Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 453 • 21 ta' Ġunju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt JGĦIDU LE Ara paġni 2-3 Tkompli f 'paġna 4 JOHN BUSUTTIL TFAL bejn it-12 u 18-il sena bil-problemi ta' droga se jsibu quddiemhom risposta għal dak li qabel kien iwassalhom jew il-ħabs inkella fi sptar għall-kura mentali. Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, qal esklussivament lill-ILLUM li fil-ġimgħat li ġejjin għall-ewwel darba f 'Malta se jinfetaħ ċentru ta' kura u rijabitazzjoni mid-droga għal żgħażagħ taħt it-18-il sena. Il-Ministru Farrugia qal li għalkemm il-problema tad-droga fost it-tfal minn 12-il sena 'l fuq ilha aktar minn 25 sena, ftit jew xejn sar fuq dan is-settur. "Għalhekk dan il-gvern iddeċieda li jieħu inizjattiva, jekk l-NGOs mhux lesti li jiftħu ċentru għal dawk taħt it-18-il sena." Dan iċ-ċentru se jaħdem fuq dawn it-tfal biex ikollhom kura ħolistika u jingħataw opportunità għal ħajja aħjar. "Mhux biss huma, iżda l-familji tagħhom" kompla jgħid il- Ministru, "qed nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinu lill-vittmi. Dawn ma tistax tħallathom mal-kbar għax flok tgħinhom tagħmlilhom aktar ħsara." Dan iċ-ċentru se jkun imqassam għal dawk ta' bejn 12 u 14-il sena u għal dawk akbar. Dan iċ-ċentru se jilqa' żgħażagħ li għal xi żmien se jgħixu f 'dan iċ-ċentru li se jinfetaħ f 'lokalità fiċ-ċentru ta' Malta. Se jingħataw taħriġ bażiku ta' skola jew snajja, u se jkun immexxi minn professjonisti f 'dan il-qasam. L-MFA qatt ma indikat każ wieħed ta' suspett lill-awtorità JOHN BUSUTTIL "LMFA qatt ma indikat każ wieħed ta' suspett lill- awtorità." Dan qalu Joseph Cuschieri, iċ-ċerman eżekuttiv tal- Awtorità tal-Gaming, fejn qal lill-ILLUM li ħassha inġusta li uffiċċjali tal-MFA akkużaw lill-awtorità li mhux qed isibuha biex tgħinhom fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni. "L-ewwel ħaġa rrid ngħid li l-imħatri fuq il-partiti lokali huma minimi meta mqabbla ma' dawk barranin. Hi biss farka meta mqabbla ma' dak barrani. Iżda xorta jibqa' fatt li huma l-MFA li jridu jmexxuna u jindikawlna liema partiti jkunu jridu jagħmlu moniteraġġ tagħhom għax ikun hemm xi suspetti. Fil-fatt dan nagħmluh mal-UEFA u l-FIFA fejn dawn jindikawlna partiti u min-naħa tagħna ngħaddu l-informazzjoni lill-operaturi tagħna biex joqogħdu b'seba' għajnejn fuq dawn il-partiti. Ġieli anke l-imħatri fuqhom twaqqaf meta l-operaturi jaraw li hemm ċerti mħatri milgħuba mhux tas-soltu. Ċentru għal tfal bi problema ta' droga Ara intervista fuq paġni 12-13

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015