Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 | illum 15 ninsewx l-importanza ta' dik il-binja. Mhux biss għax għandha l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, iżda wkoll għax huwa l-ewwel bini kontemporanju fil-Belt Valletta. Importanti għaliex qed tibgħat messaġġ li l-Belt tagħna mhux belt mużew, iżda Belt ħajja. Belt li tirrispetta l-passat tagħha, Belt kburija bl-istorja tagħha. Imma wkoll Belt moderna u Ewropea. Importanti wkoll il-messaġġ li Renzo Piano ried jibgħat permezz ta' din l-opra. L-idea li l-belt fortifikata m'għadhiex iżżomm in-nies barra mill-ħitan imponenti tagħha iżda l-ġebel tas-swar li qed jinfetħu sabiex jistiednu ġewwa t-turisti u l-viżitaturi kollha li jiġu jżuru l-Belt Valletta. Mhux ta' b'xejn li dan il-proġett diġà qed jissemma fil-kotba tal-arkitettura bħala wieħed mill-isbaħ bini fl-Ewropa. U x'taħseb fuq iż-Żieme? Naħseb hija opra interessanti u ta' suċċess. Personalment togħġobni ħafna. Fil-fatt diġà pproponejt li nsibilha post permanenti fil-Belt. Għalkemm hija estetikament sabiħa, iġġiegħlek taħseb. Kieku kien żiemel b'erba' saqajn, nassigurak li wara ġurnata kien jintesa. Però din qajmet diskussjoni u naħseb dan kien il-ħieb tal-artist tant bravu li ħadimha. Biss jiddispjacini li qajmet kontroversji għar-raġunijiet ħżiena. Huwa żiemel glorjuż, però x'hemm ħażin li għandu diżabbiltà? Dejjem jekk hi diżabbiltà. Għax għalija hija diversità. U diversità ma jfissirx li dak iż-żiemel għandu xi ħaġa anqas minn żwiemel oħra. Għalhekk naħseb hemm bżonn nagħmlu naqra eżami tal-kuxjenza. Kemm aħna kapaċi naċċettaw, napprezzaw u niċċelebraw id-diversità ta' madwarna? Dan l-aħħar il-Belt Valletta ħadet ir-ruħ bil-lejl. Tidħol u ssib diversi ristoranti miftuħin u żgħażagħ u adulti jgħidu kelmtejn u jagħtu l-ħajja lill-Belt… kif wara kollox għandha tkun belt kapitali filgħaxija… x'inhuma l-pjanijiet futuri għal Belt Valletta rigward dan il-qasam? Iva, il-Belt ħadet ir-ruħ grazzi għal inizzjattiva li beda l-Kunsill madwar sentejn ilu. Permezz tagħha, ħafna ħwienet għamlu l-kuraġġ u bdew joħolqu attivitajiet fuq barra. Però hemm bżonn li nkomplu nirfinaw u nirranġaw il-prodott tagħna. Irridu nirregolaw aktar dawn l-attivitajiet u niżguraw li jilħqu livell għoli għax nemmen li fil-Belt wieħed għandu jsib attivitajiet ta' kwalità. Hemm bżonn ukoll li nsibu l-bilanċ bejn ir-residenti u s-sidien tal-ħwienet għax ħafna drabi l-bżonnijiet tagħhom ikunu konfliġġenti. Però nemmen li jekk kulħadd jaħdem b'mod ġenwin għall- ġid tal-Belt, jirnexxilna nilħqu dak il-bilanċ. Kien hemm għidut li Strada Stretta se ssir bħal Paceville ġdid… Aħna ma naqblux li Strada Stretta ssir bħal Paceville. Nemmen li t-tip ta' udjenza li tiġbed lejha l-Belt hija differenti u m'għandniex nikkompetu ma' Paceville. Kif diġà għidt, għalina importanti l-kwalità aktar minn ħaġa oħra. Kif inhu sejjer l-andament tal- boutique hotels fil-kapitali? X'suq hawn f 'pajjiżna għal dawn it-tip ta' lukandi? L-andament sejjer tajjeb ħafna u kważi kull xahar qed tfaqqas waħda ġdida. Kien hemm ħafna bżonn ta' dawn il- hotels għax bosta nies xtaqu joqogħdu l-Belt ġo lukanda ta' kwalità biss ma setgħux jagħmlu dan għax il-Belt ma tantx hawn lukandi. Għalhekk kien hemm vojt li dawn il-lukandi qegħdin jimlew. Jidher ukoll li t-turisti qed ifittxu dawn it-tip ta' lukandi, għalhekk naħseb li fis-snin li ġejjin, il-bżonn ta' dawn il-lukandi se jkompli jiżdied. Ħafna jikkummentaw fuq il-ġbir taż- żibel li jsir filgħodu fit-toroq tal-Belt… dan jikkawża riħa tinten f 'ħinijiet fejn it-turisti jkunu qed iżuru l-kapitali tagħna… Dan il-ġbir ma jistax isir qabel ma jsir il-ħasil tal-Belt? Jiġifieri tard bil-lejl jew filgħodu kmieni? Il-ġbir taż-żibel ma jsirx filgħodu iżda filgħaxija. Il-problema hija t-trakkijiet taż-żibel privati li jidħlu jiġbru l-iskart kull ħin. Dan qed iwassal sabiex nies li qed jieklu barra jsibu xi trakk taż-żibel għaddej minn ħdejhom. Dan mhux aċċettabli! Għalhekk għamilna by-law biex inkunu nistgħu nikkontrollaw dawn it-trakkijiet darba għal dejjem, però ħaġa tal-għaġeb, il-Gvern irrifjuta din il-by-law. Ma nistax nifhem ir- raġunament tal-gvern għaliex jidher li jippreferi li n-nies jieklu bit-trakkijiet taż-żibel milli nġiegħluhom jidħlu tard bil-lejl. Jien ktibt lil ministru però s'issa għadni ma ngħatajtx tweġiba. Però aħna flimkien mal-V18 u mad- direttorat tal-indafa pubblika qegħdin naħdmu sabiex insibu alternattiva kemm jista' jkun malajr għax hija sitwazzjoni tal-biki li Beltna ma jistħoqqilhiex! Il-monti … u Triq l-Ordinanza? Fuq il-monti, il-Kunsill Lokali ma ġiex ikkonsultat u s'issa għadna ma nafu xejn. Hija sitwazzjoni inkwetanti ħafna speċjalment għar-residenti tal- akkwata għaliex madwar 70 vann iridu jipparkjaw fiż-żona ta' Hastings. Dan se jfisser li dawn ir-residenti mhux se jkollhom fejn jipparkjaw. Jien ukoll ilmentajt mal-Ministru responsabbli rigward din is-sitwazzjoni. Issa li erġajna dħalna fir-rutina tax- xitwa ż-żmien malajr igerbeb… x'inhi l-proċedura dwar it-tiżjin tal-Milied? X'se jsir biex il-Belt tattira iktar nies minn Tas-Sliema f 'dawn iż-żminijiet ta' xiri bla rażan? It-tiżjin tat-toroq jaqa' f 'idejn il- Komunità Kummerċjali però aħna bħala Kunsill naħdmu magħhom sabiex niżguraw li l-Milied ikun suċċess ġewwa l-Belt Valletta. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar snin, konna aħna li laqqajna l-għaqdiet differenti fil-Belt il-għaliex nemmnu li s-saħħa tinstab fl-għaqda u jekk naħdmu flimkien biss nistgħu ngħelbu l-isfidi tagħna. L-attivitajiet li norganizzaw flimkien ikunu koordinati u b'hekk niżguraw li mhux waħda tfixkel lil oħra filwaqt li jagħtu pjaċir lin-nies li jkunu ġew il-Belt. Ix-xogħol tagħna wassal sabiex għall-ewwel darba f 'ħafna snin, il- Milied li għadda, il-Belt kienet l-għażla ewlenija ta' min ħareġ jixtri. U aħna kommessi li nkomplu niżguraw is- suċċess tal-Belt Valletta fis-snin li ġejjin. Il-Kunsill, kif qed jgħin lill-komunità tal-ħwienet? Il-Kunsill jaħdem fil-qrib magħhom għaliex apparti l-fatt li l-ħwienet jikkontribwixxu sabiex ikollna belt ħajja, huma wkoll iħaddmu bosta nies fil-Belt. Fil-fatt nikkalkulaw li nofs in-nies li jaħdmu mal-komunità kummerċjali huma Beltin. Aħna nikkoordinaw ħafna attivitajiet flimkien bħal Valletta Shopping Festival għaliex l-għan tagħna huwa wieħed komuni, dak li l-Belt tagħna tkompli tieħu l-ħajja. Proġetti biex itaffu l-problema tal- parkeġġ fil-Belt? Aħna għandna bosta soluzzjonijiet sabiex il-problema tal-parkeġġ tittaffa. Dawn preżentajnihom lill-Ministru tat-Trasport madwar sena u nofs ilu però s'issa ma sar xejn. Dawn huma ftit mill-proposti tagħna. Is-sistema tas-CVA għandha tiġi • riveduta. Iż-żona tas-CVA għandha tikber • biex tinkludi l-Belt kollha. Il-parkeġġi riservati tal-Ministri u • dipartimenti tal-gvern għandhom jitneħħew. Irid ikun hemm integrazzjoni tas- • servizzi kollha (bus, ferry, lift, eċċ). Irid ikun hemm kampanja • edukattiva. Proġetti biex itaffu l-problema tat- traffiku? Biex intaffu l-problema tat-traffiku, irridu: Inħeġġu aktar nies jużaw ir-rota, • u anka nintroduċu skemi ta' bike sharing Indaħħlu l-kuncett ta' Employee • Travel Plans għall-ħaddiema Nintroduċu On-Demand transport • system fil-Belt Nintroduċu sistemi ta' e-Logistics u • b'hekk innaqqsu t-trakkijiet li jidhlu il-Belt Irid ikun hemm kampanja • edukattiva Xi proġetti hemm għan-naħa t'isfel tal-Belt? Aħna għandna proġett li jsir aġġornament tad-dawra kollha tal-Belt (il-parti li tmiss mal-baħar). Nafu li ħafna residenti fis-sajf iħobbu jmorru ħdejn il-baħar (Minn Marsamxett sal-Pixkerija) u għalhekk nemmnu li biex titjieb il-livell tal-ħajja ta' dawn ir-residenti hemm bżonn li d-dawra kollha tal-Belt titranġa. Jekk isir ikun hemm promenade mill-isbaħ b'faċilitajiet moderni. Dan il-proġett preżentajtu lill-kumitat li qed jieħu ħsieb il-Master Plan tal-Belt. Nittama li jintlaqa' għall-ġid tal-Beltin u ta' dawk kollha li jużaw dawk l-akkwati. Xi problemi soċjali tiltaqgħu magħhom? Żdiedu jew naqqsu? U kif taffrontawhom? Fil-pożizzjoni tiegħi niltaqa' ma' ħafna problemi soċjali, biss ikolli ngħid li permezz tax-xogħol tagħna flimkien mal-iskejjel tal-Belt u ma' ħafna entitajiet oħa (bħall-Aċċess, il-parroċċi, eċċ), inħoss li qed nagħmlu differenza. Norganizzaw bosta attivitajiet bħal Skola Sajf, after school clubs, ħarġiet u anke mawriet barra minn Malta ffinanzjati mill-proġetti tal-Unjoni Ewropea. Ovvjament dawn mhumiex problemi li se jissolvew mil-lum għall- għada biss nemmen li mexjin fit-triq it-tajba. qed jaqgħu f 'widnejn torox" "Naħseb li meta gvern jibda jilgħab mad-demokrazija, għandna għaliex nibdew ninkwetaw" "Nemmen li għadna lura u fadal ħafna xogħol xi jsir għal V18"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014