Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Parità li ma tikkuntenta lill-ebda tim Naxxar L. ....................1 Floriana ......................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT ILKONFRONT bejn Naxxar Lions u Floriana intemm f 'parità ta' 1-1 li żgur li ma kkuntenta lill-ebda tim hekk kif Naxxar Lions għadhom ifittxu l-ewwel rebħa fl- istaġun waqt li Floriana għandhom tliet punti vantaġġ fuqhom hekk kif għandhom sitt punti. Floriana fetħu l-iscore fit- 18-il minuta meta l-plejer mis-Slovenja Vito Plut mill-viċin tefa' l-ballun fis- saqaf tax-xibka. Naxxar Lions rebħu penalty fl-34 minuta meta plejer ta' Naxxar Lions mess il-ballun b'idu fil- kaxxa iżda mill-penalty spot, l-attakkant prolifiku Brażiljan Gilmar da Silva Ribeiro kellu x-xutt fjakk tiegħu milqugħ bi bravura mill-goalkeeper Taljan ta' Floriana, Valerio Senatore, wara li ntefa' minn tulu fl-art. Fis-60 minuta Naxxar Lions rebħu t-tieni penalty fil-logħba, din id-darba meta Emanuel Briffa waqqa' lil Terrence Vella fil-kaxxa. Mill-11- il metru Pape Gueye li matul l-istaġun li għadda niftakruh jilgħab ma' Sliema Wanderers, ma żbaljax biex ġab l-iskor indaqs għan-Naxxarin. Fil-65 minuta, Floriana kellhom okkażjoni tad- deheb li jmorru fil-vantaġġ iżda kienu sfortunati meta l-BOV Plejer tal-Logħba Vito Plut kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal- wieqfa. Fid-69 minuta, Naxxar Lions qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Angus Buhagiar permezz ta' karta ħamra diretta minħabba azzjoni anti-sportiva fuq plejer avversarju. Naxxar L. - Azzopardi, Scicluna, Edet, Vella (Cassar 90'), Del Negro, Gueye, Falzon (Mbachy Eminike 78'), Da Silva Ribeiro, Doffo (Bellia 70'), Buhagiar, Reano Floriana - Senatore, Scicluna, Moreira Cobo, Pisani, Borg, Plut (Galea 89'), Piciollo, Briffa, Samb (Marcelina 57'), Farrugia, Borg (Spiteri 28') Referi - Mario Apap VITO PLUT Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-8 ta' Lulju 1988 fis-Slovenja Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Qabel ingħaqad ma' Floriana, kien jilgħab ma' FC Saarbrucken Valletta jiksbu rebħa kbira fuq Qormi Qormi ................ 0 Valletta ............. 4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA kisbu rebħa kbira ta' 4-0 fuq Qormi, f 'logħba li ddominaw mill-bidu sal-aħħar. B'hekk wara r-rebħa ta' 5-0 li kisbu kontra Sliema Wanderers nhar il-Ħadd li għadda, jidher li t-tim immexxi minn Gilbert Agius reġa' sab siequ u qed juri bis-sħiħ li bħas- soltu se jkun wieħed mill- isfidanti denji għar-rebħ tal-Kampjonat fi tmiem l-istaġun. Huma fetħu l-iskor fit-32 minuta, meta Roderick Briffa rebaħ ballun mingħand Albert Bruce, u ra x-xutt tiegħu jaħbat mal- mimduda. Il-ballun spiċċa f 'saqajn il-Malti-Awstraljan Adrian Zahra li għadda l-ballun lejn Lateef Elford- Alliyu li tefa' fix-xibka permezz ta' xutt fil-baxx. Valletta resqu viċin li jerġgħu jsibu x-xibka fis- 56 minuta meta Roderick Briffa kellu xutt angulat jgħaddi jħakkek mal- wieqfa. Fis-63 minuta l-Beltin irdoppjaw l-iskor meta Ryan Fenech għadda fit-tul lejn Lateef Elford- Alliyu, dan qassam lil Alex Barboza Terra li x-xutt b'saħħtu tiegħu ntemm wara l-goalkeeper Matthew Farrugia. Fid-79 minuta Qormi ħolqu l-periklu meta cross shot ta' Joseph Chetcuti ma sab lill-ebda plejer sħabu biex jagħmel kuntatt mal- ballun, bil-ballun jintemm barra. Fis-86 minuta Valletta skorjaw it-tielet goal fil- logħba meta minn cross ta' Alex Barboza Terra, id-difensur veteran għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba għeleb lill-goalkeeper ta' Qormi, Farrugia. Jidher li Valletta ma kinux kuntenti biżżejjed b'dan ir- riżultat hekk kif komplew jiskorjaw meta fid-90 minuta Luke Montebello wara li rċieva minn kross tal-captain Ryan Fenech għeleb lil Matthew Farrugia permezz ta' xutt mill- ewwel. Valletta - Vella, Azzopardi, Camilleri, Fenech, Faria, Briffa, Elford-Alliyu, Cremona, Zahra (Bajada 74'), Barboza Terra (Montebello 87'), Dimech Qormi - Farrugia, Bondin, Quatrochi Santos, Agius, Pisani, Sammut (Bondin 58'), Chetcuti, Levniac, Bruce (Viggiani 64'), Effiong, Temile (Azzopardi 87') Referi - Andrè Arciola LATEEF ELFORD-ALLIYU Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-1 ta' Ġunju 1992 fl-Ingilterra Qabel ingħaqad ma' Valletta kien jilgħab ma' Tamworth FC fl-Ingilterra Iván Ramiro Córdoba se jżur Malta LINTER Club PUPI Zanetti Malta b'kollaborazzjoni ma' Luxol Sports Club għandu pjaċir iħabbar li se jiġi organizzat kamp ta' taħriġ ta' tlett ijiem li se jagħti opportunità lit-tfal Maltin u Għawdxin li jkunu fil-grawnd ma' eks stilla tal-futbol internazzjonali, Iván Ramiro Córdoba. IVÁN Ramiro Córdoba lagħab 324 partiti uffiċjali u skorja 15-il gowl għal FC Internazionale Milano, barra minn hekk kien ukoll il-viċi captain tat-tim. Córdoba rrappreżenta wkoll lil pajjiżu, il-Kolombja 73 darba u serva wkoll bħala captain. Fil- karriera illustri tiegħu, huwa rebaħ is-Serie A 5 darbiet, 4 Coppa Italia, 4 Supercoppa Italiana, UEFA Champions League u Tazza tad-Dinja tal- Clubs bejn l-2005 u l-2010. L-uniku suċċess tiegħu mal-Kolombja kienet ir-rebħa tal-Copa America fl-2001, fejn il- Kolombja kisbet rebħa ta' 1 -0 fuq il-Messiku, b'gowl ta' Córdoba nnifsu. Waqt iż-żjara tiegħu se jiġu wkoll organizzati xi attivitajiet b'risq il- Fundacion Columbia te quiere ver onlus, li hija organizzazzjoni bla profitt maħluqa minn inizjattiva ta' Córdoba stess, għat-tfal Kolumbjani. Il-Fondazzjoni tippromwovi u tappoġġja programmi ta' saħħa, edukazzjoni u sports, speċjalment immirati lejn l-aktar tfal fil-bżonn. Aktar dettalji rigward din iż-żjara se jitħabbru aktar 'il quddiem. L-eks stilla u leġġenda ħajja ta' Inter, Ivan Ramiro Cordoba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014