Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum pubbliċi lill-midja li tippromovi ż-xenofobija Id-dokument qed jipproponi li biex jintlaħaq dan il-għan għandu jkun hemm titjib fis- sistemi tar-reġistru ċivili u li jkunu armonizzati d-dokumenti tal-ivjaġġar skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal- Avjazzjoni Ċivili. Qed jipproponu wkoll li jsiru karti tar-reġistrazzjoni għall-immigranti. Speċi ta' karti tal-identità li iżda ma jikkostitwixxux id- dritt ta' ċittadinanza jew residenza. Dan għandu jsir biex l-immigranti jkunu faċilment identifikati u biex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mis-servizzi rilevanti għalihom. Proċessi veloċi biex jagħmlu kuntatt mal- familji tagħhom F'diversi partijiet tad-dokument hemm insistenza għall-bżonn li jitħaffef il-proċess biex l-immigranti jingħaqdu mal-familji tagħhom. Fil- fatt id-dokument jgħid illi għandhom jittieħdu miżuri li jippromovu d-dritt li persuna jkollha familja fl- aħjar interess tat-tfal. Iebes fuq l-abbużi fuq il- postijiet tax-xogħol Id-dokument huwa iebes fuq l-abbużi fuq il-post tax-xogħol u jħeġġeġ miżuri ibsin. Interessanti illi l-Ġnus Magħquda qed titlob lill- aġenziji tal-impjiegi biex ma jitolbux ħlas jew miżati għar-reklutaġġ biex b'hekk ikunu evitati sitwazzjonijiet fejn jekk persuna ma tkunx tista' tħallas bi flus għas- servizz ta' reklutaġġ, tħallas għal dak is-servizz b'xogħol (debt bondage). Id-dokument jinsisti wkoll illi kull ħaddiem immigrant għandu jitħaddem b'kuntratt legali. Il-gvernijiet qed jintalbu jippromovu kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, jevitaw li jsir abbuż u użu tal- ħaddiema u jassiguraw trasparenza sħiħa fil- mod kif jkunu impjegati l-immigranti. U finalment jitolbu li jkun hemm mekkaniżmi li joffru regolazzjoni effettiva u moniteraġġ. Id-dokument, fil-linja wkoll ta' talbiet mill-unjins f 'pajjiżna, jesiġi li għandu jkun hemm ħlas ugwali għal xogħol ugwali. Dan filwaqt li jfakkar fil- libertà tal-assoċjazzjoni tal-immigranti, fil-libertà tagħhom li jipprotestaw u fil-bżonn li d-drittijiet kollha tal-ħaddiema mhux immigranti jkunu estiżi lil dawk li huma immigranti. Aċċess għall-ġustizzja... Il-Ġnus Magħquda qed titlob lill-gvernijiet biex jaċċertaw illi kull immigrant ikollu aċċess għall-ġustizzja, kif wara kollox għandu kull ċittadin f 'pajjiżi tal-Punent. Aċċess għall-ġustizzja jfisser li fejn l-immigrant ma jistax ikollu avukat tal-għajnuna legali li jirrapreżentah, dan ikollu. Id-dokument qed jitlob li jinħatar ukoll gwardjan legali li jindirizza kwistjonijiet ta' vulnerabilità u diskriminazzjoni, vjolenza u soluzzjonijet sostenibbli. 'Pre-screening' qabel ma jaslu fuq il-fruntiera/kosta Id-dokument tal- Ġnus Maqgħquda qed jipproponi li jkun hemm dejjem eżaminazzjoni tal- immigranti qabel ma jidħlu fit-territorju tal-pajjiż. Jgħid illi kull immigrant mal-wasla tiegħu jeħtieġ illi jiġi trattat skont il-liġijiet internazzjonali. Id-dokument jgħid illi l-liġijiet rilevanti dwar il-mod kif ikun indirizzat dħul irregolari fil-pajjiż għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u li ma jiksrux il-liġi internazzjonali. Id-detenzjoni għandha tkun "għall-iqsar żmien possibbli" Il-Ġnus Magħquda qed jinsistu li kwalunkwe detenzjoni jeħtieġ li tkun "għall-iqsar żmien possibbli" u miżura tal- aħħar għażla. Id-dokument jgħid li d-deċiżjoni li xi ħadd ikun detenut għandha tkun ibbażata fuq il-liġi, proporzjonata, ikollha raġuni valida, li tittieħed fuq bażi individwali u skont is-salvagwardji kollha proċedurali. Id-dokument jinsisti li d-detenzjoni qatt m'għandha tintuża bħala deterrent. Jgħid ukoll illi kull immigrant li jkun f 'detenzjoni għandu jkun jaf għalfejn qed ikun detenut f 'lingwa li jifhem u jkollu d-dritt li jikkonsulta ma' Konsli, rappreżentanti legali u familja b'mod faċli. Finalment, tgħid illi konsistenti mad-drittijiet tal-bniedem dawk li jaħdmu fiċ-ċentri ta' detenzjoni għandhom ikunu mħarrġin. L-unika ħoss dwar dan id-dokument sakemm inkiteb dan l-artiklu kien minn Henry Battistino tal- Moviment Patrijotti Maltin li qal illi id-dokument huwa "ambigwu" u sostna li l-pajjiżi kollha qed "jiġu mitluba jirratifikaw u joqogħdu għall- kundizzjonijiet li hemm ġo fih, iżda fil-preżent ma jafux l-implikazzjonijiet u l-obbligi li dawn jistgħu jġibu għall-popli tagħhom." "B'mod simili u paralelli, il-Kanċillier tal-Ġermanja, riċentement instemgħet titlob lill-pajjiżi tal-EU sabiex iċedu s-sovranità tagħhom b'mod assolut." L-istqarrija tal-Patrijotti kompliet tgħid li fid-dawl ta' dawk li sejħulhom "theddidiet għas-sigurtà u s-sovranità tagħna" talbu lill-Gvern jagħmel ċar il-pożizzjoni tiegħu dwar id-dokument. Nemea Fil-fatt, hekk kienu għamlu s-sidien tal-Bank Nemea f 'Malta. Il-liċenzja ta' dan il-Bank, li kien jopera onlajn biss, kienet ġiet irrevokata f 'Marzu tal-2017, iżda s-sidien ta' dan il-bank kienu appellaw mis-sentenza tal-Bank Ċentrali Ewropew. Fil-fatt, skont l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tal-Bank Ċentrali Ewropew, id-deċiżjoni dwar dan l-appell għadha "pendenti." Dan ifisser li sena u seba' xhur wara r-revoka tal-liċenzja, il- kumpanija għadha ma ġietx likwidata, bil-klijenti iridu jistennew li jinqata' l-appell biex jieħdu flushom lura. Possibbli? Jappellaw? L-ILLUM kienet analizzat x'possibbilità hemm li l-Bank Pilatus jappella mid- deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'sors infurmat sewwa fis-settur bankarju jisħaq li għalkemm id- deċiżjoni tibqa' f 'idejn id-diretturi jew is-sidien, hemm ċans kbir li l-Bank jappella. Huwa spjega kif anke jekk b'ordni tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), id-diretturi ma jistgħux imexxu l-bank, l-interess tal-kumpanija jibqa' f 'idejhom. Apparti minn hekk, fin-nofs hemm ukoll l-interess personali tagħhom. "Immaġina tmur biex taħdem xi mkien u fuq is-CV għandek imniżżel li kont direttur ta' bank li tteħditlu l-liċenzja," kien saħaq is-sors. Fil-fatt, f 'dawn ix-xhur, id-diretturi ma baqgħux b'idhom fuq żaqqhom. Il- ġurnal Times of Malta kien irrapporta kif id-diretturi tal-Bank Pilatus qed ifittxu lill-MFSA għad-danni u jisħqu li l-Awtorità kisritilhom id-drittijiet kostituzzjonali tagħhom meta ħadet passi kontra l-bank qabel ma s-sid instab ħati. Apparti minn hekk, il- kumpanija Pilatus Holdings LTD kienet saħansitra talbet lill-Qorti biex tieħu passi, għax fi kliemha ma jistax ikun li Lawrence Connell, il-persuna magħżula mill- MFSA biex jamministra l-assi tal-Bank, jibqa' jieħu €100,000 f 'pagi kull xahar, għalih u għall-istaff tiegħu. Iżda mhux hekk biss. L-istess sors kien saħaq li effettivament, Ali Sadr Hasheminejad, anke jekk b'idejh marbuta, għadu s-sid tal-bank u għandu ċans kbir li jappella biex il-liċenzja ma tkunx revokata, aktar u aktar għax x'aktarx l-għajxien tiegħu jiddependi mill-Bank Pilatus. Għalfejn ittieħdet il-liċenzja tal-Bank? Anke jekk il-Bank kien involut f 'sensiela ta' kontroversji f 'Malta, it-talba biex tiġi rrevokata l-liċenzja ttieħdet wara li Hasheminejad, is-sid tal-Bank Pilatus, kien arrestat f 'Marzu li għadda, akkużat li pprova jevadi sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Iran. L-akkuża ddur ma' żewġ kumpaniji li Hasheminejad ħoloq biex allegatament jgħattu l-fatt li parti mill-flus li kienu deħlin fihom kienu qed imorru għand kumpaniji jew persuni Iranjani, kontra l-liġi tal-Istati Uniti. Fil-fatt, Hasheminejad qed ikun akkużat b'konfoffa biex ikunu ffrodati l-Istati Uniti, b'konfoffa biex jikser is-sanzjonijiet imposti fuq l-Iran mill-Istati Uniti, bi frodi tal-bank, b'konfoffa biex isir frodi tal-bank, b'ħasil tal-flus u għadd ta' akkużi oħra. B'kollox, il-piena massima li jista' jeħel hija dik ta' 125 sena ħabs. Il-każ għadu għaddej għalkemm Hasheminejad ingħata l-libertà kkundizzjonata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018