Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501
Il-Ħadd 28 ta' Settembru 2014 | illum 7 biex titgħallem… MARTIN DIACONO 69 sena "Meta għalaqt il-61 sena kien hemm ħabib tiegħi u tal-mara li ħajjarna nattendu dawn il-lekċers. Fittixna ftit is- suġġetti u rajna li kien hemm korsijiet li kienu jgħoddu ħafna għalina. Kienu suġġetti li jien sibthom utli u li ma kontx profondajt fuqhom ta' età iżgħar. Matul dawn l-aħħar snin ħadna korsijiet f 'lingwi, politika, arti, l-Ordni ta' San Ġwann, il-Vatikan, is-swar tal-Belt u ħafna oħrajn. Nhar ta' Ġimgħa jkollna ħarġa bil-quddiesa, inżuru postijiet ta' interess u mbagħad ikla flimkien. Huma programmi li magħhom m'għandekx eżamijiet imma hu sta għalik kemm se tinteressa ruħek fis-suġġetti. Fejn qabel, jien u marti konna nsiefru u naraw mużew tal-arti u nibqgħu għaddejjin, bis-saħħa ta' dawn il-lezzjonijiet tgħallimna ħafna fuq l-arti u issa meta nsiefru ninteressaw ruħna. Apparti minn hekk kien ukoll mod kif inżommu ruħna f 'saħħitna billi nipparteċipaw fil-line dancing ukoll." JULIE AGIUS 80+ sena "Issa ili nattendi għal dawn l-aħħar seba' snin. Nentużjażma ruħi għall- informazzjoni inġenerali, b'mod speċjali għal-lingwi. Jien inħobb inkun naf u minn ċkuniti dejjem interessajt ruħi fil-lingwi. Meta kont żgħira kont tgħallimt it-Taljan u l-Franċiż, issa, bis-saħħa tal-U3E qed nitgħallem l-Ispanjol. Dawn huma lekċers li ma jikkawżawlekx stress. Jien inħobb inqassam il-ħin minħabba li jien mara tad- dar u għandi dar x'inżomm, b'hekk nipprova naħtaf siegħa u nġib kotba b'lingwi differenti biex niprattika dak li diġà naf. Lill-anzjani li qed jaqraw dan nixtieq ngħidilhom - ħaddmu raskom biex ma tobolqux u ssiru inkapaċi! La darba l-magna tibqa' taħdem tibqa' sana, jekk il-moħħ traqqdu ħa jibqa' rieqed." CARMEN GEORGE 64 sena "Meta ġejt biex nirtira kont diġà naf b'din l-università u kont tassew imħeġġa biex napplika u nibda nattendi l-lekċers. Fil-ħajja qatt ma tiqaf titgħallem. Kellna lezzjonijiet fuq il-filosofija u permezz ta' dan bdejt niskopri żoni ġodda f 'ħajti li qatt ma kont qrajt fuqhom. Kellna kors ukoll fuq id-dimensja, ieħor 'Ħarsa lejn Malta llum' u 'L-irwol tal-UE f 'relazzjonijiet internazzjonali'. Il-lezzjonijiet dejjem ikunu bil-Malti u dejjem jagħmluhom bi stil interessanti. Nissuġerixxi lill-anzjani oħra biex jingħaqdu magħna għax l-ewwel nett dejjem hemm x'tibqa' titgħallem f 'ħajtek u għandek l-opportunità li tiltaqa' ma' nies anzjani bħalek u forsi xi ħbieb antiki li tkun ilek snin ma tarahom." GEMMA VELLA 70+ "Jien kont smajt b'dawn il- programmi malli bdew iżda ma stajtx nidħol mill-ewwel minħabba li żewġi kien marid. Issa ili 'l fuq minn 19-il sena nattendi u dejjem sibt suġġetti li jinteressawni, iżommuni aġġornata maż-żminijiet u dejjem nitgħallem. Għandna wkoll il-kor li nieħdu sehem fil-quddiesa kull xahar. Jien nieħu ħsieb il-kor u qegħdin 'il fuq minn 35 korista iżda ħasra li ma tantx hemm rapreżentazzjoni maskili. Nagħmlu l-provi darba fil-ġimgħa. Niprattikaw biċċiet mill-operetti, films bħal Sound of Music, diski Taljani u anke Maltin. Immorru wkoll inkantaw fid-djar tal-anzjani xi darbtejn fis-sena. Lill-anzjani li qed jitħajru ngħidilhom biex japplikaw magħna u jieħdu sehem f 'kull attività li nagħmlu!" JAMES SOUNESS 63 sena "Kienu bdew jattendu sħabi u ħajruni ningħaqad magħhom. Kien hemm ħafna suġġetti differenti u mill- ewwel sibt x'jolqotni. Hemm korsijiet fuq partiti politiċi, storja, ir-reliġjon, il-qaddisin u l-Papiet fost l-oħrajn. Lil dawk li qed jaħsbuha darbtejn ninkuraġġihom jinkitbu għas-sena akkademika li ġejja u niżgurahom li xi ħaġa interessanti se jsibu żgur. Apparti minn hekk jidħlu iżjed fil-ħajja soċjali u kulturali tal-pajjiż ma' nies tamparhom." "Bdejna b'190 membru u issa għandna 670" Grupp ta' anzjani waqt żjara għand furnar