Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 Kif beda l-interess tiegħek fl- isport? Kollox beda meta kelli seba' snin meta kkompetejt fl-ewwel sports day tal-iskola. F'dik il-ġurnata kont ġrejt l-isprint tal-100 metru, fejn kont temmejt fl-ewwel post u għelibt lill-avversarji tiegħi b'distakk kbir għall-ferħ tal-ġenituri tiegħi. Meta skoprejt it-talent tiegħi fil-ġiri, sussegwentament huma daħluni membru fil-klabb ewlieni tal-atletika f 'pajjiżna, Athleta Pembroke, fejn hemmhekk stajt inkabbar it-talent tiegħi fl-atletika u nikkompara lili nnifsi mal-aqwa atleti fi gżiritna. Nemmen li din kienet waħda mill- aħjar deċiżjonijiet li l-ġenituri setgħu ħadu f 'dak li jirrigwardja lili. Hawnhekk bnejt il-karattru u d-dixxiplina li mexxieni u kabbruni għall-persuna li jien illum. F'dan il- klabb bnejt l-idea li m'hemmx skuża għal xejn u li trid tagħmel l-isport li tkun tipprattika dejjem xemx jew xita. X'unuri rbaħt fl-atletika? Nikber fl-atletika rbaħt ħafna titli tal-100 metru u waqqaft rekords nazzjonali matul it-triq fil-kategoriji tal-Cadet, Youth u Junior. Matul dawn is-snin, irrappreżentajt lil Malta fil-livell internazzjonali f 'numru ta' kompetizzjonijiet fosthom il- Logħob tal-FISEC, il-Youth Island Games u l-logħob iktar prestiġjużi tal-World Youth Championships u l-World Junior Championships. Eventwalment irnexxieli nagħmilha fit-tim nazzjonali tal-kbar tal-atletika u kkompetejt fit-tellieqa tal-100 metru u fir-relay tal-4 x 100 metru fejn waqqaft rekord nazzjonali ġdid f 'din il-kompetizzjoni. L-aħjar ħin personali tiegħi fil-100 metru kien dak ta' 10.91 sekondi fejn ksibt ħin ta' 10.91 sekondi meta kien għad kelli biss 20 sena. Sfortunatament ftit wara li għalaqt l-20 sena sofrejt minn numru ta' injuries li eventwalment sfurzawni biex nabbanduna l-atletika fl-età ta' 24 sena għalkemm kont naf li kelli potenzjal biex nirnexxi fl-atletika. Kif bqajt tevolvi fl-atletika? Fortunatament għalija waqt li kont qed nitħarreġ għall-isprints ridt nagħmel sessjonijiet fil-gym li jinkludu eżerċizzji bil-piż ta' kull ġimgħa. Niftakar li kont inħares ħafna 'l quddiem għal dawn l-eżerċizzji. Taħt is-superviżjoni tal-kowċ tal-isprints, Jivko Jetchev, li tajjeb ngħidu li huwa eks atleta professjonali tal-Bulgarija u li nikkunsidrah bħala missieri fl- isport, tgħallimt il-forma u t-teknika propji. Inkoraġġit minn ħbieb tal-qalb tiegħu, il-bodybuilding kien l-isport li jimmarka t-triq l-iktar ċara u ovvja għalija wara li rtirajt mill-atletika. Ġaladarba kont bdilt l-isport li nipprattika, il-motivazzjoni prinċipali tiegħi kienet dik li nara lil ġismi jsir iktar muskolari, li jiżviluppa f 'verżjoni naturali iktar b'saħħitha tiegħi nnifsi. F'dak il-punt f 'ħajti qatt ma kont naħseb li jieħu sehem f 'livell kompetittiv. Ikkunsidrajt it-taħriġ tiegħi fil-gym bħala sport li stajt nipprattika u nieħu gost nagħmel mingħajr ir-restrizzjonijiet li kelli fis-snin li fihom kont nipprattika l-atletika li kienu l-konsegwenzi diretta tal-kompetizzjonijiet. Kif kienu l-ewwel xhur tiegħek fil- gym? Ix-xhur inizzjali tiegħi fil-gym bdew permezz ta' programm ta' taħriġ ta' ħamest ijiem li kien qed jaħdem tajjeb ħafna u li kont insibu wkoll li kien imlieli ħajti. Fil-fatt, malajr sar programm ta' sitt ijiem taħriġ li għadni nsegwi sal-lum il-ġurnata. F'temp ta' xhur stajt nara riżultati tajbin fuq ġismi, tant evidenti li membri oħra tal-gym kienu qed ifittxu l-pariri tiegħi biex intihom xi pariri għat-taħriġ tagħhom. F'dan il-proċess kabbart l-għarfien tiegħi wkoll rigward in-nutrizzjoni permezz ta' sigħat twal ta' qari kif ukoll billi tajt każ għar-rispons tal-muskoli tiegħi u l-kompożizzjoni tal-ġisem għal ikel differenti billi dejjem nibqa' nipprova u ma naqta' qalbi qatt. Iktar ma qattajt sigħat fil-gym, iktar kiber in-network tal-fitness tiegħi. Kienet sena wara li kelli nirtira mill- atletika li ddeċidejt li nipparteċipa fl- ewwel kompetizzjoni tal-bodybuilding u l-fitness – il-Kampjonati Nazzjonali tal-Malta Bodybuilding & Physique Sports Federation (MBPF), li hija waħda mill-federazzjonijiet iż-żgħar tal-fitness f 'pajjiżna. Kont ħadt sehem f 'din il-kompetizzjoni iktar minħabba kurżità spontanja iktar milli kien pjan premeditat. Fil-fatt kont ili biss ġimagħtejn li tfajt l-applikazzjoni tiegħi għal dan l-avveniment mingħajr qatt qabel ma kontx attendejt avveniment tal-bodybuilding, lanqas bħala parti mill-udjenza. Ma kellix idea kif kelli nippoża iżda kont konxju mill-fatt li l-fiżika tiegħu kienet tajba ħafna. Niftakarni nkellem lil sieħbi u kowċ tiegħi Joseph Gaela, li fil-passat riċenti kien ikkommetta fil- bodybuilding, biex jiggwidani rigward dieta ta' qabel il-kompetizzjoni kif ukoll fuq kif kelli nippoża. Sal-lum il-ġurnata nibqa' grat għalih għax kien grazzi għall-parir tiegħu li l-kompetizzjoni marret tajjeb ħafna għalija. F'dak iż-żmien kont temmejt fit- tielet post fil-kategorija tal-physique li kien riżultat mill-aqwa meta tikkunsidra li kelli posing fqir ħafna, li huwa wieħed mill-iktar elementi vitali li kompetitur għandu jkollu fuq l-istage. L-iktar importanti f 'dik il-ġurnata kien li rrealizzajt li d-diżappunti li kelli fl-atletika ma kinux it-tmiem tal-karriera tiegħi fl-isport iżda opportunità għalija biex nibda nipprattika xi ħaġa li kienet tfisser għalija iktar minn sempliċi sport, iżda passjoni kbira. Kif bdew ikunu għalik is- sessjonijiet fil-gym? Is-sessjonijiet ta' taħriġ fil-gym wara dan l-avveniment ħadu dimensjoni ġdida. Iktar milli taħriġ għall-gost tiegħu, in-natura tas-sessjonijiet tiegħi ħadu direzzjoni u motiv. Il-fatt li stajt nitħarreġ mingħajr inkwiet ta' injuries li esperjenzajt matul il-karriera tiegħi fl-atletika għamlu s-sessjonijiet tiegħi iktar effettivi u inqas ta' tensjoni. Iktar ma tħarriġt u rfinajt it-taħriġ tiegħi u t-tip ta' ikel li jiekol, iktar bdejt ninbena u jitjieb fil-fiżika tiegħi. Erġajt ikkompetejt fl-MBPF Championships lura fl-2011 u l-2012 fejn temmejt fit- tieni u fl-ewwel post rispettivament. X'ġara f 'Lulju tal-2013? F'Lulju tal-2013 ikkontestajt u rbaħt kompetizzjoni tar-ritratti li għaliha pparteċipaw ħafna atleti, minn wieħed mill-ħwienet ewlenin tan-nutrizzjoni li nsibu f 'pajjiżna. Niftakar li kont dħalt għal din il- photoshoot f 'kundizzjoni perfetta, saħansitra aħjar mill-aspettattivi tiegħi. Kien f 'dan l-avveniment li sirt iktar rikonoxxut mid-dinja tal- fitness f 'pajjiżna. Fil-fatt f 'temp ta' ftit ġimgħat ġejt mistieden minn Ralph Decelis li huwa l-President tal-IFBB Malta biex nikkompeti fil-Kampjonati Nazzjonali tal-IFBB ta' din is-sena. X'fissru għalik dawn il-Kampjonati Nazzjonali tant importanti fid- dinja tal-bodybuilding? Malajr indunajt li din kienet opportunità kbira minħabba l-fatt li għaraft li dawn il-kampjonati setgħu jippermettuli li nikkompeti kontra l-krema tal-bodybuilders Maltin. Mingħajr ma ħsibtha darbtejn tajt il-kelma tiegħi lil Ralph li kont se nikkompeti u fid-19 ta' April ta' din is- sena, wara ftit xhur ta' taħriġ intensiv u nutrizzjoni stretta, ikkontestajt f 'dan l-avveniment li kien sold-out u f 'dak il-lejl sirt il-Men's Physique Champion SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Andrew Farrugia – atleta li għamel il-qabża mill-atletika għall- bodybuilding b'suċċess kbir u li bil-kitba u l-eżempju tiegħu fost oħrajn qed jispira tant żgħażagħ biex jiksbu s-suċċess li kiseb hu sa issa "Se nkun qed infittex biex inkompli noħloq verżjoni aħjar tiegħi nnifsi" "Ġisimkom huwa magna b'saħħitha li jista' jagħmel il-mirakli jekk jiġi trattat b'rispett, għalhekk dejjem għidu le għall- isteroids" Minn sprinter għall-bodybuilder

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014