Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 SPORTSillum Parità mingħajr gowls bejn Sliema u Qormi L-Inter Club jorganizza attività ta' solidarjetà Sliema. ...................0 Qormi......................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT SLIEMA u Qormi temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' mingħajr gowls f 'riżultat li ma jissodisfa lill-ebda tim. Dan hekk kif Sliema Wanderers issa għandhom tliet punti waqt li Qormi għandhom punt vantaġġ hekk kif għandhom erba' punti. Sliema Wanderers kellhom lill-captain Alex Muscat nieqes minħabba li jinsab imweġġa' waqt li Beppe Muscat ma setax ikun disponibbli għal Wanderers minħabba li qed jiskonta sospensjoni. Min-naħa l-oħra Qormi kellhom lil Maurico Mazzetti nieqes minħabba li qed isofri minn injury. Qormi kienu għoddhom fetħu l-iskor fit-22 minuta meta xutt ta' Alfred Bruce għadda ftit barra. Kien biss fis-36 minuta li l-Wanderers wettqu reazzjoni meta l-captain tat-tim nazzjonali Michael Mifsud ra x-xutt tiegħu jiġi kklerjat f 'korner mid- difensur b'saħħtu Zoran Levnaic. Sliema Wanderers kienu l-aħjar tim fit-tieni taqsima u setgħu faċilment fetħu l-iskor l-ewwel meta s-sostitut Talati impenja sew lill-goalkeeper u captain ta' Qormi Matthew Farrugia li bi bravura dawwar f 'korner waqt li ftit wara Gnabouyou għadda tajjeb lejn Trevor Cilia li iżda ra x-xutt tajjeb tiegħu jisfuma fix-xejn. Eżattament minuta mit-tmiem tal-logħba l-Wanderers tilfu okkażjoni tad-deheb li jirbħu l-logħba meta wara korner mogħti minn Trevor Cilia, il-ballun spiċċa f 'saqajn Talati li iżda ra lil Farrugia isalva tajjeb mill-viċin. Sliema Wanderers - Zammit, Martinelli, Potezica, Mintoff, Scerri, Mifsud, Pisanu, Gatt Baldacchino, Gnabouyou, Barbetti, Biancardi Qormi - Farrugia, Bondin, Quatrochi Santos, Vella, Pisani, Bondin, Micallef, Levniac, Bruce, Effiong, Temile Referi - Philip Farrugia TREVOR CILIA Twieled fit-2 ta' Jannar 1983 f'Tal-Pietà Għen bis-sħiħ lit-tim tiegħu iwettaq reazzjoni tajba fit-tieni taqsima meta daħal bħala sostitut Qabel ingħaqad ma' Sliema Wanderers, lagħab ma' Floriana u Birkirkara Skorja 48 gowl fil-Kampjonat BOV Premier Lagħab darbtejn bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti FILĠRANET li għaddew il-klabb ta' Inter Pupi Zanetti Malta organizza attività ferrieħa b'turija ta' solidarjetà lejn it-tfal barra mid-djar fil-Palazz Verdala l-Buskett taħt il- patronċinju tal-President tar-Repubblika ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Kienet attività li żgur it-tfal kollha se jibqgħu jiftakru peress li pparteċipaw f 'ħafna logħob mhejji mill-grupp ta' animazzjoni Bronk Productions. Apparti minn hekk it-tfal kollha setgħu jieħdu dawra madwar il-Palazz Verdala fuq iż-żwiemel ipprovduti mill-Montekristo Estates u l-Montekristo Equestrian Club li grazzi għall- assistenti kollha tal- Magħtab Racing Club kienu preżenti biex jagħtu daqqa t'id lit-tfal biex igawdu minn din l-opportunità. Naturalment ma setgħux jonqsu l-uffiċjali tas-St. John's Ambulance li kienu preżenti għal li jista' jinqala'. Il-President Coleiro Preca kienet preżenti għal din l-okkażjoni speċjali fejn iltaqgħet mat-tfal kollha kif ukoll tkellmet dwar ċerti sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw l-amministraturi tad-djar. Hija faħħret l-inizjattiva li ħa l-Klabb Inter Club Pupi Zanetti li mhux biss ħaseb li jippromwovi lill-klabb Taljan Inter imma l-għan aħħari tiegħu huwa li jorganizza avvenimenti ta' din ix-xorta biex iferrħu lil min jinsab f 'sitwazzjonijiet diffiċli. Coleiro Preca rringrazzjat lil Mons. Victor Zammit McKeon għad- dedikazzjoni qalbiena li ta u għadu jagħti lid-djar fl-aħħar snin. Il-President tal-Inter Club Pupi Zanetti Paul Fenech irringrazzja lill- Marie Louise Coleiro Preca talli mal-ewwel aċċettat ir-rikjesta biex jiġi organizzat dan il-festin għat-tfal kollha. Fenech ippreżenta lill-President ta' Malta rikordju bħala ringrazzjament kif ukoll donazzjoni ta' mitt ewro b'riżq il-Malta Community Chest Fund. Il-President tal-Inter Club PUPI Zanetti Malta, Paul Fenech, jippreżenta tifkira lil Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta Balzan jixxukkjaw lil Birkirkara l-ħin miżjud Birkirkara .......... 2 Balzan ............... 3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BAZLAN ixxukkjaw lil Birkirkara meta għelbuhom bl-iskor ta' 3-2 bit-tielet u l-aħħar gowl għalihom jasal propju fil-ħin miżjud mill-eks plejer ta' Vittoriosa Stars Oscar Dario Guerrero. Birkirkara kellhom lil Gareth Sciberras u Edmond Agius neqsin. Min-naħa l-oħra Balzan kellhom lil Dylan Grima nieqes minħabba li kien qed jiskonta sospensjoni. Rimarakabbli huwa l-fatt li f 'din il-logħba rajna żewġ doppjetti minn Liliu u Jean Pierre Mifsud Triganza għal Birkirkara u Balzan rispettivament waqt li tajjeb niftakru li Mifsud Triganza kien qed jiskorja din id-doppjetta kontra l-eks tim tiegħu Birkirkara fejn niftakruh jilgħab magħhom fejn kien meqjus bħala s-super sub qabel ingħaqad ma' Valletta biex imbagħad sieħeb lil Balzan. Birkirkara fetħu l-iskor fit-28 minuta permezz ta' Liliu iżda ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ hekk kif fl-34 minuta Jean Pierre Mifsud Triganza ġab l-iskor indaqs għal Balzan. Però l-Istripes reġgħu marru fil-vantaġġ fit-43 minuta b'Liliu jerġa' jirnexxielu jsib ix-xibka, biex b'hekk Birkirkara daħlu jistrieħu gowl minn fuq. Iżda Balzan reġgħu ġabu l-iskor indaqs fis- 60 minuta għal darb'oħra permezz ta' Jean Pierre Mifsud Triganza. Iżda bħal fil-logħba bejn Mosta u Naxxar Lions, kellu jkollna wkoll tmiem drammatiku f 'din il-logħba hekk kif propju bi tliet minuti fuq il-ħin miżjud Oscar Dario Guerrero rnexxielu jsib ix-xibka biex tefa' lill-partitarji ta' Balzan f 'delirju ta' ferħ, biex ta lil Birkirkara l-ewwel telfa f 'dan l-istaġun wara biss erba' logħbiet mill-ftuħ tal- Kampjonat BOV Premier. Birkirkara - Haber, Bissi, Morais, Vukanac, Ledesma, Gonzaga, Fenech, Muscat, Scicluna, Herrera, Camenzuli Balzan - Sultana, Grioli, Bezzina, Serrano, Zarate, Guobadia, Brincat, Micallef, Guerrero, Mifsud Triganza, Piccioni Referi - Marco Borg OSCAR DARIO GUERRERO Twieled f'Bogota fil-Kolumbja Jilgħab fl-irwol ta' attacking midfielder Skorja l-gowl li ta tliet punti prezzjużi lil Balzan fil-ħin miżjud Huwa wieħed mill-akkwisti li għamlu Balzan matul dan is-sajf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014