Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 | illum 13 993,712 u indikazzjonijiet mhux uffiċjali għall-2014 juru li anke din is-sena se jkun hemm żieda oħra. Fis-sena 2013, 10,175 turisti raqdu lejl wieħed filwaqt li 137,425 turisti qagħdu iktar minn lejl wieħed f 'Għawdex. 2,482 turisti żaru lil Għawdex bil- cruise liners. F'dan iż-żmien tas-sena x-xogħol relatat mat-turiżmu, speċjalment fejn jidħlu bbukkjar tal- lukandi, fil-gżira t'Għawdex qed jindika riżultati ferm tajbin. Filwaqt li n-numru ta' turisti li jżuru Għawdex fis-sajf huwa nkoraġġanti, il-Gvern qed jaħdem biex jespandi l-istaġun turistiku, speċjalment bejn Novembru u April. Dan jista' jsir billi jiġu żviluppati niċeċ partikolari, bħal dawk ta' laqgħat, konferenzi, u attivitajiet oħra. Dan huwa settur li għandu potenzjal qawwi. Dan is-suċċess huwa biss il-bidu. Il-Ministeru għal Għawdex għandu strateġija biex ikabbar it-turiżmu billi jinkoraġixxi niċeċ partikolari. Apparti s-suq ġdid tal-cruiseliners li sejjer ikun possibli bil-bini tal- cruise liner terminal; u dak tal-yacht marinas, sejjer jiġi żviluppat it-turiżmu mediku u t-turiżmu edukattiv. Nemmnu bis-sħiħ illi l-gżira t'Għawdex għandha rwol ewlieni fis-settur turistiku ta' pajjiżna, li huwa wkoll sors importanti ħafna għat-tkabbir ekonomiku t'Għawdex innifsu. Huwa settur li, mħaddem tajjeb, iħalli effett multiplikatorju kbir. Din il-gżira fl-uniċità tagħha, toffri prodott turistiku distint li jippermetti li l-gżira tiġi promossa bħala destinazzjoni turistika fiha nnifisha. Karatteristiċi uniċi tal-gżira Għawdxija bħall-identità kulturali, l-ambjent u l-pajsaġġ rurali huma fatturi li jagħmlu din il-gżira differenti. Il- Ministeru għal Għawdex qed jaħdem bis-sħiħ biex lil din il-gżira joffrilha inizjattivi innovattivi li jiffukaw fuq l-elementi uniċi tagħha. Il- ħidma tal-Gvern hija ffukata biex tingħata promozzjoni effettiva li għandha twassal sabiex iktar turisti jiġu mħajra biex jaqsmu lejn Għawdex waqt iż-żjara tagħhom fil- gżejjer Maltin; li dawn l-istess turisti jqattgħu iktar iljieli f 'Għawdex; u sabiex jiġu attirati turisti speċifikament fil-ġżira Għawdxija. Fil-Ministeru għal Għawdex qed issir ħidma kontinwa biex nixprunaw lil Għawdex u nagħmluh dejjem iktar attraenti kemm għalina l-Għawdxin stess kif ukoll għal dawn il-Maltin u barranin li jogħġobhom iżuru lil Għawdex matul is-sena kollha. Il-kerha f 'Costa Rica Kulħadd qed jistaqsini xi ġralha dik il-ħaġa kerha. Mela minn indaġni li għamilt sirt naf li dik il-ħaġa altament kerha marret vaganza twila. Ħabib kbir tiegħi, qalli li raha Costa Rica! Smajt li kif kienet hemm ipprattikat l-Ispanjol u meta kienet ġewwa ristorant iddeċidiet biex tordna bl-Ispanjol u qalet hekk: "Sirve el almuerzo en un plato de porcelana Doulton?" Li għal dawk l-istupidi li ma jafux l-Ispanjol tfisser - Intom isservu l-ikel fuq platt Doulton? M'hemmx għalfejn ngħid li l-wejter staqsieha x'inhu 'Doulton'… Karmenu u s-Super Hero Iva hija, għoġbitni tas-super heros waqt is-smiegħ tal-kummissarji. Għax bejnietna vera impressjonani Karmenu Vella b'kemm ħawwad u gerfex meta ġie mistoqsi dwar l-ambjent. Imma ħa ngħidilkom, mhux importanti jekk Karmenu Vella fehem jew ma fehemx is-suġġett, għax hekk irid Juncker, dak is-sakranazz! U se nibda nagħti raġun lil Karmenu Mifsud Bonnici, dak dejjem kien jgħid li l-Ewropa gravy train u naħseb li għandu raġun. Għax kieku Karmenu Vella hawn kien jibqa'!! Ta' Pierinu Ma nafx imma jkolli vera ngħid prosit lil Pierinu Purtelli li kkoppja s-sit tal-MaltaToday u għamilha tal-Independent. Ostra anki l-fonts l-istess! Verament prosit, ara min għamilha kien jew kienet vera brava. Għax meta tikkoppja fid-dinja dejjem trid tkun bravu, u tkun iktar bravu li meta tikkoppja titħallas għal dak li kkuppjajt. Brava tassew. Fid-dinja, tikber u titgħallem u bħalma kienet tgħidli n-nanna Gerit, hawn min jaħdem u ma jiħux il-prosit, hawn min jerda' u jieħu l-grazzi! Jew biex naqta' fil-qasir, easy money! Marlene tal-bram Ili ma naraha lil Marlene li apparti li taqla' x'tiekol billi taqla' s-snien tibni u tirranġa d-djar. Ikolli ngħid li għadha infuskata b'Muscat għax fuq il-gazzetta l-Independent qabdet u rremmettiet għax tal-Independent ma ngħatawx programm. Ovvjament ma qalitx li Pierinu ta' mnieħru kbir ingħata programm għax jekk ma tafux dan għandu kumpanija tiegħu jisimha l-Watermelon. Kemm hu sabiħ dan l-isem hux. Jien kieku Pierinu nsemmih 'like a melon.' Insomma, apparti kollox, din Marlene Farrugia li kieku toħroġ għall-elezzjoni issa, tagħmel kapulavur bħalma għamel Spiridione Sant u taqa' waħda għan-nejk. Għax illum il-Lejburisti jikkunsidrawha traditur. Insomma li rrid ngħid hu li jekk l-Independent jingħataw programm fuq TVM ikollna r-ritorn ta' Lou lovely Bondi, li diġà qed jaqla' l-belli liri mingħand Muscat biex jorganizza l-festi nazzjonali, għax għandkom tkunu tafu li l-editur tal-aħbarijiet tal-Independent mhi ħadd għajr il-mara ta' Bondi… x'jisimha.. ehh iva… Rachel. Ahh. Silvio u Michelle Smajt li kien hemm daqsxejn ta' inċident diplomatiku meta d-delegazzjoni Maltija waslet New York. Kif wasal Silvio fl-ajruport daħħal idejh fil-basket u ħareġ ċuwingamm u beda jomgħod. Dar fuqu l-Prim Ministru u qallu: "Xil-madoffi int tagħmel?" Irrisponda "Feeling at home. Għax Prim irrid inħossni bħall-Amerikani." Hekk kif qed jomgħod gidem ilsienu u beda jgħajjat "Ajma, ajma" u waqa' mal-art mitluf minn sensih. Il-Prim dar fuq Matthew Carbone u qallu ħudu l-isptar ISSA għax dan jgħaġġibhom. Silvio mar l-isptar u hekk kif wasal kellmitu infermiera sewda twila u sexy u tixbah lil mara ta' Obama. Silvio fetaħ għajnejh u ħaseb li kien qiegħed il-White House u qiegħed taħt Michelle Obama u qallha: "Hi Michelle, I am Silvio from Raħal Ġdid. How are you?" Dik ħarset lejh u qaltlu: "Sir. I am not Michelle. My name is Chloe Lexington." U dak b'Ingliż ta' wara l-muntaniji qalilha: "Come on Michelle, stop joking it is me Silvio from Raħal Ġdid." L-infermiera daret fuq Matthew Carbone, "I'll give him an injection, he is definitely hallucinating." Pulizija tad-daħk Mela hekk kif il-Kummissarju Ray Zammit kien qed jindirizza l-istampa Maltija dwar Sebastiano Brunno tal-mafja, il-pulizija Taljana kienu qed jagħmlu l-istess. B'differenza, li meta l-istampa Maltija kienet tistaqsi dwar il-każ Ray Zammit jgħid li mhux prudenti u l-Pulizija Taljana tikxef kollox. Ehh, importanti li Ray Zammit ma jeħodnix lura għaż-żmien ta' John Rizzo meta kollox kien mistur. Jekk ma kellu xejn tajjeb il-kummissarju ta' qabel, Pietru Pawl kien jifhem l-istampa. Dan ma jifhimx akka meta jiġi għall-kwistjonijiet tal-mezzi tax-xandir! Marret Costa Rica Karmenu Vella Il-photocopier ta' Pierinu Sebastiano Brunno Marlene u Rachel Silvio u Michelle Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Poodle, isem ispirat meta dik il-kerha seba' pesti kienet tgħajjar lil Joseph Muscat, il-kelb poodle ta' Alfred Sant, dak il-bravu l-ieħor li m'għandux il-bajd proverbjali li ma jilbisx parrokka. Il-poodle għandu kitba u preżentazzjoni minn persuni li jekk tkunu tafu min huma ġġibu għajnejkom wara widnejkom. Min jieħu għalih, minn issa niskużaw ruħna u nitolbuh ħniena u kumpassjoni. @poodlemalta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014