Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 A għmilulu!" dan il- parir li ġieli jagħtuni ta' madwari kull meta xi ħadd jikteb u jgħid xi ħaġa dwari. Ikunu qegħdin jirreferu għal kawża ta' libell. Mhux l-ewwel darba li jkolli noqgħod insofri l-gideb li jintqal dwari u l-kummenti inġusti li jgħidu. Iżda jiena dejjem emmint li l-aqwa ġudizzju mhux tal-Imħallef u tal- Maġistrat iżda tan-nies. In-nies li jafu lil kulħadd fi gżira żgħira bħal Malta. Kif inħobbu ngħidu: Malta żgħira u n-nies magħrufa. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali jien kont taħt attakk gravi li weġġagħni ħafna u weġġa' lill-familja tiegħi. Kont inweġġa' mhux għaliex kelli minn xiex nibża' jew għaliex kien hemm xi ħjiel ta' verità f 'dak li qiegħed jingħad dwari. Kont inweġġa' għaliex qatt ma bsart li se naqgħu f 'livell daqstant baxx ta' politika. Ma ninsa qatt il-billbord li għamlu dwari fejn penġewni qisni l-ħotba ta' Notre Dame. Mhux għaliex Alla żejjinni b'xi sbuħija partikolari għax mhux il-każ! Iżda l-mod kiefer li ħadu vantaġġ minn kundizzjoni li għandi f 'wiċċi li kienu jafu biha u xorta provaw jieħdu vantaġġ minnha. Dakinhar ħafna bdew jgħiduli "Agħmilulhom! Ċapċapulhom!" Dejjem irreżistejt li nagħmel il-libelli. Naf sewwa xi tfisser li tidħol il-Qorti! Kien l-aħħar jum li stajna nikkummentaw qabel il-jum tas- "silenzju" ta' qabel l-elezzjonijiet ġenerali. Kien l-aħħar programmm ta' qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Norman Vella bl-isem ta' TVPM. Sensiela ta' semi-diskussjonijiet li suppost ma kellhom minn ħadd. Dakinhar kienet l-aħħar daqqa u gidma tal-kampanja elettorali. Miegħi kelli lil Simon Busuttil u m'għandniex għalfejn ngħidilkom kif spiċċajt sandwich. Kelli nlaħħaq mat-tnejn! F'ħin minnhom Simon Busuttil b'dak is-soltu stil santimonjuż tiegħu insista miegħi li għandi nirriżenja, b'referenza għall-famuż inċident tal-blokka. Kien ilu kampanja sħiħa, hu u sħabu jinsistu miegħi biex nirriżenja. Mit-toroq, mill-pjazez, mill-mass meetings u fuq il-mezzi tax-xandir kollha jitolbu r-riżenja tiegħi. Fejn hemm is-sewwa ma ċċedi qatt. F'mument minnhom qalli wkoll biex nagħmillu libell. Ir-reazzjoni tiegħi kienet waħda serena. Għidtlu li jiena ma mmurx għall-ġudizzju tal-Imħallfin u tal- Maġistrati iżda tan-nies. Għidtlu li għandu jkollu ftit tas-sabar għax fi żmien 48 siegħa xi ħadd minnha t-tnejn se jkollu jirriżenja u bil- pulit tfajtlu botta "Ara tkunx int!" 48 siegħa wara ħareġ ir-riżultat. Il-Partit Laburista rebaħ bl-akbar numru ta' voti li partit f 'pajjiżna qatt rebaħ. Lanqas elf libell ma kienu jivvendikawni b'dan il-mod. Ovvjament jiena ma rriżenjajtx. Lanqas Simon ma rriżenja anzi għamel pass 'il quddiem: spiċċa Kap tal-Partit Nazzjonalista u dan minkejja li huwa kien responsabbli daqs oħrajn għat-telfa elettorali li sofra l-Partit Nazzjonalista. Mhux il-libelli jnaddfu lil dak li jkun iżda l-fatti li huma sagrosanti u fuq kollox l-opinjoni tan-nies. Jien naf uħud li rebħu libell iżda ġieħhom xorta tilfuh. Dan l-aħħar wieħed minn dawn li rebaħ libell qalli li, li kieku konna l-Ingilterra kienu jkunu ħafna akbar minn dawk li rebaħ. Jiena weġibtu li, li kieku konna l-Ingilterra l-Qrati Ingliżi kienu jgħerrquh fix- xmara Tamigi għal dak li ġie pruvat dwaru u li x'aktarx ma kienx joħroġ aktar mill-bieb 'il barra. Il-libelli huma odjużi għaliex mhux dejjem inaddfuk minn dak li jemmnu n-nies fuqek. Maġistrat minn fuq il-bank jista' jsib li skont il- liġi ġejt malafamat, iżda n-nies xorta jibqgħu jaħsbuha mod ieħor fuqek. Jistgħu jiġu fuqek u jawgurawlek tal- libell li rbaħt iżda minn wara dahrek jitbissmu u jehmżu lil xulxin. Kif ġralu t-tali li għadni kemm semmejt. Iżda xorta m'hemmx għeżeż mil-libertà tal-kelma. Qiegħed ngħid dan għaliex illum hawn min qiegħed jinsisti li l-liġi tal-libelli għandha tkun aktar ħarxa. Bil- quddiem jiena ngħid li ma naqbilx. Ma naqbilx li għandu jkun hemm liġijiet li jsiru biex iwaqqfu lil dak li jkun jigdeb għaliex biex nagħlaq ħalq dik il-persuna jfisser li ħafna oħrajn li jkunu jixtiequ jgħidu l-verità joqogħdu lura. Billi nżidu l-multi nkunu biss qegħdin niffriżaw il-libertà tal-kelma. Anzi nħoss li libell kriminali m'għadx hawn postu f 'soċjetà fejn l-individwu sar għandu saħħa kbira. Il-liġi tal-libelli, f 'pajjiż fejn ebda gazzetta m'għandha xi fondi interminabbli jew miljardarja, jekk tiħrax, tkun qiegħda biss tiffriża lil min hu onest. Dak li jkun, bil-biża' li qiegħed jesponi ruħu għal danni u multi kbar jaħsibha darbtejn jitkellimx jew jippubblikax, għaliex qatt ma tista' tgħid kif se tigik il-Qorti. Il-liġijiet tal-libelli ma għandhomx ikunu hemm biex jagħmel lil xi ħadd ftit iktar sinjur, iżda biex jagħti l-ġieħ lura lill- persuna u tiskredita lil min huwa diżonest. Jekk ovvjament dak li jkun isofri d-danni dejjem għandu r-rimedji ordinjarji. Apparti dan kollu għandi d-dubji tiegħi kemm il-libelli għandhom jibqgħu kompetenza tal-Qrati Ordinarji. Għandu jkun hemm xi proċedura partikolari li fost dawk li jissejħu biex jiddeċiedu jkun hemm ġurnalisti mal-klassi legali. Il-Press Board jista' jkun mudell li nistgħu niżviluppaw. Meta darba Lou Bondi qal ereżijiet fuq Gulia Farrugia kien il-Press Board li ddikjara li Bondi kien żbalja u l-biċċa waqqfet hemm. Gulia ngħata raġun u Bondi tilef biċċa minnu! Għalhekk ejjew ma nkunux allarmisti. L-istampa hija indispensabbli għat-tħaddim tad- demokrazija. Ġieli jkun hemm wisq intriċċi u kompromessi bejn il-politici b'mod li l-verità li għandu jkun jaf biha l-poplu tibqa' mistura. L-aħħar kampanja elettorali tal- elezzjonijet ġenerali kienu ddominati minn aħbarijiet li ħarġu fil-gazzetti u mhux minn Kastilja. Li ma ġarax TONI ABELA Agħmilulu! "Ma ninsa qatt il-billbord li għamlu dwari fejn penġewni qisni l-ħotba ta' Notre Dame. Mhux għaliex Alla żejjinni b'xi sbuħija partikolari għax mhux il-każ!" "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014