Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 Aħbarijiet Il-GWU b'tilwima industrijali ma' Transport Malta ILGENERAL Workers' Union (GWU) permezz tat- taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi tinsab f 'tilwima industrijali ma' Transport Malta wara li ma kien hemm l-ebda żvilupp b'rabta ma' diskriminazzjoni fl-għoti ta' allowances. Għal din ir-raġuni it-taqsima ordnat biex mil-lum jidħlu fis-seħħ numru ta' direttivi lill-imsieħba tagħha fil-Merchant Shipping Directorate u fil-Vessel Traffic Servcices. Il-kwistjoni hija marbuta mal-fatt li ħaddiema kemm fil-Merchant Shipping Directorate, kif ukoll f 'dipartimenti oħra, qed jirċievu diversi allowances, liema allowances huma marbuta ma' prinċipji ċari u li l-istess allowances mhux qed jingħataw lill-ħaddiema membri tal-GWU. Għal din ir-raġuni l-GWU qed titlob li jitwaqqaf bord indipendenti biex jibda jinvestiga din l-anomalija li qed tirriżulta f 'diskriminazzjoni bejn il- ħaddiema. Is-Segretarju tat-taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi Charles Galea stqarr li l-unjin għamlet diversi tentattivi biex din is-sitwazzjoni tissolva, iżda kien kollu għalxejn: "Għaldaqstant ma kien fadal l-ebda triq oħra ħlief li l-GWU tagħti bidu għal dawn id-direttivi." Il-GWU għalhekk qed tistenna li l-amministrazzjoni ta' Transport Malta tagħti widen għat-talbiet tagħha u tinnegozja biex tinstab soluzzjoni ġusta għal din is- sitwazzjoni Azzjoni industrijali fid-Dipartiment tal- 'Probation' mill-UĦM ITTAQSIMA Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan l-UĦM Voice of the workers ordnat azzjonijiet industrijali lill- ħaddiema li jaħdmu fid- Dipartiment tal-'Probation'. It-Taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien esaġerat min-naħa tal-amministrazzjoni, kif ukoll min-naħa tal-Industrial Relations Unit (IRU) sabiex id-dokument dwar il-ftehim kollettiv jiġi konkluż. It- taqsima wkoll waslet għal din id-deċiżjoni biex turi diżappunt kbir għall-mod kif qed jiġu trattati n-negozjati fil- konfront ta' dawn il-ħaddiema fi ħdan id-dipartiment. Fid-dawl ta' dan kollu u wara li sar kull tentattiv sabiex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta madwar il- mejda tan-negozjati, jidher li l-amministrazzjoni ma ħalliet l-ebda triq oħra lil din it-Taqsima ħlief li tordna azzjonjiet industrijali. Għal dan l-għan, it-Taqsima kkomunikat mas-Segretarju Permanenti, kif ukoll mal- IRU li b'seħħ minn nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018, id-direttivi lill-ħaddiema li jaħdmu ġewwa dan id- dipartiment jinkludu li ma jsir ebda tip ta' komunikazzjoni li tinkludi emails, ittri, mobile phones, landline telephones, faxes, pagers, photocopies, external / internal calls. Ma jsirux aktar min 5 każi mis- Seniors Probation Officers (jinżammu l-ewwel 5 kazijiet assenjati). M'għandhomx isiru wkoll aktar minn 15-il każ mill-Probation Officer (jnżammu l-ewwel 15-il każ assenjati). Barra minn hekk dawk il-ħaddiema li qegħdin fuq reduced hours jaħdmu ammont ta' każijiet bi pro-rata. Wara li l-każijiet imsemmija jiġu milħuqa, il-kumplament għandhom jiġu mgħoddija għand id-direttur. Din it-Taqsima ma teskludix li tħarrax dawn l-azzjonijiet kemm-il darba ma tingħatax l-attenzjoni meħtieġa lil din is-sitwazzjoni u l-amministrazzjoni ddum ma tiġi bid-dokument konkluż. Inċident fil-Mellieħa jħalli raġel miż-Żejtun bi ġrieħi gravi ILLEJL ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, għall-ħabta tal-10:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa Triq Selmun, il-Mellieħa. Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta' 36 sena residenti ż-Żejtun, tilef il-kontrol tal-mutur tat-tip Ducati Monster li kien qiegħed isuq u waqa'. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall- kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja. Erbat irġiel arrestati wara sejba oħra ta' droga ERBA' persuni ġew arrestati wara sejba droga li saret waqt spezzjonijiet li saru Santa Luċija u Ħaż- Żebbuġ. Nhar il-Ġimgħa, il- Pulizija mill-Iswadra ta' Kontra d-Droga, bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit, waqfu vann fl-inħawi ta' Santa Luċija u nstabu fih 20 kilogramma pakketti pjanta tal-kannabis u €40,000 fi flus kontanti. Fi spezzjoni oħra li saret ġewwa residenza fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ, instabu wkoll 3 kilogrammi ta' sustanza suspettata eroina. B'kollox ġew arrestati erbat irġiel, tnejn minn Bormla, wieħed minn Ħaż-Żebbuġ u ieħor Sqalli li għandhom bejn is-26 u l-50 sena. Mhux eskluż li l-irġiel jitressqu l-Qorti akkużati b'assoċjazzjoni fit-traffikar u pussess aggravat tad-droga, kif ukoll ħasil tal-flus Intant, fil-21 ta' Novembru, id- Dipartiment tad-Dwana interċettaw kontejner li kellu fih 35 pakkett u kull wieħed kellu fih 44 kilogramma kokaina, li l-valur tagħha jlaħħaq il- €4.5 miljun.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018