Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 05 ta' Ottubru 2014 • Nr 416 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Jirritornaw l-iskwadri tal-SAG u dik mobbli Taqlib fil-Korp tal-Pulizija mal-Kummissarju l-ġdid FL1 ta' Lulju 2013 il-Korp tal-Pulizija introduċa l-iskwadra ġdida tar- Rapid Intervention Unit (RIU) meta għaqqad flimkien l-iskwadri tal- SAG u dik mobbli. Issa minn Ta' Kandja, fejn hemm il-kwartieri tal- RIU, qed jiġru xnigħat li l-amministrazzjoni preżenti qed tippjana li l-RIU tiġi żarmata u jerġgħu jiġu fis-seħħ l-iskwadri tal-SAG u dik mobbli. Sorsi qrib il-Korp tal- Pulizija qalu lil ILLUM li l-Aġent Kummissarju Raymond Zammit ma kienx tal-istess opinjoni mal-Kummissarju ta' qablu, Peter Paul Zammit, u kellu opinjoni differenti meta nħolqot l-RIU. Jista' jkun li minħabba li Raymond Zammit kien għal xi żmien jagħmel parti sew mill-SAG u kien jaf sew kif kellha tiffunzjona, irid li din terġa' tingħata r-ruħ. Meta ttieħdet minn taħt idejn Raymond Zammit, l-SAG kienet ħadet xejra oħra b'ħafna mill-membri tagħha kienu inattivi għal żmien twil tant li wħud minnhom kienu jidhru li ma kellhomx il-fiżiku ta' skwadra speċjalizzata. Iktar dwar il-mafja f 'Malta "ILPULIZIJA Maltija taħdem fuq kull informazzjoni li jista' jkollha dwar il-mafja" dan sostnieh il-Ministru Manuel Mallia f 'kumment mal-ILLUM wara l-arrest din il-ġimgħa ta' Sebastiano Brunno, wieħed mill-kapijiet tal-mafja Siċiljana li kien ilu maħrub minn taħt idejn il-Pulizija Taljana għal dawn l-aħħar ħames snin. Il-Ministru Mallia qal li l-Pulizija qed tinvestiga wkoll kull sors ieħor disponibbli dwar organizzazzjonijiet kriminali oħra meta din ikollha xi informazzjoni. "Din issir permezz ta' ftehim ta' koperazzjoni bejn il-pajjiżi affiljati fl-Interpol fejn Malta ilna affiljati mill- 1972" qal Mallia. Żied li "L-arrest ta' mexxej mafjuż Taljan uriet kemm din il- koperazzjoni qed tirnexxi." Il-Ministru spjega li l-ftehim ta' koperazzjoni jiskatta meta l-każ ikun relatat ma' xi pajjiż Ewropew jew dawk il-pajjiżi li għandhom ftehim ta' koperazzjoni mal-Europol bħan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u oħrajn, kif ukoll dawk il-pajjiżi li għandhom ftehim strateġiku mal-istess aġenzija. "Xogħol ieħor siewi ta' koperazzjoni jsir ukoll mill- uffiċċju tas- Sirene li hu l-uffiċċju li jikkomunika ma' pajjiżi tax- Schengen f 'dawk li huma alerti u fejn Malta bdiet l-operazzjonijiet tagħha mill- 2007 qabel ma ssieħbet fiż-żona Schengen" temm jgħid Mallia. Tkompli paġna 3 "Trikki trakki ma' Malmström" "ILPRIJORITÀ għalija hi s-sigurtà ta' pajjiżna. Nixtieq li nneħħi ċ-ċentri ta' detenzjoni iżda ma nistax nissogra għax qabel noħroġhom fit-toroq irrid inkun naf eżatt il-mottiv ta' dawk li jaslu Malta." Dan qalu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella, li stqarr esklussivament ma' din il-gazzetta li meta ltaqa' mal-kummissarju tal-UE, Cecilia Malmström kien hemm kemxejn ta' trikki trakki bejniethom. "Dan minħabba l-fatt li l-Kummissarju Malmström ma qablitx li l-immigranti għandhom jinżammu f 'ċentri ta' detenzjoni u insistiet li dan imur kontra r-regolamenti tal- Unjoni Ewropea" qal Vella. Żied jgħid hu insista ma' Malmström li Malta lesta li tħallas il-multi imposti fuqha mill-Ewropa, basta tipproteġi s-sigurtà tal- pajjiż. "Malmström gergret u ma qablitx miegħi u qaltli li qed nikser ir-regoli Ewropej. Jien weġibtha li l-Ewropa tħares lejn l-esiġenzi tagħha iżda aħna rridu naħsbu fis-sigurtà ta' pajjiżna għax dik hi l-prijorità tal-pajjiż. Akkost li nħallsu l-multi li jkunu imposti fuqna mill-Unjoni" qal Vella. Tkompli paġna 10 Sebastiano Brunno kien arrestat waqt li kien sejjer jiekol barra Tkompli paġna 4 JOHN BUSUT TIL illum@mediatoday.com.mt JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014