Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
6 illum | Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 L-Università tat-Terza Età Qatt mhu tard biex ILPOPOLAZZJONI dinjija dejjem qed tixjieħ, jiġifieri qed jiżdiedu l-ammont ta' anzjani, mhux f 'Malta biss, u jonqsu t-tfal. Huwa minnu li dan il- fenomenu qed jiddomina l-maġġoranza tal-pajjiżi fid- dinja iżda x'inhu l-irwol tal- anzjani fis-soċjetà tal-lum? Grazzi għall-mediċina u l-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija tal-lum il- ġurnata, l-anzjani tagħna qed jaslu għall-età tal-irtirar iżda jkunu għadhom tajbin kemm fiżikament u anke mentalment. B'hekk fl-1993, l-Istitut tal-Ġerontoloġija kif kien magħruf dak iż-żmien waqqaf l-Università tat-Tielet Età f 'Malta. Il-ġurnal ILLUM tkellem ma' Joseph Said li tkellem f 'isem l-Università tat- Tielet Età, jew inkella kif isejħulha huma l-U3E. Said mill-ewwel qal li l-bidu ta' din l-Università kien tassew diffiċli iżda bil-ħidma sfieqa tal-mibki Anthony M. Schembri, l-ewwel koordinatur, flimkien ma' grupp ta' voluntiera ddedikati u l-appoġġ tal-ewwel Segretarju Parlamentari għall-kura tal- Anzjani, John Rizzo Naudi, ir-rispons tal-pubbliku kien wieħed ta' kuraġġ kbir b'numru sabiħ ta' 190 parteċipant. "L-għan ewlieni tal-U3E, huwa t-tagħlim bħala gost fih innifsu. Irridu nippromwovu l-edukazzjoni fost l-adulti u l-anzjani, għalina din għandha ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-iżvilupp soċjali tagħhom" saħaq Said. Il-parteċipazzjoni qed tiżdied kull sena f 'dawn l-aħħar għoxrin sena u issa hemm medja ta' parteċipanti b'670 membru fis-sena. Said jinnota li numru ta' anzjani li jattendu sena waħda jispiċċaw jibqgħu jattendu sena wara sena. Iżda x'inhu dak li vera jħeġġeġ lil dawn l-anzjani jattendu? Hemm numru kbir ta' korsijiet differenti. Is- suġġetti huma varji, mill- Istorja ta' Malta minn diversi aspetti fosthom l-ekonomija, il-politika, il-liġi, il-kultura u l-folklor. Il-kura u s-saħħa tal-anzjani. Hemm ukoll suġġetti reliġjużi u spiritwali kif ukoll kultura reliġjuża. Hemm apprezzament tal-arti u l-artisti Maltin. Studju bażiku ta' ħames lingwi, Malti, Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol. Korsijiet oħra jittrattaw ukoll ix- xjenza u anke l-politika Ewropea u relazzjonijiet internazzjonali. Apparti minn hekk, mhumiex biss is- suġġetti li jħajru lill-anzjani tagħna. Said jgħid li l-maġġor parti tal-membri jattendu għax minbarra li għandhom interess kbir li jitgħallmu jkunu jridu jissoċjalizzaw u jibqgħu attivi. Kif qalulna l-anzjani li tkellimna magħhom, dawn il-korsijiet jinqasmu f 'seba' jew tmien lekċers ta' sagħtejn il-wieħed. Fil-fatt, dawk l-anzjani li jattendu 75% fi tliet korsijiet differenti, jew kif isejħulhom, study units, unità ta' studju, jingħataw ċertifikat ta' attendenza. Kull sena jew sentejn issir ċerimonja għat-tqassim taċ- ċertifikati fejn jiġu mistiedna uffiċjali mill-Università ta' Malta u uffiċjali tal-Gvern mill-qasam tal-anzjani. Il-membri jaqgħu bejn żewġ kategoriji, il-grupp ta' bejn il-65 u d-69 sena u dawk bejn is-70 u l-74 sena. L-ikbar persuna li qatt kellna s'issa kellha 87 sena. Joseph Said jistqarr kif ma tantx isibu xi problemi kbar f 'dawn il-korsijiet. Hu qal li "l-akbar diffikultà hi meta jkun hemm xi tibdil fil- lekċers. Din ma ssirx ta' spiss imma biex tavża xi tibdil fil-programm, il-membri li m'għandhomx imejl ikunu daqsxejn diffiċli biex tavżahom." Said iżda jgħid ukoll li jekk ma jkollokx livell ta' edukazzjoni jaf issib diffikultà biex tattendi għal dawn il-programmi. "Ħafna mill-membri li jattendu huma ta' livell ta' edukazzjoni għolja, għalkemm issib xi wħud b'livell ta' edukazzjoni baxx iżda għandhom interess jitgħallmu aktar. Il-maġġor parti tal-membri li jattendu huma miċ-ċentru u s-Sud ta' Malta" qal Said. Il-miżata għal dawn il- korsijiet hija nominali. Iċ-ċentri ta' tagħlim Iċ-ċentru prinċipali qiegħed l-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Iżda għandna fergħat oħra, is-Salesjani f 'St. Patrick's f 'Tas-Sliema, Ċentru tar- Riżorsi l-Kottonera li nfetaħ f 'Ottubru li għadda u Ċentru tal-anzjani matul il-jum f 'Għajnsielem Għawdex, u hemm il-ħsieb niftħu ċentru ieħor il-Mosta. L-Università tat-Terza Età għandha l-Assoċjazzjoni tagħha mmexxija minn kumitat maħtur minn fost il- membri. Dan il-kumitat jieħu ħsieb jorganizza attivitajiet reliġjużi u soċjali kif ukoll ħarġiet kulturali. Barra minn hekk ċerti lekċers jikkonsistu fi żjajjar f 'postijiet differenti u huma popolari ħafna mal- membri. ILLUM tkellem ma' membri u parteċipanti li jipparteċipaw f 'dawn il- korsijiet sena wara sena u ħa mingħandhom kummenti dwar x'inhi l-esperjenza tagħhom u għalfejn jattendu dawn il-korsijiet. Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt "Il-bidu tagħha kien tassew diffiċli" Grupp ta' anzjani waqt il-lezzjoni tal-Ispanjol