Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum Baħar iċ-Ċagħaq. Wara ftit metri laħquni l-grupp li kien qiegħed fuq quddiem li kienu diġà bdew it-tieni dawra tagħhom. Il-fatt li t-tiġrija kienet 'draft legal' ippermetta li nżommu wara xulxin u dan jagħti vantaġġ kbir għaliex ikun ifisser li nużaw is-saħħa ta' xulxin. Mal- bidu tat-tieni dawra it-temp qaleb għall-agħar u nfetħu bwieb is- sema. Ix-xita kontinwa għamlet il-kumplament tal-istadju bir-rota iktar diffiċli kemm minħabba n-nuqqas ta' viżibbiltà kif ukoll minħabba ż-żlieq. Biss sodisfatt li żammejt ritmu tajjeb ħafna u spiċċajt it-tieni stadju mingħajr wisq intoppi. Waqt it-tranżizzjoni għat-tielet u l-aħħar stadju, dak ta' għaxar kilometri ġiri, stajt ninduna li kont ninsab bejn wieħed u ieħor f 'nofs il-klassifika. L-ewwel ftit kilometri tal-ġirja kienu l-iktar diffiċli għaliex bdejt inhoss l-effett taż-żewġ stadji ta' qabel u ma stajtx insib pass tajjeb. Biss wara ftit ħin qbadt ritmu tajjeb u rnexxieli nżid il-pass. Infatti tul l-għaxar kilometri rnexxieli naqbeż diversi atleti u niggwadanja iktar pożizzjonijiet fil-klassifika finali. Spiċċajt fid-disa' post minn 50 atleta u l-ewwel fil- kategorija tiegħi. Barra minnhekk, kelli l-aħjar ġirja minn fost l-atleti kollha li pparteċipaw f 'dan l-avveniment. Bħal kull tiġrija oħra, din it-tiġrija offriet ħafna spunti ta' tagħlim għalija. Għalkemm il-fattur tat-temp xi ftit jew wisq affettwa l-prestazzjoni finali tiegħi m'inix ser inġib it-temp bħala skuża għaliex il-kundizzjonijiet kienu ugwali għal kulħadd. Fl-aħħar mill-aħħar, nista' nħares lura lejn l-ewwel staġun tiegħi fix-xena tal-multisport lokali b'ċertu sodisfazzjon u r-riżultati li ksibt jimlewni b'iktar kuraġġ u determinazzjoni biex inkompli nirsisti sabiex nimxi iktar 'il quddiem f 'dan l-isport. X'inhuma l-unuri prinċipali li rbaħt f 'dan l-isport? Bħalissa jiena ċ-champion nazzjonali tad-duathlon. Ġieli sofrejt xi injury f 'dan l-isport? Iva kelli injury fil-ligamenti ta' saqajja imma ma rridx nagħti l-impressjoni li l-injury kienet ikkawżata direttament mill-fatt li qiegħed nittrenja l-multisport. Huwa minnu li dan l-isport jinvolvi ħafna injuries? Le, ma naqbel assolutament xejn. Għalkemm kull attività fiżika awtomatikament tinvolvi r-riskju ta' injury jiena nemmen li d-dixxiplini differenti fil-multisport jikkumplimentaw lil xulxin u peress li l-atleta juża muskoli differenti, ir-rata ta' injuries tonqos minflok tiżdied. X'sagrifiċċji / impenn jinvolvi dan l-isport? Sagrifiċċji kbar kemm finanzjarji kif ukoll personali. Peress li, jien għandi full-time job, ħafna drabi s-sessjonijiet ta' taħriġ ikolli nagħmilhom jew kmieni filgħodu jew inkella wara x-xogħol. Apparti minn hekk, hemm il-piż finanzjarju biex nixtri żraben addattati, l-investiment fuq ir-rota u apparat li nuża biex nikkumplimenta t-trejning tiegħi li kollha jinvolvu spejjeż. Ma rridx ninsa l-fatt li ħafna mit-tiġrijiet isiru l-Ħadd filgħodu u dan għandu piż fuq il- ħajja soċjali tiegħi. Hemm interess mill-pubbliku ġenerali f 'dan l-isport? Bil-mod il-mod l-interess qiegħed jikber speċjalment għaliex il- pubbliku Malti qiegħed isir iktar konxju dwar l-importanza tal- attività sportiva fil-ħajja ta' kuljum. Naħseb ukoll li l-Federazzjoni Nazzjonali tat-Triathlon qiegħda tagħmel ħafna xogħol siewi biex tippromwovi dan l-isport mal- pubbliku Malti. Rigward riżorsi biex tittrenja dan l-isport hemm biżżejjed f 'pajjiżna meta kkumparati ma' pajjiżi oħra? Bħal kull sport lokali ieħor, ir- riżorsi dejjem jistgħu ikunu aħjar. L-ikbar problema hija ovvjament meta tiġi biex titħarreġ fuq ir-rota minħabba l-problemi li kulħadd jaf jeżistu fit-toroq Maltin. Dan ovvjament jitfgħana f 'pożizzjoni ta' żvantaġġ ma' pajjiżi oħrajn. Biss mhux kollox huwa negattiv u rrid ngħid min-naħa l-oħra li l-fatt li ninsabu mdawrin bil-baħar u nistgħu ngħumu prattikament matul is-sena kollha huwa ta' vantaġġ għalina. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jitħajru jagħmlu karriera f 'dan l-isport tad-duathlon. Il-parir tiegħi huwa wieħed sempliċi. Taqtgħux qalbkom. Id- duathlon u l-multisport inġenerali jgħinkom mhux biss biex issaħħu l-aspett fiziku tagħkom imma wkoll biex tikbru mentalment. Dejjem fittxu l-għajnuna ta' kowċis u klabbs lokali li jistgħu jiggwidawkom f 'dan l-isport vera sabiħ. l-aspett fiżiku imma wkoll biex tikber mentalment' Twieled t-3 ta' Novembru 1989 f 'Tal-Pietà. Huwa atleta tad-duathlon tal-ogħla livell f 'pajjiżna fejn ilu jipprattika dan l-isport għal sena. F'Ġunju li għadda rebaħ il-Kampjonati Nazzjona- li tad-Duathlon. F'Ottubru ħa sehem għall-ewwel darba t-tel- lieqa nazzjonali tat-triathlon fuq distanza Ol- impika organizzata mill-Federazzjoni Nazzjonali Tat-Triathlon. JESRIT ANGEL CAMILLERI Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018