Illum previous editions

illum 5 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/392872

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ottubru 2014 | illum 33 SPORTSillum Ta' Xbiex jaqbad ritmu tajjeb JIDHER li jeżistu aspettattivi ferm sbieħ għal Ta' Xbiex S.C. – tim li ilu jimmilita fil-futbol lokali għal tliet snin biss, iżda jidher li hemm serjetà kbira fit-tmexxija tiegħu u mhux biss. Bħala ringrazzjament tal-appoġġ kontinwu mill-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex, il-Klabb ta' Ta' Xbiex S.C. għażel li jippreżenta lis-Sindku Max Zammit il- flokk uffiċjali tal-klabb bin- numru 20, li jirrapreżenta l-20 sena anniversarju mit- twaqqif tal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex. Fil-kummenti tiegħu s-Sindku wera l-apprezzament tiegħu għal dan il-ġest u stqarr li l-għajnuna li l-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex qed jagħti fejn tidħol promozzjoni tal- isport fil-lokalità, huwa wieħed mill-obbligi li dan il-kunsill ħa ħsieb li jħares sabiex ir-residenti u l-għaqdiet jersqu aktar viċin tal-Kunsill. Is-Sindku Max Zammit ħa wkoll l-opportunità sabiex jawgura l-isbaħ xewqat għall-istaġun il-ġdid li għadu kif beda. Qal ukoll li barra li jinsab sodisfatt mill-wirjiet tal-istaġun li għadda, jinsab persważ li permezz tal- impenn u l-professjonalità li dan il-klabb qed juri fl-organizzazzjoni tiegħu, diġà qed igawdi ħafna rispett mit-timijiet l-oħra. Stqarr li jemmen li dan l-istaġun, it-tim ta' Ta' Xbiex se jikseb aktar punti mill-istaġun preċedenti u dan ikun ċertifikat tal-għaqda sportiva li nibtet f 'dan il-lokal. Il-President tal-Klabb Mario Psaila Savona stqarr li Ta' Xbiex S.C. issa daħal fit-tielet sena tiegħu u t-triq kienet waħda twila u iebsa. Sforz il-ħidma kontinwa ta' kumitat ħabrieki kif ukoll tal-istaff tekniku, il-klabb mexa pass pass 'il quddiem. Irringrazzja lill-Kunsill Lokali ġewwa l-lokalità u b'mod speċjali lis-Sindku Max Zammit li minn dejjem kien ta' għajnuna sa minn mindu nibtet l-idea. Mill- bidu nett dejjem għamel l-uffiċċju tal-Kunsill miftuħ għad-dispożizzjoni tagħhom. Biżżejjed ngħidu li l-Laqgħat Ġenerali Annwali kollha saru fl-uffiċini tal-Kunsill Lokali. Tajjeb insemmu wkoll illi Ta' Xbiex S.C ġie onorat f 'Jum Ta' Xbiex. Il-klabb tal-futbol ta' Ta' Xbiex S.C. flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex, se jorganizzaw ġirja fit-18 ta' Ottubru madwar Ta' Xbiex sabiex ikomplu jqanqlu l-isport u l-eżerċizzju fiżiku fi ħdan il-lokal - attività li għaliha kulħadd huwa mistieden. Aktar dettalji jingħataw aktar qrib il-ġurnata. Aktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fuq il-paġna ta' Ta' Xbiex S.C. fuq Facebook, fejn wieħed jista' jsegwi l-iżviluppi u l-andament f 'dan il-klabb. LOPPORTUNITAJIET li toffri l-Unjoni Ewropea speċjalment liż-żgħażagħ għandhom ikunu sfruttati jekk jista' jkun miż- żgħażagħ kollha. Dan kien il-messaġġ li wassal is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius meta żar l-iskambju ta' żgħażagħ li qed jorganizzaw Żejtun Corinthians Youth Nursery f 'pajjiżna bejn is-16 u l-25 ta' Settembru. Dan l-iskambju qed jenfasizza l-importanza tat-tliet F fl-isport; Fun, Fitness u Fair Play. L-iskambju qed ilaqqa' f 'pajjiżna 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi differenti fl-Ewropa li huma ż-Żejtun f 'Malta, Antalya tat-Turkija, Celano tal-Italja, Seville ta' Spanja u Ruse tal- Bulgarija. Waqt dan l-iskambju ż-żgħażagħ, minbarra attivitajiet sportivi qed ikollhom serje ta' sessjonijiet relatati mat-tema fosthom dwar ħajja aktar sana, sessjoni li saret mill- Health Promotion Unit u d-diżabilità fl-isport sessjoni minn Rhoda Garland mill- uffiċċju tal-Focal Point tas-Segretarjat Parlamentari għad-diżabbiltà u anzjanità attiva. Minbarra dan kollu ż-żgħażagħ kellhom iċ-ċans li jżuru postijiet storiċi bħall-Belt Valletta u l-Imdina. Il-President tal-Klabb Mario Psaila Savona jippreżenta lis-Sindku Max Zammit il-okk uċjali tal-klabb bin-numru 20, li jirrapreżenta l-20 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex Proġett ta' YiA minn Żejtun Corinthians L-Onorevoli Chris Agius f 'laqgħa li kellu ma' rappreżentanti tan-Nursery ta' Żejtun Corinthians Nursery kif ukoll 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi dierenti Issir iċ-ċerimonja ta' preżentazzjoni tal-unuri mill-MESA ISSEGRETARJU Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, kien il- mistieden tal-unur tal-Malta Employees Sports Association (MESA) nhar it-Tlieta, 23 ta' Settembru għaċ-Ċerimonja tal-Preżentazzjoni tal- unuri ewlenin għall-istaġun 2013/2014. Għal din iċ- ċerimonja attenda wkoll il-Viċi-President tal-MFA, il-Perit Ludovigo Micallef, kif ukoll diversi kapijiet ta' dipartimenti u entitajiet governattivi li atleti u timijiet tagħhom jipparteċipaw fl-attivitajiet li torganizza l-MESA. Agius wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma li twettaq il-MESA li torganizza attivitajiet sportivi diversi, fejn l-istaġun li għadu kif intemm dawn l-attivitajiet żdiedu konsiderevolment tant li kienu jkopru xejn anqas minn għaxar sports differenti. Huwa wiegħed il-koperazzjoni sħiħa tiegħu u tal-Kunsill Malti għall-Isport lil din l-Għaqda u awguralha aktar suċċess għall-futur speċjalment issa li affiljat ruħha ma' Federazzjoni Ewropea li torganizza attivitajiet għall-ħaddiema. Matul l-istaġun 2013/2014, il-MESA organizzat kampjonat tal-futbol imqassam fuq tliet diviżjonijiet bis-sehem ta' 28 tim, flimkien ma' kompetizzjoni tan-knock-out u tournament tal-futbol għall-plejers li għalqu l-40 sena. Ġew organizzati wkoll żewġ tiġrijiet ta' ħames kilometri kull waħda, flimkien ma' attivitajiet oħra fil-badminton, volleyball, sparar, table tennis, bowling, snooker, pool u darts. Il-MESA taħdem id f 'id mal-għaqdiet sportivi ewlenin konċernati fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha matul l-istaġun. Il-logo uċjali tal-M.E.S.A.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 October 2014