Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
24 illum | Ħadd 21 ta' Settembru 2014 Kummercjali - Research Services - 'Strengthening Competences to Service the Public Eciently Through eGovernment' – T035/14 Data ta' ħruġ: 16 ta' Settembru 2014 / Data ta' għeluq: 29 ta' Ottubru 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'din is-sejħa huma mħeġġa jattendu għal- laqgħa ta' kjarifika organizzata mill-MITA fit-30 ta' Settembru 2014 fl-10.00am (CET ) f 'Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda. - Publicity: Awareness Raising Campaign - 'Strengthening Competences to Service the Public Eciently Through eGovernment' – T037/14 Data ta' ħruġ: 26 ta' Awwissu 2014 / Data ta' għeluq: 6 ta' Ottubru 2014 Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) 2123 4710 www.mita.gov.mt 3URJUDPP2SHUDWWLY,,3ROLWLNDWD¶.RHĪMRQL ,QVDƫƫXƪLOLWQDJƫDO$NWDU,PSMLHJLX.ZDOLWD¶WD¶ƪDMMD$ƫMDU 'LQORIIHUWDTHGWLƥLNNXQVLGUDWDVDELH[WLƥLSDU]MDOPHQWLI¿QDQ]MDWD PLOO8QMRQL(ZURSHD )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( 5DWDWD¶NR¿QDQ]MDQHQW)RQGL8()RQGL1D]]MRQDOL 1LQYHVWX¿OIXWXUWLHJƫHN Roħs fuq titjiriet fix-xitwa LAIR Malta għadha kif nediet roħs ta' titjiriet fix- xitwa bi skont ta' 25% fuq is-servizzi tagħha lejn ir-Renju Unit. Il-biljetti għall-ivvjaġġar iridu jinxtraw bejn il-15 u l-21 ta' Settembru. L-iskont japplika għal vjaġġi bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Lulju 2015. L-offerta hija valida fuq titjiriet li joperaw lejn London Heathrow, London Gatwick u Manchester. "Ir-Renju Unit jibqa' l-aktar suq importanti tal-Air Malta u qegħdin niftħu r-roħs tagħna tax-xitwa bi skont ta' 25%. Nemmnu li din hija opportunità tajba ħafna għall- klijenti tagħna biex jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit peress li l-offerta testendi għal vjaġġi sa Lulju tas-sena d-dieħla," qal Joe Galea, il-Viċi Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta. Il-biljetti bi skont jistgħu jinxtraw minn www.airmalta. com. Il-postijiet huma soġġetti għal disponibbiltà. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. LOPRA ta' Giuseppe Verdi, fuq erba' atti, Il Trovatore se tkun l-opra ta' din is-sena għat-Teatru Aurora. Dan ġie mħabbar waqt stqarrija għall- istampa li saret fil-bini ewlieni taċ-Ċentru tal-BOV ġewwa Santa Venera. Preżenti għat-tnedija uffiċjali ta' din l-opra kien hemm Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva, Dr Michael Caruana, President tas-Soċjetà Filarmonika Leone, Colin Attard, is-Surmast residenti u ċ-Chief Executive Officer tal- BOV Charles Borg. Fid-diskors tiegħu waqt it-tnedija tal-opra, Charles Borg faħħar lill-organizzaturi kif ukoll lin-numru sabiħ ta' voluntiera għax-xogħol siewi tagħhom biex tittella' din l-opra. "Kull sena, it-Teatru Aurora jagħti l-opportunità lill-udjenza li ssir aktar midħla ta' waħda mix-xogħlijiet l-aktar famużi. Bank of Valletta jieħu l-irwol tiegħu ta' ambaxxatur tal-arti u l-kultura lokali b'serjetà kbira, u jemmen bis-sħiħ li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jingħata l-opportunità li jammira filwaqt li jsir aktar midħla ta' din id-dinja affaxxinanti." Il Trovatore se tkun l-għoxrin opra mmexxija mill-Mro. Colin Attard. Huwa ilu Surmast residenti tat-Teatru tal-opra Aurora sa mill-1991. Attard ta informazzjoni ġenerali fuq din l-opra ta' erba' atti. Il Trovatore ddur fuq eroj, erojina umli u bniedem mill- agħar u korrott. L-atti huma mimlija b'mużika mill-isbaħ u bi ftit mill-aktar arie popolari ta' Verdi. Id-data tal-opra hija s-Sibt 11 ta' Ottubru 2014. Il-biljetti għal Il Trovatore jistgħu jinxtraw fuq www. teatruaurora.com jew mill-Box Office tat-Teatru Aurora fuq in-numru 21559452. BOV jagħti l-appoġġ tiegħu lill-opra f 'Għawdex Għat-tnedija kien hemm preżenti Justyne Caruana, Michael Caruana, Colin Attard u Charles Borg, CEO tal-BOV Il-President f 'mixja għad-Dar tal-Providenza IT12 ta' Settembru ta' 50 sena ilu, nibet il-ħsieb f 'moħħ Mons Mikiel Azzopardi sabiex jibni d-Dar tal-Providenza. Illum f 'din id-dar hemm 105 persuni u trid madwar €3.5 miljun fis-sena. Dawn jinġabru, grazzi għall-providenza tal-poplu Malti u Għawdxi. Huwa għalhekk li nhar il- Ħadd 28 ta' Settembru fid-9am, se tiġi organizzata l-ewwel edizzjoni ta' Mixja, Ġirja jew Qadfa sabiex ikomplu jinġabru aktar fondi għal din id-Dar. Il-mixja titlaq mill-pjazza tas-Siġġiewi, il-ġirja titlaq mill- pjazza taż-Żurrieq, waqt li r-roti jitilqu mill-pjazza tal-Imdina. Kollha jitilqu bejn id-9am u d-9.15am. Ir-reġistrazzjoni tista' ssir siegħa qabel (fit- 8am), jew inkella permezz ta' imejl: walkcyclerun@ dartalprovidenza.org jew ċemplu fuq 79493923. Il-Kunsilli Lokali tal-Imġarr u Marsaxlokk qed jorganizzaw trasport dirett għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw. Huma ħafna dawk il- personalitajiet li se jieħdu sehem. Ikkonfermaw diversi membri parlamentari miż- żewġ naħat tal-Kamra. Kemm il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca kif ukoll l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna se jieħdu sehem fil- mixja.