għandhom biss żewġ punti fil-klassifika. Għall-Mosta ddebutta l-plejer Pedrinho wara li serva tliet logħbiet sospensjoni. Min-naħa l-oħra Naxxar Lions kellhom l-iskwadra kollha disponibbli għalihom. Mosta rnexxielhom isibu x-xibka. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża meta fil-11- il minuta Bojan Kaljevic ixxuttja għoli. Fid-19-il minuta Gilmar avvanza tajjeb iżda l-goalkeeper Mosti Omar Borg ħareġ tajjeb biex interċetta kull periklu għat-tim tiegħu. Però f 'din il-ħarġa huwa weġġa' u kellu jiġi sostitwit mill- goalkeeper żagħżugħ Kyle Gerada fis-26 minuta. Fil-41 minuta l-istess Gerada salva tajjeb fuq daqqa ta' ras ta' Gilmar. Fis-57 minuta Mosta fetħu l-iskor meta Daniel Mariano Bueno rċieva tajjeb mingħand Bojan Kaljevic, daħal tajjeb fil-kaxxa, qabeż lil Azzopardi u tefa' ġewwa biex tefa' lill-partitarji Mostin f 'delirju ta' ferħ. Iżda kellu jkollna tmiem drammatiku fil-logħba hekk kif fid-90 minuta, Naxxar Lions irnexxielhom iġibu l-parità meta l-eks plejer ta' Birkirkara li daħal bħala sostitut Terrence Vella mill- viċin tefa' wara l-goalkeeper Gerada. Naxxar - Azzopardi, Bellia, Cassar, Da Silva Ribeiro, Del Negro, Edet, Mbachy Emenike, Falzon (Vella 65'), Gueye, Reano, Scicluna Mosta - Borg (Gerada 26'), Farrugia, Micallef, Grech, Bueno, Calcado (Ekani 60'), Milovanovic, Kaljevic, Falzon, Magro, Borg Referi - Alan Mario Sant BOJAN KALJEVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba Twieled fil-25 ta' Jannar 1986 fil- Montenegro Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Ingħaqad ma' Mosta fit-18 ta' Awwissu tas-sena 2013

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014