Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM LENĊIKLIKA tal-Knisja Kattolika Laudato Si tħabbret aktar kmieni din il-ġimgħa qajmet interess qawwi minn bosta nħawi għax ħarset lejn l-attitudni tal-bniedem u l-mod kif dan qed iwassal biex jinqered l-ambjent. Wieħed mill- punti prinċipali ta' din l-enċiklika huwa t-tfakkir kostanti li d-danni ambjentali inaqqru l-kwalita' tal-ħajja tal- bniedem, speċjalment ta' dak li huwa fost l-aktar batut fis-soċjetà. L-interess kien qawwi u minn diversi bnadi tant li s-Segretarju Ġenerali tal- Ġnus Magħquda Ban Ki- moon li rringrazzja lill-Papa Franġisku tal-pożizzjoni sida li qed jieħu rigward it-tibdil fil-klima u talli qed ikun vuċi morali ma bosta oħrajn f 'din il-kwistjoni. Fil- fatt Il-Papa jagħmel aċċenn partikolari fuq it-tibdil fil- klima fl-enċiklika u jgħid li din il-problema globali hija waħda mill-akbar sfidi li qed tiffaċċja d-dinja bħalissa. Iżda l-enċiklika qalgħet ukoll xi forma ta' kritika fejn Kishore Jayabalan mill- Istitut tal-istudji ta' reliġjon u liberta' Acton qal li ma jafx x'qed jippretendi li jsir f 'din id-dinja globali. "Forsi għandna ngħixu fil-faqar biex inkunu aktar għonja spiritwalment?" Minn naħa l-oħra l-President Amerikan Obama faħħar din l-inizjattiva tal-Vatikan u sejħilha "stqarrija elokwenti tar-responsabilità li għandna lejn uliedna u ulied uliedna, biex inħarsu d-dinja mill- ħsara tat-tibdil fil-klima. Huwa sostna li l-Istati Uniti trid tkun parti mill-miżuri li għandhom jgħinu fit-tibdil tal-klima. F'kummenti dwar din l-enċiklika mas-sit 'Voice of America' Raymond Bradley mill-Università ta' Massachusettes qal li s-sehem tal-Papa huwa mill-aktar pożittiv, speċjalment fid- dawl illi l-kwistjoni ġiet ippolitiżizzata ħafna. "Min, jekk mhux il-Papa għandu l-awtorita' morali li jitkellem fuq kwistjoni bħal din?" staqsa Bradley li fakkar kif il-Papa qed idawwar din il- kwistjoni f 'waħda etika. Min- naħa l-oħra James Taylor mill-Istitut ta' Heartland qal illi filwaqt l-intenzjonijiet tal- Papa kienu pożittivi, ingħata intenzjonijiet ħżiena. Huwa qal li din l-enċiklika tista tkun kontro-produttiva. Intant f 'kummenti li għamel mal-ILLUM l-Isqof t'Għawdex Mario Grech sostna li l-enċiklika Laudato Si mhux waħda li tappella biss lill-politiċi, għalkemm tagħmel dan, iżda tappella wkoll għal firxa wiesgħa ta' nies "partikolarment għal dawk li jħaddmu sistema ekonomika "li ħafna drabi minflok tirrispetta lill- bniedem tinqed bih, fejn kollox iddettat mill-poter teknokratiku u finanzjarju. Ħafna drabi dawn iħossuhom sidien li jistgħu jisfruttaw l-ambjent kif ukoll l-ħajja umana". Il-kummenti ta' Grech jiġu fid-dawl ta' enċiklika li tfakkar lill-bniedem kif l-ambjent huwa parti mid- dinja li qed ngħixu fiha u li l-attitudni u l-mentalità konsumerista qed teqred il-wirt naturali tad-dinja li ngħixu fiha. Iżda apparti minn dan il-Papa Franġisku kellu kliem iebes ukoll għall-politiċi li fakkarhom dwar il-bżonn li jneħħu l-mentalita' tal-imedjatezza, fejn iħarsu lejn illum u jinsew il-wirt li jeħtieġ iħallu għal għada. L-enċiklika tikkkritika wkoll il-proċessi fejn l-impatt ambjentali ta' proġett ma jsirx jew ma jsirx sew u tfakkar kif f 'dawn il-każi jkun dejjem l-ambjent li jbati. Dwar l-"immedjatezza" l-Isqof Grech qal li llum qed ngħixu f 'epoka fejn il- bniedem jagħti aktar valur lil dak li għandu milli lil dak li hu u għalhekk m'għandux sabar jistenna u jrid jakkwista kollox issa. "Ħafna drabi mad-danni ambjentali hemm marbuta t-tnaqqir tal-kwalita' tal-ħajja umana u d-degredazzjoni soċjali. Ħasra li xi kultant il-bniedem jinsa' li l-veru aproċċ ekoloġiku huwa approċċ soċjali li jintegra l-ġustizzja fid-diskussjonijiet dwar l-ambjent" sostna Grech. Fil-fatt l-Enċiklika tħares lilhinn mill-ambjent kif inhu ġeneralment diskuss, fejn kollox jiċċentra madwar is- sintomi ambjentali u mhux il-kawża. Il-Knsija tħares lejn il-ħsara ambjentali bħala waħda li hija riżultat tar-rgħiba li teżisti fostna f 'soċjetà fejn kollox jdur madwar l-idea ta' "uża u armi". L-Isqof Grech jgħid mal-ILLUM li din l-enċiklika hija stedina għal riflessjoni fuq x'dinja rridu nibnu fis-snin li ġejjin u x'azzjoni nistgħu nieħdu biex inkunu aktar responsabbli. Huwa temm jgħid li l-Knsija tista tgħin billi tħeġġeġ lill- bniedem ikompli jfittex lil Alla għax "jekk id-dinja għandha bidu u ġiet maħluqa, hi qed tfittex lil min ħalaqha, qed tfittex lil min taha bidu, dak li hu l-Ħallieq tagħha." Republic Street, Valletta next to the Courts Mad-danni ambjentali titnaqqar il- kwalità tal-ħajja - L-Isqof Mario Grech Il-Papa Franġisku wissa' dwar il-qerda ambjentali fl-Enċiklika Laudato Si

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015