Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 | illum 3 Tkompli minn paġna 1 "Aħna nservu n-nies mhux nisservew bin-nies" – Simon Busuttil F'DISKORS li għamel waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f 'Għawdex ilbieraħ, il-Kap tal-Partit Simon Busuttil beda biex semma kif il-partit Nazzjonalista wettaq diversi proġetti f 'Għawdex bħall- Port u l-marina fiż-Żewwieqa sat-toroq madwar Għawdex kollu, l-Isptar Ġenerali, il-fergħat tal-Università, l-MCAST u l-ITS f 'Għawdex, tant skejjel, ir-restawr tal-wirt kbir f 'Għawdex u l-Kunsilli Lokali li seddqu l-ambjent tal-gżira Għawdxija. Busuttil qal li preżentement il-partit irid jindirizza erba' sfidi sabiex jimxi 'l quddiem. Fost dawn hu semma l-ħtieġa li l-partit jaġġorna l-politika tiegħu u l-bżonn li l-partit ikun ta' servizz għan-nies, mhux għan-Nazzjonalisti biss iżda għal kulħadd. "Għalhekk aħna Partit tal-Poplu. Għalhekk aħna Partit tan-Nazzjon. Għalhekk aħna Partit tan-Nies. Għalina l-politika hija li nservu lin-nies mhux li nisservew bin-nies. Għalija l-politika hija servizz għall-pajjiż, mhux servizz għall-partit" qal il-Kap Nazzjonalista. Busuttil kompla billi tkellem dwar it-tieni sfida għall- partit, dik li jorganizza u jirriġenera l-istrutturi tiegħu. "Diġà aġġornajna l-istatut u waqqafna strutturi ġodda, bħal m'huma fergħat ġodda tal-partit, bħall-Forum għall- Opportunitajiet Indaqs jew il-Forum għall-Professjonalisti jew Kummissjonijiet ġodda bħalma hija l-Kummissjoni għall-Għażla tal-Kandidati." Hawnhekk huwa ħabbar li l-partit approva 31 kandidat ġdid għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru s-sena d-dieħla. "Iva, dawn l-elezzjonijiet għandhom isiru u mhux jitħassru għax hemm xi ħadd li jidhirlu li lest jilgħab bid-demokrazija u jħassar l-elezzjonijiet." "It-tielet sfida li għandna hija dik li nirristruttaw il-mezzi tal- partit" kompla jgħid Busuttil li spjega kif ir-riforma tal- mezzi tax-xandir issa dieħla fit-tieni fażi tagħha. "L-ewwel fażi kienet li nindirizzaw is-sitwazzjoni finanzjarja. It-tieni fażi hija li nindirizzaw il-kontenut li rridu nibdluh għal kontenut ta' kwalità għolja, professjonali, li jiġbed lin-nies għax jappella lin-nies u għax jirrispetta l-intelliġenza tan-nies." Il-kap Nazzjonalista kompla jitkellem fuq ir-raba' sfida li hija l-isfida finanzjarja. Busuttil enfasizza fuq il- ħtieġa li jibni partit fuq sisien finanzjarji sodi. "Huwa biss jekk il-partit jegħleb dawn l-isfidi li mbagħad jista' jaffaċċja mill-ġdid l-elettorat u jkun alternattiva vijabbli għall- gvern preżenti." Meta tkellem dwar il-kritika tal-partit bħala Oppożizzjoni, Busuttil qal li l-kritika fil- konfront tal-Gvern se tkompli fejn hemm bżonn. "B'dispjaċir ngħid li nħoss li bħalissa, id-djalogu bejn Gvern u Oppożizzjoni mhux wieħed tajjeb u dan għaliex għandna diverġenzi ta' prinċipju u mhux biss ta' stil jew ta' operat." Busuttil tkellem ukoll dwar l-ekonomija u qal li dal- Gvern żgur ma jistax jgħid li wiret ekonomija f 'qagħda ħażina. "Anzi, wiret ekonomija b'rankatura b'saħħitha li ma kienet ħasset kważi xejn ir- riċessjoni dinjija kbira li bdiet fl-2008. Issa imma ħierġa xejra ekonomika inkwetanti fejn il-Gvern Laburista reġa' qed jibbaża l-ekonomija fuq l-impjiegi mal-gvern. Il-Gvern Laburista reġa' qed joħloq dipendenzi fuq l-istat." "L-edukazzjoni wkoll hi kruċjali għall-ħolqien ta' xogħol tajjeb li jħallas pagi tajbin għax dak ix-xogħol irid ikun f 'oqsma speċjalizzati fejn hemm bżonn ħafna ħiliet" saħaq il-Kap Nazzjonalista. Hu semma li l-Partit Nazzjonalista hu l-partit tal-edukazzjoni bil-fatti waqt li elenka lista twila ta' kisbiet għall-Maltin u l-Għawdxin kollha fl- edukazzjoni. Dwar is-saħħa Busuttil qal li l-Gvern issa ilu sena u nofs u kellu ċans biżżejjed biex jekk kellu xi roadmap jibda jwettaqha. "Dal-pajjiż għandu sptar ta' livell imfaħħar minn kulħadd grazzi għal gvernijiet Nazzjonalisti imma dal-Gvern dejjem jara kif se jmaqdar dak li anke Alfred Sant faħħar flok jara kif se jsolvi l-iffullar, l-istennija u l-mediċini neqsin speċjalment għax-xitwa meta d-domanda fuq is-servizzi tas- saħħa tiżdied." Busuttil għamel ukoll referenza speċifika dwar Għawdex u qal li l-Ministeru għal Għawdex spiċċa litteralment bla saħħa għax il-Gvern neħħielu s-saħħa u l-edukazzjoni. "Kull deċiżjoni f 'dawn l-oqsma qed tittieħed Malta. Għawdex mhux stmat minn dal-Gvern. Sewwa qed jgħid min jgħid li l-Ministeru ta' Għawdex huwa Ministeru bla saħħa." Busuttil temm id-diskors tiegħu bi stedina. "L-istedina hija li kull min, bħali, irid iservi l-pajjiż, għax iħobb lill-poplu Malti u Għawdxi, għandu post fil-Partit Nazzjonalista." "L-istedina hija li kull min, bħali, irid iservi l-pajjiż, għax iħobb lill-poplu Malti u Għawdxi, għandu post fil-Partit Nazzjonalista" Il-Ministeru tal-Intern ċaħad kollox ISSORSI komplew jgħidulna li l-iskwadra tal-RIU kif inhi bħalissa fiha madwar 150 membru u li dawn huma kollha armati u mħarrġin fosthom anke fis-sigurtà ta' persuni importanti li jżuru pajjiżna. Għaldaqstant hemm min huwa tal-fehma li skwadra kbira bħal din tista' ssib problemi kif taħdem f 'ċerti sitwazzjonijiet minkejja t-taħriġ li jingħataw. Meta nħolqot l-iskwadra tal- RIU, l-għan ewlieni tagħha kien li meta dawn jiġu msejħin fuq xi każ jaslu fuq il-post fl-inqas ħin possibbli. B'hekk jekk l-SAG terġa' tingħaqad, in-numru jkun iżgħar u l-iskwadra tkun aktar konċentrata. F'pajjiżi ħafna ikbar minn Malta li għandhom skwadri speċjalizzati dawn huma ta' bejn 80 u 90 persuna. Iżda, fl-istess ħin sorsi oħrajn qrib il-Ministeru tal-Intern ċaħdu li l-RIU se tiżżarma. Dawn is-sorsi qalulna li bħalissa qed ikun studjat xift ġdid wara li ħafna mill-membri tal-RIU ilmentaw mill-ħinijiet b'mod speċjali dak li jibda fl-4am fejn il-Pulizija qed ikollhom iqumu fit-3am biex jippreparaw biex jirrapportaw għax-xogħol. Nifhmu li x-xift il-ġdid se jkun fuq bażi ta' Day-Night- Rest-Off u jaħdmu 13-il siegħa kull xift. Minn dawn it-13-il siegħa, sitt sigħat minnhom ikun taħriġ. B'hekk meta kważi nofs l-iskwadra tkun qed titħarreġ, in-nofs l-ieħor ikun fuq ronda. Għalkemm kien hemm uħud li lmentaw mix- xift kif inhu issa, oħrajn diġà nstemgħu jgħidu li jekk jinbidel ix-xift se jimlew dik li tissejjaħ subject form biex jagħmlu talba biex ikunu trasferiti. Meta staqsejna lis- sorsi tagħna jekk b'dawn l-arranġamenti hemmx biżżejjed Pulizija, qalulna li minħabba impenji oħrajn fosthom għassa li jagħmlu ma' ambaxxati u oħrajn li għandhom xogħol fuq ġewwa, l-iskwadra tal-RIU jkollha l-ħtieġa li tikber. Sadanittant is-sorsi li tkellmu magħna qalulna li bħalissa l-RIU għandha ħtieġa mhux biss ta' aktar riżorsi umani, imma anke vetturi. Dan peress li bħalissa numru ta' vetturi Ford ta' din l-iskwadra jinsabu weqfin kemm minħabba ħsarat jew għax għandhom diversi daqqiet. "Ħafna se jkunu dawk li se jimlew il-formola biex ikunu trasferiti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014