Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum Kurt Zahra jtemm l-istaġun b'suċċess ieħor minn Cristian Antony Muscat LATLETA żagħżugħ Kurt Zahra ta' Rush Atletic Club għalaq l-istaġun agonistiku tiegħu b'suċċess ieħor. Għal Kurt Zahra, din is-sena kienet ta' suċċess kbir kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fejn Kurt Zahra rebaħ id-deheb fl-Iswedish relay fil-Coji Games u bronż fil-100 metru, mentri f 'Lulju li għadda fil- Fisec Games huwa rebaħ il-fidda fil 100m, 200m u 4x100m kif ukoll bronż fil-mixed relay. Apparti minnhekk, huwa rebaħ il-kampjonati nazzjonali fil-100 u 200m fil-Kategorija U16. Barra minnhekk huwa kiser tliet rekords tal- kategorija fis-60m, 100m u 200m fejn uħud minn dawn ir-rekords kienu ilhom ma jinkisru għal snin twal. F'Awwissu li għadda l-Federazzjoni Internazzjonali Taljana stiednet l-aħjar 25 sprinter tal-pajjiżi tal-Ewropa biex jieħdu sehem fil-festival Ewropew tal-isprint. Dan l-event kien imdaħħal mal- programm tal-kampjonati reġjonali Taljani. L-għan ta' dan l event kien biex jippromwovi l-U18 European Championships li se jsiru fi Rieti fis-sena 2020. Malta għażlet l-aħjar sprinter fit-80m bi trials li saru fil-bidu ta' Settembru. Kurt Zahra kien ir- rebbieħ ta' dawn it-trials għalhekk kien hu li kien magħżul. Hemmhekk huwa kellu riżultati sodisfaċenti, fejn fl-ewwel tellieqa huwa daħal fil-ħames post ras imb'ras mat-tieni post fejn kienu biss milleżimi li sseparaw lir-rebbieħa. B'din it-tellieqa huwa kiseb id-dritt li jikkompeti l-għada fil- Finali B. F'din il-finali huwa spiċċa fit- tielet post - 0.01 sekonda biss bogħod mit-tieni post. Huwa spiċċa fil-11-il post minn 25 pajjiż Ewropew. Dan ir-riżultat jawgura tajjeb għall-isprinter żagħżugħ bi prospetti sbieħ f 'dan l-isport. Kurt Zahra xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Rachid Chouhal u s-sapport tal- Klabb tiegħu, Rush Athletic Club. Barra minnhekk xtaq jirringrazzja lill- Athletics Malta tal- opportunità. Interess dejjem jiżdied l-handball lokali minn Cristian Antony Muscat Il-handball huwa sport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna speċjalment grazzi għall- ħidma ma taqta' xejn tal- Malta Handball Assocition (MHA), immexxija mill- president ħabrieki Louis Borg. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn l-andament tal- kampjonat tal-irġiel u anki rigward il-handball tan- nisa. Fil-Kampjonat tal-Irġiel Videoslots.com l-Ewwel Diviżjoni, Swieqi Yobetit Phoenix jinsabu fl-ewwel post u kemm huma kif ukoll Luxol Club Class għadhom mhux megħluba. Dawn iż-żewġ timijet se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin f 'logħba tant mistennija fil-15 ta' Diċembru. Il-kampjonat tal-irġiel se jtemm l-ewwel rawnd lejn l-aħħar ta' Dicembru fejn imbagħd ikun hemm championship pool bl-ewwel sitt timijiet ikklassifikati u Second Division pool bl-aħħar tliet timijiet ikklassifikati u tim ieħor li se jidħol f 'dan il- kampjonat f 'Jannar li ġej. Ta' nota huwa l-fatt li se jkun qed jiġi organizzat tournamet internazzjonali kbir bejn il-11 u t-13 ta' Jannar bejn Malta, Georgia, Ċipru u l-Azerbaijan. Intant, mill-kamp femminili, bħalissa għaddejja l-MHA Videoslots.com Cup, fejn il-finali se tkun ikkontestata bejn ir-rivali eterni La Salle u Aloysians HC. Kavallieri HC għelbu lil Swieqi Yobetit Phoenix fil- partita biex jiġu determinati it-tielet u r-raba' post. Il-kampjonat tan-nisa se jibda f 'Jannar. Ritratt - Jonathan Bugeja Ritratt - Jean Paul Caruana

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018