Illum previous editions

illum 28 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/388501

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 28 ta' Settembru 2014 • Nr 415 Tel: 2122 3999 "IRRIDHOM MEJTIN" NEWSPAPER POST JOANNA GONZI DWAR BOBBY CALI U MARTIN DEDONO SKONT REKORDING DEPOŻITATI FIL-QORTI DIN il-ġimgħa l-Qorti ħelset minn kull akkuża liż-żewġ kunsilliera Slimiżi Martin Debono u Yves Bobby Cali. Il-każ kien ibbażat fuq miżappropriazzjoni ta' flus tal-Kunsill fuq xiri ta' laptops kif ukoll tbagħbis fil-memorja tal-istess kompjuters. Debono u Cali kienu spiċċaw arrestati u mitfugħa ġo ċelel fid-depot tal-pulizija filwaqt li Debono kien spiċċa anke mneżża minn ħwejġu waqt l-arrest. Fis-smiegħ tax-xhieda fil-Qorti ġew ippreżentati rekordings meħuda mil-laqgħat tal-istess Kunsill li l-Qorti approvat bħala rekordings awtentiċi. F'dawn ir-rekordings tinstema' l-vuċi tas-Sindku Joanna Gonzi tgħid li riedet lil Debono u lil Cali mejta u li xtaqet li omm Debono jagħtiha attakk tal-qalb. Tinstema' wkoll il-vuċi tal-Viċi Sindku Cyrus Engerer li meta Gonzi qalet li riedet lil Debono u lil Cali mejtin jgħidilha biex ittihom daqqa ta' martell, b' Gonzi tkompli tinsisti li onestament riedet toqtolhom. Mir-rekordings ippreżentati l-qorti toħroġ ukoll il-kunfidenza li kien hemm bejn is-Sindku Gonzi u Svetlana Curmi li kient tokkupa l-kariga ta' Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill. Hi tinstema' ssejjaħ lis- Sindku Gonzi bħala "pupa tiegħi" u "babes." Martin Debono Joanna Gonzi Cyrus Engerer Svetlana Curmi Bobby Cali Ikompli paġna 2 Is-Sindku Joanna Gonzi ridithom mejtin. Hekk jinstema' bl-iktar b'mod ċar f 'rekording li hemm depożitat fil- Qorti. Gonzi kienet qed tirreferi għal Martin Debono u Bobby Cali fil-preżenza ta' Cyrus Engerer u Svetlana Curmi. Gonzi qalet ukoll li tixtieq li omm Martin Debono tmut b'attakk tal-qalb. Ir-rekording ukoll juru konfoffa mit-tliet persuni biex Bobby Cali u Martin Debono ma jibqgħux fil-kunsill. Tant hu hekk li kien l-Ispettur Gafa li kien arrestahom fuq akkużi wara li 'rċieva' żewġ ittri anonomi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 September 2014