Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 17 LESEKUZZJONIJIET mill-Ġiħadi (inkluż il- qtugħ ir-ras) ġab għall- attenzjoni tad-dinja il- brutalità ta' dak li qed jiġri fil-kunflitti mifruxa fil- Medju Orjent. Fl-istess waqt aktar u aktar Ewropej żgħażagħ qed jissieħbu mal-Ġiħadi. Anke tfajliet hemm fost l-imsieħba ġodda. Jingħad li l-qattiel li qata' ras il-vittma tiegħu hu Ingliż, li nqabad mill-aċċent tiegħu. Skont sorsi tal-mezzi indipendenti, mal-200 persuna issa jinsabu ngaġġati ma' militanti bħal dawk tal- ISIS, jew kif inhi magħrufa issa, IS (Islamic State). In-numru ta' dawk Ewropej issa qabeż l-2,000, b'400 minnhom Ingliżi. Dawk il-mijiet li qed jissieħbu mal-Ġiħadisti jsostnu li l-Ewropa nħatfet minn baned ta' oligarkiji, illum maħkuma fi tnalja ta' apartheid, bħalma ġara fl- Ukrajina. Jekk f 'dak il-pajjiż titkellem ir-Russu, saru jgħadduk bħala separatist jew, ħafna agħar minn hekk, terrorist. Fl-Ewropa nħoloq apartheid mifrux, li qed ifakkar fil-Gwerra l-Bierda. Id-delużjoni taż-żgħażagħ hi kbira u għalhekk mhux għaġeb li qed ipattuha lill-Punent minn x'imkien ieħor. Il-blitz tal-mezzi tax- xandir fil-Punent jipprovaw jimmaniġġjaw il-ħsara lill- koalizzjoni tal-McWorld, tad-dinja materjalista u noe- kapitalista, iżda McWorld ftit baqagħlha kredibbilità kontra l-Ġiħad. Il-blitz jinkludi wkoll il- ġustifikazzjoni tal-imblokk ekonomiku kontra r-Russja. Iżda dan laqat b'effett diżastruż lill-istess Ewropa u l-aktar, l-eks pajjiżi Sovjetiċi. Il-gidma ekonomika fl- Ukrajina, sa issa swiet biljuni kbar. Fil-Polonja, fejn qed jintrema 70% tal-prodott agrikolu, l-effett Amerikan- Ewropew kontra r-Russja qed ikun deskritt bħala "orribbli" għall- ħaddiema agrikoli. Min-naħa l-oħra fl- Ewropa qed igawdu l-kbarat, ibda minn dawk assoċjati mal- Bank Ċentrali Ewropew u spiċċa f 'ħafna politiċi. Fl- Ewropa hemm gwerra ġdida tal-klassi. L-oppressjoni kontra l-klassi tal-ħaddiema tista' tisplodi minħabba li l-vittma hu l-poplu stess maqbud fi tnalja ta' awsterità u nuqqas ta' xogħol (eż. 50% fil-Greċja u Spanja). Il- poplu qed jistenna lil min jimmobilizzah. IR-RUSSJA: "L-GĦADU L-ĠDID" TAL-EWROPA L-Ewropa qed tiddikkjara li r-Russja hi "l-għadu l-ġdid" tagħha. Wara l-boomerang tas-sanzjonijiet, l-Unjoni Ewropea, il-kelb tal- but tal-Istati Uniti, trid issib scapegoat li għadu profitabbli. F'dan is-sens ir-Russja ta' Putin hi mudell perfett għall-manipulazzjoni tal-mezzi tax-xandir fil- Punent. L-Ewropa donnha li trid tiddistabbilizza lir- Russja. Qed tittama li l-folol jinżlu armati fit-triqat u jerġa' jibda jiġri d-demm. Bħalma ġara fil-Libja Ġemaħirija, mudell tal- viżjoni tal-Għaqda Afrikana tal-Iraq u tas-Sirja. U issa l-prospetti ta' gwerra ċivili tal-Ukrajina. Dak li jridu l-Ewropa u l-Istati Uniti. Il-mexxejja Ewropej diġà qed jikkalkulaw il-pensjoni mal- irtirar tagħhom. U Obama lest biex jirtira wkoll u joqgħod jilgħab il-golf. Kollox minn fuq ras il-popli demokratiċi (sic) tal-kontinent il-Qadim. Iżda bdew jinħarqu diġà l-bnadar blu bl-istilel sofor. Ix-xbihat bit-tv qed jaslu ċari. BERTOLUCCI U L-VJAĠĠ TAŻ-ŻEJT Lil Bernardo Betolucci (Parma, 1941) dawk li telgħu fis-snin sittin tas-seklu li għadda jorbtuh mat- twelid tiegħu bħala iben il- poeta Attilio Bertolucci. Imbagħad, aktar minn hekk, jiftakruh bħala r-reġista ta' films kontra l-kurrent bħal Il Conformista (1970), ibbażat fuq ir-rumanz bl-istess isem ta' Alberto Moravia, l-awtur tas- sesswalità mill-perspettiva postmoderna. Bertolucci kien kiseb notorjetà globali bil-film tiegħu Ultimo Tango a Parigi (1972) imma l-glorja tiegħu waslet fl-1987 meta ngħata l-Oscar għall-film L'ultimo imperatore. B'dan l-isfond, kif jista' reġista bħalu jintrabat mal- film industrijali? F'nofs il-ħamsinijiet tas-seklu għoxrin l-aġenzija nazzjonali petroljiera Taljana, l-ENI, ikkommissjonat lil Bernardo Bertolucci biex joħloq u jidderieġi dokumentarju dwar l-istorja taż-żejt (La via del petrolio). Fl-1996, il-film kien restawrat u f 'dawn l-aħħar ġimgħat kien isserjalizzat fuq RAI Storia. L-ENI, fil-fatt, għandha sensiela sħiħa ta' dokumentarji petroljieri; l-eqdem tema tmur lura sal-1650. Hi sensiela ta' kompilazzjonijiet tekniċi, embargi politiċi u konfronti bejn il-pajjiżi. Bertolucci ma evitax dawn it-temi imma uża l-film tiegħu għal finijiet oltre: ried jiskopri r-relazzjonijiet umani, wiċċ in-nies tax- xogħol, il-familji tal- ħaddiema; xi jfisser għalihom li minn inħawi kampanjoli bħal Sqallija jsibu ruħhom f 'inħawi bħal Turin u Milan, jippruvaw jintegraw. Il-"vjaġġ taż-żejt" li ħoloq Bertolucci jibda mill- muntanji tal-Iran u jispiċċa fir-raffinatoriji kbar Ewropej, bħal dawk fil-Ġermanja. Jintraċċa, bħala artist, it- tħaffir ta' trinek biex jindifnu tubi enormi biex jgħaddi "d-deheb l-iswed" (bl-erba' kilometri s-siegħa). U f 'dawk it-tubi midfunin ir-reġista joħloq metafora inċisiva: ma' dawk it-tubi għall-iżvilupp, il-bniedem modern difen il- poeżija u difen ir-ruħ. EWROPEJ – ĠIĦAD KONTRA MCWORLD MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Tliet persuni f 'Alla wieħed Kif tista' titwemmen? EDGAR BONNICI CACHIA BIRKIRKARA DAN l-aħħar fuq programm reliġjuż fuq it-televiżjoni, min huwa responsabbli qal li Alla l-Missier ma bagħatx lil Ibnu għal passjoni. Min qal hekk qal ereżija? Għax Alla huwa wieħed fi tliet persuni u dan huwa l-misteru. Tliet persuni f 'Alla wieħed. Ġesù Kristu huwa Alla, imma ġie fid-dinja bħala bniedem biex jifdina u jsalvana. Kristu bħala bniedem qal lill-Appostli, "Bħalma l-Missier bagħat lili hekk jiena nibgħat lilkom" u meta kien fl-ort tal-Ġetsemani qal "Missier jekk jista' jkun biegħed minni dan il-kalci, imma mhux kif irrid jien iżda kif trid int." Mela Alla l-Missier u Alla l-Iben kif ukoll Alla l-Ispirtu s-Santu, bħala tliet persuni f 'Alla wieħed kienu kuntenti li Ġesu Kristu bħala bniedem jiġi fid-dinja biex jifdina u jsalvana. Alla tant ħabb lil bniedem li tana lil Ibnu biex isalvana. Imma lil Ibnu bħala bniedem li verament bata għalina, għax bħala Alla la seta' jbati u lanqas imut. Huwa miet bħala bniedem, imma qam mill- mewt bħala alla. Min jgħid li l-Missier ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja, ikun qiegħed jiddubita fil-misteru tat-Trinità u ma jistħoqqlux ikun membru tal-Knisja tagħna. Iva, Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-Ispirtu s-Santu kienu kuntenti bħala Alla wieħed li Ġesù Kristu ġie fid-dinja biex jifdina u jsalvana. Nixtieq inkun aktar fit-tul, imma dan huwa suġġett tqil ħafna, imma hemm bżonn li l-membri tal-Knisja mill-ikbar sal-iżgħar jemmnu tassew f 'Alla u fil-Misteru tat-Trinità. EDWARD TORPIANO FLORIANA NAGĦMEL riferenza għall-intervista li ġġib l-isem, 'F'sentejn sparixxew 4 miljun ewro', (illum, 21 ta' Settembru 2014), intervista magħmula minn John Busuttil lil Luciano Busuttil, fejn, f 'din l-intervista, Luciano Busuttil jgħid: "Tgħallimt li fil-politika, l-akbar għadu tiegħek mhux il- kandidat tal-oppożizzjoni iżda tal-partit tiegħek u fuq l-ewwel distrett ħarġu 15-il kandidat tal-Partit Laburista. Tgħallimt ukoll li marru tajjeb dawk li kienu magħżulin biex imorru fuq il-programmi televiżivi...", billi nistaqsi lil Luciano Busuttil jekk hux jimplika li saret diskriminazzjoni kontra tiegħu minn min imexxi One Television. Jekk membru parlamentari Laburista jsostni fil- miftuħ li kien vittma ta' diskriminazzjoni sfaċċata mingħand sħabu, kemm iżjed u iżjed mhux se titwemmen l-għajta 'Malta Tagħna Lkoll'. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt agrikolu, l-effett Amerikan- maqbud fi tnalja irtirar tagħhom. U Obama lest biex jirtira wkoll u joqgħod jilgħab il-golf. Kollox minn fuq ras il-popli demokratiċi (sic) tal-kontinent il-Qadim. Iżda bdew jinħarqu diġà l-bnadar blu bl-istilel sofor. Ix-xbihat bit-tv qed jaslu ċari. BERTOLUCCI U L-VJAĠĠ TAŻ-ŻEJT Lil Bernardo Betolucci (Parma, 1941) dawk li telgħu fis-snin sittin tas-seklu li għadda jorbtuh mat- twelid tiegħu bħala iben il- poeta Attilio Bertolucci. Imbagħad, aktar minn hekk, jiftakruh bħala r-reġista Jihad vs McWorld: l-analiżi ta' Benjamin R Barber dwar il-kunflitt bejn il-kulturi tal-Islam u l-Punent