Illum latest edition

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

Intervista 12 illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi M inn żmien għal żmien il- kmamar tal-aħbarijiet jirċievu rapporti ta' persuni nieqsa, liema persuni, fil-biċċa l-kbira tagħhom anzjani, ġieli jkunu jbatu mill-kundizzjoni tad-dimensja. Sal-ġimgħa li għaddiet stess, il-gazzetta ILLUM rċeviet avviż dwar anzjan bid-dimensja li ħareġ u ma rritornax id-dar. Anke jekk dan l-anzjan instab, ikun hemm oħrajn li ma jirritornawx. Dwar dawn il-każijiet din il-gazzetta tkellmet mal- Professur Charles Scerri, wieħed mir-riċerkaturi ewlenin f 'pajjiżna dwar id- dimensja u ċ-Chairperson tal-Kumitat Nazzjonali dwar il-Ħidma fuq id-Dimensja. Scerri spjega kif madwar 60% tal-persuni li għandhom id-dimensja jgħaddu minn dak li jissejjaħ 'wandering' jiġifieri meta persuna tispiċċa toħroġ barra mid-dar u ma ssibx it-triq lura jew inkella saħansitra tkun id-dar stess u tispiċċa ma tistax issib ċertu kmamar. "Vera li 60% mhux ftit iżda lanqas ifisser li npoġġu lil kulħadd f 'keffa waħda," saħaq Charles Scerri u propju għalhekk li għandu riservi dwar il-miżura, li diġà teżisti f 'pajjiżi oħra, fejn persuni li jbatu mid-dimensja jkunu tteggjati b'ċippa, biex il- familjari jkunu jafu fejn jinsabu. Imma ġaladarba l-'wandering' jista' jkun perikoluż, il-GPS tracking ma jistax ifisser aktar serħan ta' moħħ għall-qraba? Dan huwa wieħed mill-argumenti favur, madanakollu fakkar li l-persuna tibqa' dejjem fiċ- ċentru tal-kura u d-drittijiet umani ma jistgħux jingħataw il-ġenb. Propju għalhekk li ma jaqbilx li dan iseħħ mingħajr il-kunsens tal-persuna. Mill-banda l-oħra, Scerri ma jsibx diffikultà li persuna tkun itteggjata jekk din tagħti l-kunsens tagħha stess, bħal pereżempju fil-bidu tad- dijanjosi, l-istess kif jiġri bħal meta persuna tagħżel minn jeddha li tagħti l-organi b'donazzjoni (advanced directive). Il-problema tibqa' li sakemm ma hemm xejn bil-miktub, dawn 'id-direttivi' ma jorbtux lill-qraba, tant li pazjent jista' jiddeċiedi li f 'każ li jasal sal- istadju tal-'wandering' ikun itteggjat, iżda meta dan iseħħ, il-qraba jirrifjutaw. Fil-Portugall dawn id- direttivi jortbu lil dak li jkun bil-liġi u sa ċertu punt jgħinu wkoll lill-familjari li jsibuha diffiċli meta jiġu biex jieħdu deċiżjonijiet dwar il-qraba tagħhom. Nibża' li nserrħu wisq rasna... Għalkemm f 'Malta ma hawn l-ebda persuna bid-dimensja u li għandha din iċ-ċippa, bħalissa qed issir riċerka fl- Università ta' Malta biex tkun esplorata din il-possibbilità. "Fejn hemm il-kunsens ma għandniex problema imma li tassumi għal ħaddieħor ma naqbilx," saħaq Scerri. "Tkellimt ma' ħafna nies bid- dimensja u ħafna minnhom ma jaqblux." Apparti l-kwistjoni tal- kunsens, Charles Scerri jibża' li jekk il-miżura tidħol fis-seħħ "nillaxkaw xi ftit għax inserrħu rasna." "Hawn min jinsa kif jaqsam it-triq. Kif jiġġudika s-sinjali tat-traffiku. Jinsa xi jfisser l-aħmar u l-aħdar. Ma jfissirx li bl-itteggjar il-persuna tkun sigura," kompla Charles Scerri. L-aħjar li persuna tibqa' fl-ambjent li mdorrija fih Allura persuna li tasal f 'dan l-istadju ma tistax tgħix waħedha? Bla tlaqliq, Scerri insista li persuni li d-dimensja tagħhom waslet f 'ċerti stadji ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom, anzi mhux sigur li jibqgħu jgħixu waħedhom. Għalkemm mhux id-djar tal-anzjani kollha huma mgħammra biex jilqgħu fihom persuni li għandhom id-dimensja, hemm djar oħra, bħal San Vinċens de Paule li għandhom swali mgħammra apposta. Fil-fatt, persuni li d-dimensja tagħhom tkun waslet f 'ċertu stadju, jingħataw prijorità. "Mhux qed ngħid li persuni fl-ewwel stadji tad-dimensja għandhom jinħarġu mid- djar tagħhom. Il-persuni li għadhom fl-ewwel stadji tad- dimensja jgħixu relattivament tajjeb, anke jekk bl-għajnuna. L-aħjar kura tingħata fil- komunità, fejn il-persuna tkun trabbiet u għexet. L-aħjar inżommu lill-persuna fl-ambjent li hi mdorrija fih," kompla Scerri. "Imma l-kundizzjoni tista' tasal f 'ċertu stadju fejn lanqas il-qraba ma jibqgħu 'tajbin' biex jgħinu lill-persuna u l-kura tkun trid tingħata minn persuni mħarrġa fis-settur." Insista li d-dimensja hija kundizzjoni li tipprogressa maż-żmien u jista' jkun li jgħaddu s-snin minn meta l-persuna tinduna bl-ewwel sintomi sakemm ikollha bżonn din il-kura professjonali. "Għalhekk ma jagħmilx sens li malli nindunaw li persuna għandha d-dimensja nibdew insibulha residenza fejn tidħol," kompla Scerri. "Iżda rridu nifhmu wkoll li ċertu qraba li jridu jibqgħu jgħinu lill-anzjani tagħhom mhux dejjem isibu biżżejjed appoġġ." Hawnhekk il-kliem waqa' fuq in-nies imħarrġa f 'dan is-settur, li fi kliem Scerri l-ammont tagħhom baqa' żgħir wisq minkejja li l-kunxjenza kibret b'ritmu mgħaġġel. 'Id-dimensja tiswa lil Malta €75 miljun fis- sena' "L-għarfien fid-dimensja sploda. Għaxar snin ilu lanqas diskussjoni fuq is-suġġett ma kont tisma'. Illum in-nies mhux biss jitkellmu fuqha iżda jitkellmu fuq din il- kundizzjoni mingħajr ma jistħu. Li ninnormalizzaw id-dimensja hija importanti għax ifisser li l-istigma qed titkisser," insista Charles Scerri. "Iżda s-servizzi mxew b'ritmu differenti ħafna. Biex toffri s-servizzi trid in-nies speċjalizzati u n-nies imħarrġa tgħoddhom fuq iż-żewġ pali ta' jdejk." U meta kien qed jitkellmu fuq persuni speċjalizzati, Scerri ma kienx qed jirreferi biss għall-professuri, tobba u infermiera. "Trid nies f 'kull settur, kważi kważi anke fl- amministrazzjoni, fis-settur finanzjarju u oħrajn għax din hija l-aktar kundizzjoni medika-soċjali li tiswa l-flus." Fil-fatt, mal-ILLUM, Scerri spjega kif lill-pajjiżi, id- dimensja tiswiehom aktar minn kwalunkwe kundizzjoni u mard ieħor, anke mill- kanċer. "Madwar id-dinja qed nonfqu triljun dollaru fis- sena" kompla jinsisti u spjega kif skont stħarriġ li sar għaxar snin ilu, id-dimensja tiswa lil Malta mal-€75 miljun. Imma għaliex? Il-kanċer mhux aktar komuni? "Id-dimensja hija waħda mill-aktar kundizzjonijiet ta' saħħa mentali li ġġorr riperkussjonijiet. Bid- dimensja għandek bżonn lil min jieħu ħsiebek. Għalhekk il-kura, kemm jekk informali u anke jekk formali tirrikjedi ħafna aktar flus." Ejja nieħdu eżempju prattiku u sempliċi. Persuna bid- dimensja ma tistax tmur waħedha għal appuntament l-isptar. Din għandha bżonn min iwassalha, x'aktarx it-tifla jew it-tifel li jkollhom jieħdu ġurnata frank. Int tlift ġurnata xogħol. L-impjegatur tilef ġurnata xogħol u l-pajjiż tilef ġurnata xogħol ukoll. "60% tal-infiq kollu fid- dimensja qed isir fil-kura informali, jiġifieri dik li tingħata fid-dar," saħaq Scerri. "Mad-dimensja hemm ammont ta' diżabilità marbuta... jien naf professjonisti li kellhom jieqfu jaħdmu biex jgħinu lill-ġenituri tagħhom li għandhom id-dimensja." 'Irridu nsaħħu Dementia Day Centres... imma professjonisti m'hawnx' Kien hawn li saħaq dwar il-bżonn li f 'Malta jissaħħu dawk magħrufa bħala Dementia Day Centres fejn persuni bid-dimensja jistgħu jqattgħu nofstanhar ma' persuni speċjalizzati li jistgħu jgħinuhom anke permezz ta' attivitajiet. Minn dawn iċ-ċentri bħalissa hawn tnejn biss, wieħed f 'San Vinċens u wieħed f 'Għawdex. "Dawn ukoll huma vittmi tas-suċċess tagħhom," saħaq Scerri. "Il-lista ta' stennija hija twila u l-għan prinċipali tagħhom qed jispiċċa mtappan għax minħabba d-domanda ma jistgħux jaċċettaw li jżommu persuni kuljum." Minkejja li qed isir sforz biex jinfetħu aktar ċentri simili, in-nuqqas ta' riżorsa umana jibqa' l-akbar ostaklu. "Tagħmel sens li jkollok biss żewġ persuni li għandhom dottorat fis-settur meta għandek aktar minn 6,000 persuna jbatu mill- kundizzjoni?" 'Iżda x'qed isir biex jiżdiedu n-nies imħarrġa?' Biex dan jibda jingħeleb, sentejn ilu nfetaħ kors fl-Università, 'Masters in Ageing and Dementia Studies,' bl-ewwel 11-il student se jkunu qed jiggradwaw is-sena d-dieħla. Il-lezzjonijiet qed isiru filgħaxija u qed jattira nies minn kull settur, minn tobba u infermiera sa nies gradwati fl-amministrazzjoni. Apparti minn hekk Malta hija fost l-ewwel pajjiż bi strateġija nazzjonali dwar id-dimensja, liema 85 rakkomandazzjoni bdew jiġu implimentati ftit ftit. Malta hija wkoll l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għandu 'dementia intervention team.' Dan huwa tim ta' professjonisti li jmorru fid-djar ta' persuni li jkunu għadhom kemm ġew mgħarrfa li għandhom id- dimensja biex jagħtuhom pariri prattiċi ta' x'jistgħu jagħmlu biex il-kwalità ta' ħajjithom tibqa' waħda tajba. "Minn riċerka li kienet għamlet l-Università rriżulta li l-akbar problema li kienu qed jiffaċċjaw persuni li jkunu mgħarrfa li għandhom id-dimensja kienet li ma jkollhomx idea x'se jaqbdu jagħmlu," spjega Scerri. Fost oħrajn, fit-tim, hemm infermier li jispjega lill- persuna dwar il-mediċini u kif għandha teħodhom, professjonisti oħra jagħtu parir dwar kif persuna tista' tirranġa d-dar biex tkun aktar 'dementia friendly', u aċċess għal għadd ta' professjonisti oħra. "Din is-sena biss dawn żaru 500 pazjent. Hemm fejn is- servizz jikber iżda nerġgħu naqgħu għall-problema ta' nuqqas ta' persuni mħarrġa," kompla Scerri. 'Sal-2050 se jirduppjaw il-Maltin bid-dimensja' Il-pressjoni se tkompli tiżdied hekk kif sal-2050, l-għadd ta' persuni bid- dimensja mistenni jitla' għal 13,000 ruħ, hekk kif huwa 'Persuna bid-dimensja għandha tagħżel 60% tal-persuni li jbatu mid-dimensja x'aktarx li se jispiċċaw joħorġu mingħajr ma jafu fejn sejrin jew jintilfu fid-dar stess. Għalhekk għandha ssirilhom ċippa biex ikunu aktar protetti? Hawn biżżejjed nies biex jieħdu ħsiebhom? Ir-riskju tad-dimensja jista' jonqos? L-ILLUM tistaqsi lill-Professur Charles Scerri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - illum 19 August 2018