Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872
14 illum | Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 Minn fejn ġietek il-ħajra li tikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali? Ilni involut fil-politika għal dawn l-aħħar 24 sena. Bdejt bħala voluntier fil-Partit Nazzjonalista u bil-mod tlajt l-iskaluni kollha. Kont membru fil-Kumitat Sezzjonali mbagħad ilħaqt ukoll President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Belt. Kienet xi ħaġa naturali għalija li nkompli din it-triq. Però fuq kollox, dejjem xtaqt li naħdem għall-ġid ta' art twelidi, il-Belt Valletta. U kien għalhekk li kkontestajt l-elezzjoni fl-2005 fejn ġejt elett bħala kunsillier. Fl-elezzjoni ta' wara tlajt bħala viċi sindku u ftit xhur wara fl-2008 ilħaqt sindku. X'inhi l-opinjoni tiegħek li l-Gvern jaf jippostponi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali? Naħseb li meta gvern jibda jilgħab mad-demokrazija, għandna għaliex nibdew ninkwetaw. L-ewwel nett ma ninsewx li għad ma jeżistix abbozz ta' liġi li jispjega eżatt x'għandu f 'moħħu l-gvern allura diffiċli tagħti opinjoni. It-tieni huwa dritt tal-poplu li jagħżel min imexxi l-lokalità tiegħu. Fuq kollox, il-proċess ta' konsultazzjoni li qed isir bħalissa qed isir tard wisq għaliex kemm il-kunsillieri preżenti kif ukoll il-kandidati ġodda diġà bdew bil-ħidma tagħhom għall-elezzjonijiet ta' Marzu li ġej. Ma ninsewx ukoll il-kwistjoni tal-vot 16. Ma jagħmilx sens li tagħti d-dritt fuq il-karta, iżda fil-prattika tneħħihulhom. Għalhekk ma naqbilx li l-elezzjonijiet ta' Marzu li ġej għandhom jiġu posposti. Hawn għidut li fiċ-CHOGM, jaf iżuru Malta r-reġina u tliet eredi tat- tron tagħha, Prinċep William, Harry u George… Xi tkun ir-responsabbiltà tal-Belt Valletta f 'okkażjoni bħal din? Bħal fiż-żjarat ta' dinjitarji oħra, il-Belt trid tilqa' l-familja rjali bl-aħjar mod possibbli. Diġà kellna esperjenza pożittiva ħafna biż-żjara tal-Prinċep William. Apparti minn hekk, inħoss li hemm relazzjoni aktar b'saħħitha bejna u bejn ir-Renju Unit propju minħabba l-passat kolonjali tagħna. Għalkemm aħna Mediterranji, nemmen li l-influwenza Ingliża sawritna u għamlitna dak li aħna llum. Għalhekk inħoss li l-Belt trid tagħmel l-almu tagħha biex tagħti l-aqwa merħba lill-familja rjali. Apparti minn hekk, ma ninsewx ukoll l-opportunità ta' reklamar għal pajjiżna matul din iż- żjara. Ma ninsewx li aħna niddependu minn fuq it-turiżmu (speċjalment is-suq Ingliż) u għalhekk il-fatt li l-istazzjonijiet u kmamar tal-aħbarijiet Ingliżi se jsemmu l-isem ta' Malta b'mod prominenti għandu jkun ta' ġid għal pajjiżna. X'qed isir bi thejjija biex il-Belt Valletta tkun il-belt kapitali Ewropea fl-2018? Kuntent bil-preparazzjonijiet? Qed isir ħafna xogħol sabiex il-Belt Kapitali tal-Kultura 2018 tkun suċċess speċjalment fil-kamp kulturali. Fil- fatt faċli tinnota li għal dawn l-aħħar snin, l-attivitajiet b'timbru tal-V18 qed jiżdiedu. Però għadni m'iniex kuntent bil-preparazzjonijiet. Għalkemm qed isiru sforzi sabiex il-komunità Beltija tinvolvi ruħha u tagħmel l-2018 il-festa tagħha, nemmen li għadna lura u fadal ħafna xogħol xi jsir. Però naf li hemm bosta inizjattivi għaddejjin u nemmen li għadna fil-ħin sabiex ninvolvu lir-residenti Beltin fis-snin li ġejjin. Però jkolli nistqarr li hemm fattur li qiegħed jinkwetani ħafna. F'din l-aħħar sena, ix-xogħlijiet ta' pavimentar u arranġamenti tal-Belt jidher li naqsu r-ritmu u saħansitra waqfu f 'ċertu bnadi. Għalkemm ilna niġu mwiegħda mill-gvern ċentrali li l-bankini, speċjalment fiż-żoni residenzjali, se jitranġaw, s'issa għadu ma sar xejn. Hemm fatturi oħra bħad-dawl tal- Belt li hemm bżonn li jinbidel kollu, u ħafna affarijiet ohra. Il-biża' tiegħi hija li ninsabu tard wisq u anke jekk jibdew dawn il-proġetti, se jkun diffiċli li jitlestew fil-ħin. Sfortunatament, jidher ċar li l-bżonnijiet tal-Belt qegħdin jaqgħu f 'widnejn torox. X'inhi l-opinjoni tiegħek u x'inhuma l-kummenti li tisma' dwar id-daħla l-ġdida tal-Belt Valletta u dwar il- Parlament il-ġdid? Ninsab kuntent ħafna bid-daħla l-ġdida tal-Belt. Qed nisma' kummenti pożittivi ferm fuqha. U jidher li l-kontroversji politiċi ndifnu wkoll. Ma "Il-bżonnijiet tal-Belt qed Is-Sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli jitkellem dwar il- V18, Strada Stretta, il-problema tal- parkeġġ l-kapitali u l-problemi soċjali li jiltaqa' magħhom ta' kuljum Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt Alexiei Dingli Età: 34 sena Status: Miżżewweġ Tfal? Għandu żewġ subien u tifla Gradwat? Professur fix-xjenza tal-informatika fejn jispeċjalizza fl- Intelliġenza Artifiċjali Platt favorit? Pizza Tim tal-futbol favorit? Għandek xi dubju? Valletta FC

