Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872
28 illum Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 SPORTSillum "La darba tkun pożittiv l-ħajja, qatt ma tkun iddiżappuntat" – Matthew Zammit MATTHEW Zammit – plejer ewlieni tal- waterpolo lokali li rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-Plejer tas-Sena wara li kellu staġun mill-aqwa mat-tim tiegħu San Ġiljan li iżda ddiżappunta bil- kbir matul dan l-istaġun hekk kif spiċċa biss fit-tielet post b'distakk konsiderevoli miċ- champions Neptunes Grimaldi. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Matthew Zammit innifsu fejn talbu xi kummenti fuq x'fisser dan l-unur għalih kif ukoll fuq kif qed iħares lejn il-futur tiegħu fil- waterpolo. Huwa saħaq li "Dan l-unur ifisser ħafna għalija speċjalment din is-sena wara li rbaħt żewġ unuri oħra mat-tim nazzjonali wieħed bħala Most Valued Player (MVP) u l-ieħor bħala l-aqwa skorer. Li tirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena hawn Malta huwa ħaġa sabiħa wkoll għax speċjalment jien li wara din is-sena kellna staġun ħażin ħafna bħala tim, ġeneralment tkun iebsa ħafna biex ikollok ċans tirbaħ dan l-unur. Wara ċerti sagrifiċċji li tagħmel matul is-sena kollha, dawn juruk riżultat fl-aħħar. Dan ifisser li dis-sena u s-sena d-dieħla se nerġa' nagħmel l-istess billi nitħarreġ b'qawwa sħiħa u b'serjetà ħalli nkompli fejn ħallejt. Ġaladarba tkun pożittiv fil-ħajja, qatt ma tkun iddiżappuntat. Kelli ċansijiet kbar li nilgħab barra minn Malta din is-sena għax bħalma jaf kulħadd kelli kuntatti ma' Roma li jilagħbu fl-A1, Redstars fis-Serbja, kif ukoll ma' Ortigia ġewwa l-Italja. Kont qiegħed viċin ħafna biex nagħlaq mar-Roma però ddeċidejt li bix-xogħol tiegħi fil-catering, ma tistax taqbad u titlaq barra minn Malta kif ġie ġie." Matthew Zammit -azzjoni Ritratt: Paul Zammit Cutajar Keith Galea viċin li jirbaħ it- titlu għas-seba' darba WARA li sar champion ta' Malta tal-aquathlon, l-ewwel wieħed fl-istorja tat-triathlon ta' Malta, erbat ijiem wara Keith Galea ħa sehem fit-tielet tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series li saret ġewwa Birżebbuġa. L-għan ta' Galea kien li jkompli jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika ġenerali. Iċ-champion ta' Malta telaq b'pass b'saħħtu ħafna fl-għawma ta' 750m. Mill-ewwel kienu jidhru x'inhuma l-intenzjonijiet ta' Galea hekk kif tela' l-ewwel mill-għawma b'vantaġġ tajjeb. Galea għamel l-għawma f 'ħin ta' 10.50. Galea kompla jikkonsolida l-ewwel post tiegħu fir-rota fuq l-eqreb rivali tiegħu. Fl-20km Rota, Galea kien għaddej b'saħħtu ħafna fejn irnexxielu jirreġistra ħin tajjeb ħafna ta' 33.17 biex kellu vantaġġ komdu qabel beda il-5km ġirja. It-temp ta' riħ isfel affetwa ħafna lil kull triatleta li kien qiegħed jikkompeti. Madankollu l atleta ta' Birkirkara St Joseph xorta kompla jagħti l-almu tiegħu biex rebaħ id-disa' tellieqa tiegħu tal-istaġun f 'ħin ta' 1.04.17 wara ġirja f 'ħin ta' 18.45 li kienet l-aqwa waħda fost kulħadd. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Galea qal li jinsab sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu speċjalment fir-rota u fl-għawma fejn għamel ħinijiet tajbin. It-temp ta' riħ isfel kien wieħed vera qawwi biex għamel it-tellieqa iktar diffiċli speċjalment fil-ġirja fejn ma setax jagħmel il-ħin li xtaq. Madankollu, Galea jinsab sodisfatt għall-fatt li prestazzjoni tajba ħafna bħal din f 'temp daqshekk diffiċli tawgura tajjeb għall-aħħar tlielaq importanti tal- istaġun. It-tliet darbiet champion ta' Malta tat-triathlon, Keith Galea li huwa taħt l-iskema tal-KMS Elite 20/20 scheme xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, u Starbene Shop tal-Mosta, lill- klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation u lill-Kumitat Olimpiku Malti tal-appoġġ kontinwu li jtuh. Keith Galea waqt waħda mit-tiġrijiet tiegħu Sport In Malta tħabbar ftehim ma' Mario 'il-Gross' Borg SPORT In Malta ħabbret li waslet fi ftehim fit-tul rigward sponsorship mal-boxer lokali mill- Mosta, Mario 'il-Gross' Borg. Ir-rekord ta' Borg fil-boxing sa issa huwa ta' rebħa, telfa u parità u huwa klassifikat fit-tielet post fil- Klassifikazzjoni Nazzjonali tas-Semi-Pro. Huwa mħarreġ miċ-champion tal-boxing mondjali Super Steve Martin u ppromovut minn Demis Tonna. Tajjeb ngħidu li l-boxing huwa l-iktar sport li qed jikber b'mod veloċi f 'Malta, b'organizzazzjonijiet ta' klassi mondjali bħal m'huma l-Prize Boxing Promotions, Vaughan Boxing u l-EBF Malta jorganizzaw avvenimenti sold out madwar Malta. Intant, f 'kummenti li għadda r-rappreżentant ta' Sport In Malta, Marc James, huwa saħaq li Mario huwa wieħed mill-iktar boxers żgħażagħ dedikati li qatt iltaqa' magħhom. Dan hekk kif ikun l-ewwel wieħed fil-gym filgħodu u l-aħħar wieħed li jħalli l-istess post. James afferma li Mario sar mudell u xempju għall- boxers żgħażagħ f 'pajjiżna. Mario 'il-Gross' Borg imkien ma' Marc James

