Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 Malta u Maltin sovrani ITTERMINU Indipendenza, minnu nnifsu jimplika l-fatt li wieħed huwa awtonomu, li wieħed ikun is-sid tad-destin tiegħu bid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tiegħu stess mingħajr ma dawn jiġu imposti fuqu minn ħaddieħor. L-Indipendenza hija dik li tagħmel poplu liberu u għalhekk trid tfisser ukoll is-sovranità ta' kull wieħed u waħda minna. Għalhekk nemmen li l-Indipendenza kienet kisba fundamentali biex illum qed ingawdu pajjiż li mexxejnieh aħna f 'dawn l-aħħar 50 sena. Kienet kisba fundamentali wkoll għax f 'dawn il-50 sena aħna l-Maltin tajna lilna nfusna mezzi biex kull wieħed u waħda minna jkun sovran u jiddependi fuq il-ħiliet tiegħu stess biex jirnexxi. Ir-rigal tal-Indipendenza lill-poplu Malti mill-Gvern li kiseb l-Indipendenza kien l-Università l-ġdida f 'Tal- Qroqq li l-ewwel ġebla tagħha tpoġġiet fit-22 ta' Settembru 1964. Il-bini ta' Università ġdida ma kienx kumbinazzjoni għax l-Università, bit-tkabbir li sar fiha wara kemm fid- daqs kif ukoll fin-numru ta' studenti, tfisser ukoll indipendenza u sovranità għal min jgħaddi minnha. Tfisser ukoll indipendenza tal-ħsieb. Malta f 'dawn il-50 sena fasslet strateġija għall-iżvilupp tagħha stess u ma baqgħetx biss punt strateġiku, użat minn pajjiżi oħra. Għalhekk l-Indipendenza kienet punt kruċjali fl-iżvilupp ta' pajjiżna biex bix-xogħol li nħoloq għall-Maltin f 'industriji mhux militari nagħtu indipendenza tal-mezzi u sovranità lill- ħaddiema Maltin. Is-sovranità u l-indipendenza tagħna rridu ninterpretawhom għal kull żmien. Kien għalhekk li f 'diversi stadji tal-indipendenza tagħna rajna trasformazzjoni ekonomika li biddlet mill-qiegħ l-ekonomija tagħna minn waħda li kienet tiddependi fuq is-servizzi Ingliżi u t-tarzna navali għal waħda li toħloq ix-xogħol fl- industriji ġodda li attirajna lejn Malta, fosthom l-avjazzjoni, is-servizzi finanzjarji, l-elettronika, il-farmaċewtika u l-informatika. Illum, permezz tal-kisba ewlenija ta' 50 sena ilu, tħossok kburi li meta ssiefer fuq il-passaport ikollok isem u l-arma ta' pajjiżek. Tħossok onorat tgħid li inti Malti u Ewropew bid-drittijiet kollha li dan jagħtik. Tħossok kburi li f 'fora kbar, flimkien ma' dik ta' pajjiżi oħra tara l-bandiera Maltija. U bħalma stajna nkunu aħna stess li nfasslu u nippjanaw il-ġejjieni ta' pajjiżna, hekk irridu nkunu liberi u sovrani biex kull wieħed u waħda minna jkollu tassew rajh f 'idejh u jiddependi fuq il-ħiliet li jiżviluppa u jikseb. Hu għalhekk li rridu naraw il-parteċipazzjoni u d-demokrazija jiżviluppaw f 'pajjiżna biex kulħadd ikollu sehem akbar fid-deċiżjonijiet li jieħu hu stess bil-vot tiegħu mhux biss fl-elezzjonijiet ġenerali imma wkoll fil- kunsilli lokali, fil-Parlament Ewropew u bir-referenda. Hu għalhekk li rridu naraw għajnuna aktar qawwija u effettiva lil dawk vulnerabbli u fir-riskju li jaqgħu 'l barra mix-xfar tas-soċjetà tagħna. Ir-riskju tal-faqar hu ħażin fih innifsu u jnaqqas mill- indipendenza u l-libertà ta' dak li jkun li jieħu deċiżjonijiet għalih innifsu. Hu għalhekk li rridu naraw xogħol sofistikat u speċjalizzat li jinħoloq f 'industriji ġodda u taħriġ għal dan ix-xogħol biex kemm jista' jkun nies igawdu minn pagi tajbin li jixirqu lill- ħaddiema Maltin. Biex iseħħ dan, irridu nagħtu sehemna biex Malta tkompli tiġbed industriji ġodda u innovattivi u tkompli tagħti t-taħriġ tajjeb liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema. Hemm ħafna li rridu nkomplu niksbu għal pajjiżna. Imma llum ingawdu dan il-jum li jrid ikompli jfisser sovranità u indipendenza għal pajjiżna u sovranità u indipendenza għal kull wieħed u waħda minna. SIMON BUSUTTIL Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Your success is our goal. Kburin li ġejna magħżula bħala l-Aktar Bank Sigur f'Malta għall-2014 4 SAFEST BANK AWARD 2014 2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c. 58, Zachary Street, Valletta VLT 1130 - Malta It-tkabbir iridu naħdmu għalih b'mod sostenibbli u b'rabta mal-vokazzjoni tal-BOV bħala pilastru ewlieni tal-istabbiltà finanzjarja ġewwa Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014