Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Joe Borg Tarxien Rainbows jiksbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun Tarxien R .............. 2 Naxxar L ............... 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TARXIEN Rainbows irnexxielhom jiksbu l-ewwel tliet punti tal- istaġun meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-1. Ir-Rainbows ħarġu fuq l-offensiva u wara biss minuta Wesley Lima Silva, ra x-xutt djagonali tiegħu jgħaddi ftit barra. Fit-23 minuta Andrew Scicluna ra l-konklużjoni tiegħu tispiċċa għoli fuq il-mimduda. Fis- 36 minuta, Naxxar Lions kellhom ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor hekk kif Ibok Edet għadda tajjeb lejn Pape Gueye, li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jiġi mdawwar f 'corner minn difensur Tarxiniż. Fit-52 minuta l-plejer veteran u captain ta' Naxxar Lions, Victor Bellia, għadda tajjeb lejn Papa Gueye li avvanza tajjeb, daħal fil- kaxxa iżda ra x-xutt finali jiġi mdawwar f 'corner minn plejer tar-Rainbows. Finalment,Tarxien Rainbows fetħu l-iskor fit-58 minuta, meta minn cross fil- baxx ta' Jorge Santos Silva, Alvaro Andre Rodrigues Silva tefa' fix-xibka, wara li antiċipa lill-goalkeeper tal- Lions, Julian Azzopardi Ir-Rainbows irdoppjaw l-iskor fil-65 minuta meta minn cross minn mal-linja ta' Wesley Lima Silva, Mattia Del Negro f 'tentattiv biex jikklerja l-ballun, tefa' fil- lasta tiegħu stess biex b'hekk rajna awtogowl. Naxxar Lions naqsu l-margni tal-iskor erba' minuti biss wara meta minn corner ta' Terrence Vella, Ibok Edet għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras ferm b'saħħitha tefa' ġewwa. Ir-Rainbows komplew joħolqu l-periklu, u fil- 75 minuta, Alvaro Andre Rodrigues Silva għadda tajjeb lejn Jorge Santos Silva li x-xutt b'saħħtu tiegħu għadda jħakkek mal- mimduda qabel intemm barra. Tarxien R. - Cini, Farrugia, Caruana, Bugeja, Andre Rodrigues Silva (Barbosa Viana 87'), Caruana, Lima Silva (Sammut 90'), Hevia Menendes, Cini, Tabone (Santos Silva 54'), Lopes Pereira Naxxar L. - Azzopardi, Scicluna, Edet, Bellia (Falzon 76'), Vella, Del Negro, Gueye, Da Silva Ribeiro, Cassar (Buhagiar 46'), Reano (Doffo 72'), Uchenna Mbachu Referi - Clayton Pisani ALVARO ANDRE RODRIGUES SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-14 ta' Novembru 1989 f'Paulista fil-Brażil Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Huwa wieħed mill-akkwsiti li għamlu Tarxien Rainbows matul dan is-sajf