Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 35 SPORTSillum Nazzjonali fix-Short Category. B'hekk f 'temp ta' ftit snin għamilt il-qabża minn sprinter nazzjonali għall- bodybuilder nazzjonali li llum timlieni b'sodisfazzjon kbir. Ir-rebħa fil-Kampjonati Nazzjonali tatni ċ-ċans li nieħu sehem fl-IFBB European Championships fi Spanja xahar wara, f 'Mejju ta' din is-sena. Hemmhekk ikkontestajt fil-kategorija tal-Men's Physique 1m 70 kontra champions nazzjonali diversi mill- Ewropa, li wara xi kontroversja mill- ġurija ratni nispiċċa fl-10 pożizzjoni. M'hemmx għalfejn ngħid li kont qed nistenna li ntemm f 'pożizzjoni aħjar u nemmen li stajt faċilment nispiċċa mal-ewwel sitt bodybuilders. Għal ftit żmien kont diżappuntat bil-pożizzjoni li ksibt iżda min-naħa l-oħra l-Kampjonati Ewropej tawni kunfidenza kbira fis-sens li stajt nara fejn kien il-livell tiegħi, li ninsab kburi ngħid li akkwistajtu b'mod naturali u li nista' nikkumpara mal-aqwa atleti fl-Ewropa. Fuq nota oħra, il- karriera tiegħi fl-isport u l-imħabba tiegħi għall-fitness, ikkumbinati mal-frustrazzjoni li nħoss kull darba li naqra jew nisma' rigward l-istat ta' obeżità f 'Malta li tant inħobb, jiġifieri l-fatt li rġiel u nisa Maltin, fosthom tfal, li huma fost l-iktar nies ħoxnin fid-dinja, iktar tawni kuraġġ biex nagħti l-aħjar tiegħi li nsib triq li fiha nista' nħalli impatt, indipendentament minn kemm dan ikun kbir jew żgħir, billi ndawwar din l-istatistika mbarazzanti u ta' dwejjaq fost il-kompatrijotti tiegħi Maltin. Permezz tal-ispirazzjoni u l-għajnuna tal-ħabib tiegħi lura fis- snin meta konna fi skola sekondarja, Jean Galea, li llum huwa online entrepreneur, riċentament varajt is-sit elettroniku www.mirrorfriendly.com, b'paġni korrispondenti fuq Facebook, Instagram, Twitter u YouTube, li huwa blogg li għandu l-għan ewlieni li naqsam mad-dinja kollha l-vjaġġ tiegħi permezz ta' ħajja sana, fejn nittama bis-sħiħ li billi nxerred il- kelma u noħloq kuxjenza, Malta, fuq kull pajjiż ieħor, tista' tkun gżira fejn fiha jgħixu iktar nies b'saħħithom, xi ħaġa li pajjiżna tassew jixraqlu! Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jieħdu b'serjetà l-fitness jew il- bodybuilding f 'ħajjithom. Lil dawk il-persuni li jemmnu li biex wieħed ikollu fiżika tajba, irid jgħix ħajja ta' dwejjaq, nista' ngħid li ħajja fil-fitness hija ferm 'il bogħod milli tkun waħda ta' dwejjaq. Din twassal għall-kwalità ta' ħajja aħjar għax tnaqqas l-istress, tgħinek tħossok iktar b'saħħtek, ittejjeb il-kunfdienza fik innifsek, torqod aħjar, tidher iżgħar u bħala riżultat ta' dan kollu tħossok iktar kuntent. Biex nikkonkludi nixtieq ngħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li jħarsu lejja u lejn atleti bħali b'ammirazzjoni: ġisimkom huwa magna b'saħħitha li jista' jagħmel il-mirakli jekk jiġi trattat b'rispett, għalhekk dejjem għidu le għall- isteroids, dejjem! F'dak li għandu x'jaqsam mal-futur tiegħi, se nkun qed infittex biex inkompli noħloq verżjoni aħjar tiegħi nnifsi waqt li nispira lil oħrajn biex itellgħu lil ħajjithom għal-livell ogħla billi jikkonvertu għall-ħajja b'saħħitha. Il-fitness hija l-ikbar passjoni f 'ħajti, hija tiġbor fiha kulma jien. Twieled t-30 ta' Novembru tal-1984 f'Malta Rebaħ ħafna titli tal-100 metru u waqqaft rekords nazzjonali matul it-triq l-kategoriji tal-Cadet, Youth u Junior F'Lulju tal-2013 ikkontesta u rebaħ kompetizzjoni tar-ritratti li għaliha pparteċipaw ħafna atleti, minn wieħed mill-ħwienet ewlenin tan-nutrizzjoni li nsibu f'pajjiżna Fid-19 ta' April ta' din is-sena, wara ftit xhur ta' taħriġ intensiv u nutrizzjoni stretta, ikkontesta l-Kampjonati Nazzjonali tal-Bodybuilding fejn sar il-Men's Physique Champion Nazzjonali x-Short Category Andrew Farrugia "Irrid nispira lil oħrajn biex itellgħu lil ħajjithom għal- livell ogħla billi jikkonvertu għall- ħajja b'saħħitha" għall-bodybuilder nazzjonali Ritratt: Ray Attard