Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 SPORTSillum L-ebda rebbieħ d-Derby ta' Merseyside FIDDERBY ta' Merseyside, Liverpool u Everton, temmew il- konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil-gowl għar-Reds jasal mill- captain Steven Gerrard permezz ta' freekick mill- isbaħ waqt li Phil Jagielka ġab l-iskor indaqs għal Everton fid-90 minuta permezz ta' gowl tal- istampi. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge kisbu rebħa tajba ta' 3-0 kontra Aston Villa bil-gowls għalihom jaslu minn Oscar, Diego Costa u Willian. Iċ-champions Manchester City barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 4-2 kontra Hull City bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Edin Dzeko u gowl kull wieħed għal Frank Lampard u Sergio Aguero. Min-naħa l-oħra l-gowls għal Hull City waslu minn penalty ta' Abel Hernandez u awto-gowl ta' Eliaquim Mangala. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford kisbu tliet punti prezzjużi biex ħadu ftit nifs meta għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għar-Red Devils jaslu minn Wayne Rooney u Robin van Persie waqt li l-gowl uniku għall- Hammers wasal minn Diafra Sakho fis-37 minuta. Tajjeb ngħidu li Manchester United spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer internazzjonali Ingliż, Wayne Rooney, fis-60 minuta. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Queens Park Rangers bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Ryan Bertrand u Graziano Pelle. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Queens Park Rangers wasal minn Charlie Austin fis-66 minuta. Intant il-konfront bejn Sunderland u Swansea City intemm f 'parità ta' mingħajr gowls. Arsenal u Tottenham Hotspur temmew il- konfront ta' bejniethom fl-Emirates Stadium bl-iskor ta' 1-1 bil-gowl għall-iSpurs minn Nacer Chadli fis- 56 minuta waqt li l-gowl għall-Arsenal wasal minn Chamberlain fl-74 minuta. Fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma ġewwa darhom fl-iStadio Olimpico għelbu lil Hellas Verona bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Florenzi u Destro. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 27 ta' Settembru Liverpool vs Everton 1-1 Chelsea vs Aston Villa 3-0 Crystal P. vs Leicester C. 2-0 Hull C. vs Manchester C. 2-4 Manchester U. vs West Ham U. 2-1 Southampton vs Queens Park R. 2-1 Sunderland vs Swansea C. 0-0 Arsenal vs Tottenham H. 1-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 28 ta' Settembru 17:00 WBA vs Burnley It-Tnejn 29 ta' Settembru 21:00 Stoke C. vs Newcastle U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 27 ta' Settembru Roma vs Hellas Verona 2-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 28 ta' Settembru 12:30 Sassuolo vs Napoli 15:00 Cesena vs AC Milan 15:00 Chievo V. vs Empoli 15:00 Inter vs Cagliari 15:00 Torino vs Fiorentina 20:45 Genoa vs Sampdoria It-Tnejn 29 ta' Settembru 19:00 Udinese vs Parma 21:00 Palermo vs Lazio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014