Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab u b'xi ħalbiet iżolati tax-xita iktar tard VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Punent għal-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 u jsir Punent għall-Majjistral billejl BAĦAR: Ħafif li jsir moderat lokalment moderat għal qawwi Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 20Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab kultant u bil-possibilta' ta' xi ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat lokalment moderat għal qawwi li jsir moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 31 90 78 55 86 73 9 22 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta ST. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kap- pillan Mifsud, Ħamrun BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi HOLY Cross Pharmacy, 37, Triq il- Kbira, Birkirkara TONY'S Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Gżira SPIŻERIJA Merħba, Shop 2, Triq Lapsi, Ta' Giorni, San Ġiljan RUDOLPH Pharmacy, 133, Triq Rodolfu, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq il- Pitkali, Attard ST. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz- Zakak, Mosta QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu MEDIATRIX Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar GREEN Cross Pharmacy, 31, Misraħ Gregorio Bonnici, Żejtun CHRYSANTHEMUM Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ NIGRET Pharmacy, Triq iz-Zahar, Rabat BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria TONY'S Pharmacy, Triq il-Qbajjar, Marsalforn Il-poplu jsemma' leħnu wara Reporter JEAN PIERRE CASSRA jpcassar@mediatoday.com.mt FLEWWEL programm mill- iskeda l-ġdida ta' Reporter id- diskussjoni kienet it-trasport, it-traffiku u l-konġestjoni. Fost il-mistiedna kien hemm il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi u l-eks ministru Nazzjonalista Jesmond Mugliett. Immedjatament malli beda l-programm il-poplu ħass il-bżonn li jsemma' leħnu fuq il-problemi li jiltaqa' magħhom ta' kuljum fuq il-paġna uffiċjali ta' Reporter fuq Facebook. Ħafna staqsew għalfejn ix-xogħlijiet fit-toroq bħal żebgħa tal-linji u tisqija tar-roundabouts eċċ qed isiru matul il-ġurnata. "F'pajjiżi oħra dawn dejjem isiru matul il-lejl biex jevitaw konġestjonijiet tat-traffiku" qal wieħed mill- kummenti. Mistoqsija oħra kienet fuq meta se jitwaħħlu l-kameras mad-dwal tat-traffiku kif hemm f 'pajjiżi Ewropej. Telespettatur qed isaqsi jekk hemmx xi liġi li timponi fuq l-armar tal-karozzi li ħafna drabi jitwaħħlulhom xi affarijiet mas-silencer biex jagħmlu iktar storbju huma u għaddejjin. It-telespettatur qed jgħid li f 'ċertu żoni ta' Malta dawn il-karozzi huma iktar komuni min-naħat oħra u joħolqu inkonvenjent kontinwu għall-komunitajiet minn fejn jgħaddu dawn il-karozzi. Ħafna huma xettiċi dwar l-istħarriġ li jgħid li Malta għandna l-aħjar sistema ta' trasport pubbliku. Telespettaturi qalu li kemm- il darba kienu f 'pajjiżi oħra Ewropej u raw li s-servizz tat-trasport pubbliku tagħhom kien ferm aħjar minn tagħna "għax ma jħallukx siegħa tistenna", jew "jaqbdu u ma jiġux." Kumment ieħor kien fuq in- nuqqas ta' użu li nagħmlu mill- baħar biex kemm jista' jkun innaqqsu t-trasport fuq l-art. Uħud saħqu li n-negozji u l-ħwienet għandhom jibdew jiftħu kollha fl-10am biex b'hekk tilħaq tgħaddi l-konġestjoni tal-iskejjel u l-uffiċini mit-toroq u b'hekk għal ħabta tad-9am joħorġu dawk li jaħdmu fil-ħwienet biex dawn ma jiltaqgħux ma' dawk li jibdew skejjel u xogħol kmieni. Ħafna qalu li kellu jkun hemm rappreżentanza minn Ħal Qormi fil-programm b'referenza għal għadd ta' sindki minn lokalitajiet assoċjati mat-traffiku. Oħrajn għamlu referenza lejn lokalitajiet fin-Nofsinhar ta' Malta bħal Raħal Ġdid b'mod speċjali n-niżla taċ-ċimiterju. Ieħor ikkummenta li minħabba li dawn il-lokalitajiet qegħdin fin-Nofsinhar ta' Malta ma jingħatawx attenzjoni ħlief meta jkun wasal iż-żmien għal vot. Segwaċi żagħżugħ qal li carpooling hija s-soluzzjoni. Qal li hemm bżonn indaħħlu kultura ta' carpooling illejla qabel għada nkella mhux se nsibu soluzzjoni. Kummenti u lmenti dwar it- trasport pubbliku eżistenti Persuna kiteb li tifel tħalla jimxi minn Marsa sa Bormla hekk kif ix-xufier waqqaf ix-xarabank fil-Park & Ride tal-Marsa u qallu li "m'għandux aptit jitla' sa Bormla." Ilmenti dwar ix-xarabank numru 109 li titlaq mir-Rabat u tgħaddi minn Ħaż-Żebbuġ. Persuni lmentaw li din qed taqbeż Ħaż-Żebbuġ u tibqa' għaddejja dritt u ma tgħaddix minn ħdejn il-waqfiet li suppost. B'hekk tħalli numru ta' nies jistennew fix-xemx għax-xarabank ta' warajha. Ilment ieħor kien li hemm mini-bus minn Mater Dei għall-Belt li qed ikun dejjem mimli b'hekk ħafna jkollhom jistennew għal tul ta' ħin sabiex ikunu jistgħu jaslu minn Valletta sa Mater Dei jew viċi- versa. L-ilment kien qed jgħid li dan il-vann għandu jinbidel għal xarabank biex ikun jista' jesa' iktar nies. Intant Reporter jirritorna għada fejn se jiddiskuti s-suġġett tas-saħħa, Mater Dei, l-istennija, it-trattament tal- pazjenti Libjani, is-sitwazzjoni f 'San Vinċenz de Paule u Monte Karmeli fost l-oħrajn. Bħala mistiedna se jkun hemm is-Segretarju Parlamentari Laburista għas-Saħħa Chris Fearne, Claudio Grech mill-PN u professjonisti oħra. Wieħed jista' jħalli l-kummenti u l-mistoqsijiet tiegħu fuq il-paġna ta' Facebook www.facebook.com/ reporterontvm jew fuq Twitter @reportermalta Reporter, live, għada fl- 9.55pm fuq TVM. www.gourmettoday.recipes Reporter jixxandar nhar ta' Tnejn fuq TVM fl-9.55pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014