Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560
Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 31 SPORTSillum B'modestà ngħid li l-fatt li rbaħt l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar għal Lulju kienet xi ħaġa sabiħa. Jien waqaft nilgħab il-waterpolo f 'nofs l-istaġun tal-2012 wara li kont sofrejt minn injury f 'sieqi u minħabba raġunijiet oħra personali. Għalhekk il-fatt li rbaħt dan il-premju personali wara staġun u nofs ma nitħarriġx waqt li bdejt it-taħriġ tal-pre-season erba' xhur tard matul dan l-istaġun jista' jitniżżel bħala l-isbaħ mument fil-karriera tiegħi sa issa fil-waterpolo, bla dubju, ovvjament fuq bażi personali! Dan l-unur ma kienx jiġi għandek li kieku f 'Jannar li għadda ma ddeċidejtx li tagħti l-aħħar ċans lill-waterpolo f 'ħajtek. X'ġara eżatt u kif qed tħares 'il qudddiem lejn il-futur tiegħek f 'din il-logħba li tant tħobb? Iva, fil-fatt f 'Jannar tal-2014 iddeċidejt li kelli nagħti l-aħħar ċans lill-waterpolo f 'ħajti. Valletta kkuntattjawni u kkonvinċewni biex nilgħab magħhom. Parti minni kienet eċitata minħabba l-fatt li n-nannu tiegħi, Joe Ciappara kien jilgħab ma' Valletta fil-passat, waqt li kull meta waqaft mill-waterpolo huwa kien dejjem jinkoraġġini biex nerġa' nibda nilgħab, u għalhekk ridt nagħmel xi ħaġa għalih. Huwa qatt ma falla logħba tiegħi fil-logħob kollha li niftakarni nilgħab. In-nannu tiegħi kien dejjem il-partitarju numru 1 tiegħi. Ukoll, il-fatt li Anthony Farrugia iktar magħruf bħala l-Panelli kien il-kowċ ta' Valleta għamilha iktar faċli għalija li nagħżel lil Valleta għax kont naf li kelli mmur tajjeb miegħu. Huma urew interess kbir fija u kellhom pjan serju. Din kienet l-ewwel darba fil-ħajja tiegħi li ma kontx xettiku mill-bidla u ddeċidejt li niffirma kuntratt ta' erba' snin mat-tim mill-belt kapitali. L-għan kien li nevitaw ir-relegazzjoni u mbagħad nibnu fuq dak fl-istaġun ta' wara. U erba' xhur wara rnexxieli nirbaħ il-Plejer tax-Xahar għal Lulju, evitajna r-relegazzjoni u rreġistrajna diversi riżultati pożittivi matul it-triq. Barra minn hekk il-kowċ nazzjonali tal-waterpolo Karl Izzo kkuntattjani biex niddiskutu l-possibbiltà li nirrapreżenta lil Malta f 'Ottubru li ġej. Ikolli ngħid, ma kellix l-agħar bidu għall-isfida l-ġdida tiegħi u qed inħares 'il quddiem b'antiċipazzjoni għal dak li hemm lest għalija fil-futur qarib. F'dan il-punt f 'ħajti jien ngħid lili nnifsi li kieku ħadt il-waterpolo b'iktar serjetà meta kont iżgħar, min jaf x'kien jiġri! Però nsostni li l-vers: 'Aħjar tard milli qatt' jgħodd eżatt għall-karriera tiegħi fil-waterpolo! Twieled s-17 ta' Settembru 1984 f'Tal-Pietà Beda l-karriera tiegħu l-waterpolo -età ta' 14-il sena Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Sliema, Exiles u Valletta F'Lulju li għadda rebaħ l-unur tal-Plejer tax- Xahar għall-ewwel darba l-karriera tiegħu Michael Rizzo "Din kienet l-ewwel darba f 'ħajti li ma kontx xettiku mill- bidla" bħala kastig" Ritratt: Ray Attard

