Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872
12 illum | Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 Sajf stupend għal Għawdex FORSI l-iktar mistoqsija tqila li tista' ssir lill- istudenti tal-ekonomija hija: tista' gżira ċkejkna, maqtugħa għaliha, bogħod miċ-ċentri finanzjarji, industrijali u kulturali, tiġġenera attività ekonomika sinifikanti, b'mod li ssir sostenibbli? Imma din hi proprju l-isfida li l-partit Laburista għamel lilu nnifsu meta poġġa bħala waħda mill-forċini elettorali tiegħu l-impenn li jġib xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin. Malli l-partit Laburista kiseb il-fiduċja tal-elettorat, dan l-impenn sar il- programm tal-Gvern. Mod immedjat kif wieħed jista' jiġġenera x-xogħol f 'Għawdex huwa billi xogħol tas-settur pubbliku li jista' jsir minn din il-gżira jiġi ttrasferit minn Malta; u hekk sar, bil-konsegwenza li f 'dawn l-aħħar xhur bosta Għawdxin ħadu r-ruħ għax bdew jaħdmu f 'Għawdex minflok f 'Malta, bit-tbatija u spejjeż li jinvolvi t-traġitt ta' kuljum. Iżda għal raġunijiet notorji, mhux possibli li kulħadd jidħol impjegat mas-settur pubbliku. Jinħtieġ li jiġi attivat is-settur privat. Sakemm inkunu f 'pożizzjoni li nerġgħu nattiraw l-investiment barrani dirett f 'Għawdex – għax dan jieħu ż-żmien u jirrikjedi ċerta infrastruttura – ħassejna l-bżonn li noħolqu x-xogħol permezz ta' miżuri li jħallu l-frott b'mod immedjat. Kien għalhekk li sa mill-ewwel jum tal-Gvern fassalna strateġija biex nattiraw it-turiżmu lejn Għawdex, kemm estern kif ukoll intern. M'hemmx dubju li ma nkunux qegħdin niftaħru fil-vojt jekk ngħidu li din l-istrateġija kienet suċċess mill-aqwa; saħansitra lil hinn mill-aspettattivi tagħna stess. Dan jixhdu l-għadd ta' passiġġieri u vetturi li qasmu permezz tal-Gozo Channel matul il-ġimgħa ta' Santa Marija, li matulha 'l fuq minn 70,000 passiġġier qasmu minn Malta għal Għawdex – Żieda ta' 3% fuq is-sena • 2013; Żieda ta' 9% fuq is-sena • 2012; Żieda ta' 13% fuq is-sena • 2011; Ġew trasportati 'l fuq minn • 18,000 vettura; Żieda ta' 2.5% fuq is-sena • 2013; Żieda ta' 6.2% fuq is-sena • 2012; Żieda ta' 12.7% fuq is-sena • 2011; Għal kull vjaġġ, fil-ġimgħa ta' Santa Marija tal-2014 il- Gozo Channel għabbiet 292 passiġġier filwaqt li fl-2011 għabbiet 254 passiġġier. Għabbiet medja ta' 74 vettura mqabbel ma' 64 vettura fl- istess ġimgħa fl-2011. It-titjib fis-settur turistiku f 'Għawdex mhuwiex ristrett għall-ġimgħa ta' Santa Marija biss. Skont l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, sal- 31 ta' Mejju 2014 Għawdex irreġistra żieda ta' ljieli fil- lukandi ta' 7% fuq l-2013 u ta' 22% fuq is-sena 2010. Dan isarraf f 'żieda ta' kważi 4,000 lejl fuq is-sena 2013 u żieda ta' 18,500 lejl fuq is- sena 2010. Din iż-żieda turi żewġ xejriet pożittivi: L-ewwel: Għawdex qiegħed jirnexxilu jkattar it-turisti fl-istaġuni l-kwieti (low and shoulder months) kif fil-fatt huma x-xhur Jannar sa Mejju. Tant hu hekk li f 'Jannar 2014 biss, kien hemm żieda impressjonanti ta' 49% ta' ljieli ta' turisti barranin. It-tieni: Anke t-turisti Maltin żdiedu fl-istess xhur. Tant li kien hemm żieda ta' 10% ta' turisti Maltin li qagħdu fil-lukandi u l-guest houses. Din iż-żieda kienet iffaċilitata minn żewġ inizjattivi li ħadu l-Gozo Channel u l-Ministeru għal Għawdex fi Frar u f 'Mejju – il-Valentine's Special Weekend u Jum l-Omm. Fis-sena 2013, l-ammont ta' ljieli minn turisti barranin laħaq 972,000. Is-settur turistiku Għawdxi huwa kunfidenti li għall-ewwel darba fl-istorja, din is-sena 2014, Għawdex se jkollu rekord t'iktar minn miljun turist barrani. Minn ċifri uffiċjali, maħruġin mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, jirriżulta li n-numru ta' turisti u viżitaturi li jżuru Għawdex qiegħed dejjem jiżdied. Fl- 2012 l-ammont ta' viżitaturi kien 872,664; fl-2013 kien F'dawn l-aħħar xhur bosta Għawdxin ħadu r-ruħ għax bdew jaħdmu f 'Għawdex stess flok f 'Malta Is-settur turistiku Għawdxi huwa kunfidenti li għall-ewwel darba fl-istorja, din is-sena, Għawdex se jkollu rekord ta' iktar minn miljun turist barrani Għawdex: Int djamant ANTON REFALO Ministru għall-Għawdex